Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #363 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji — Kawżi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew preżentati kawżi quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u kemm baqa' pendenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji ġew ippreżentati 1337 każ. Minn dawn baqa’ 206 każ pendenti.
Leg 10 PQ #380 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati mal-Gvern — Skema għall irtirar kmieni

Question

Hemm xi ħsieb li impjegati tal-gvern jiġu offruti xi skemi biex jirtiraw mill-impjieg pubbliku qabel jilħqu l-eta' tal-pensjoni? Fil-każ li iva, x'tip ta' skemi se jiġu offruti u liema impjegati se jkunu ntitolati japplikaw għalihom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Ftehim Kolletiv tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku jagħmel provvediment biex il-Gvern u l-Unions jesploraw il-possibilta` ta’ irtirar qabel l-eta` tal-pensjoni f’każi ta’ “under-utilisation” jew xogħol li jkun eċċezzjonalment iebes jew stressanti. Ninsab infurmat li għadu kmieni biex wieħed jagħti tagħrif dwar dawn l-iskemi.
Leg 10 PQ #35 Sitting 9 2003-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

President Bush — Sitt Flotta Amerikana

Question

Peress li fl-awgurju li l-President Bush bagħat lill-Prim Ministru fejn irringrazzjah għas-support li ta lis-Sitt Flotta Amerikana, jista’ il-Prim Ministru jispjega fiex kienu jikkonsistu dawn il-metodi ta’ support?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant l-ekwipaġġi ta’ diversi bastimenti mis-Sitt Flotta Navali ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika jkollhom l-opportunita` li jistrieħu waqt żjarat li jagħmlu f’Malta l-bastimenti tagħhom. Dan hu apprezzat mhux biss mill-ekwipaġġi u l-familji tagħhom imma wkoll mill-Gvern Amerikan.
Leg 10 PQ #27 Sitting 8 2003-06-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-gvern — Impjegati

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati ma’ l-istamperija tal-Gvern? X’tip ta’ xogħol jingħata lilhom? Għaliex ċertu xogħol jingħata lill-kumpanniji privati meta dan ikun jista’ isir mill-istamperija tal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Hemm 67 impjegat jaħdmu fl-Istamperija tal-Gvern. Ir-responsabbiltajiet ta’ dawn l-impjegati jvarjaw skond il-grad. Il-parti l-kbira tax-xogħol ta’ stampar tad-Dipartimenti jsir fl-Istamperija tal-Gvern. Madanakollu, jkun hemm okkażjonijiet fejn ix-xogħol mitlub ikun mgħaġġel ħafna u l-Istamperija tal-Gvern ma tkunx f’qagħda li tlestieh minħabba pressjoni ta’ xogħol. Drabi oħra, t-tip ta’ xogħol mitlub jkun meħtieġ makkinarju li l-Istamperija tal-Gvern ma għandhiex.
Leg 10 PQ #309 Sitting 8 2003-06-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema — Taqsima ta' l-Awditjar u Investigazzjonijiet

Question

Kemm hemm persuni jaħdmu fit-Taqsima ta' l-Awditjar u Investigazzjonijiet Interni? X'karigi għandhom? X'inizjattivi ħadu matul is-sena 2002 u 2003 s'issa u f'liema ministeri u dipartimenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett appendiċi li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #279 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — Votanti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' votanti, distrett b'distrett, skond l-aħħar reġistru elettorali? Liema distretti jaqbżu jew huma taħt il-limitu permess mal-liġijiet u r-regolamenti elettorali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-għadd ta’ votanti reġistrati fir-reġistru elettorali l-aħħar rivedut (April 2003) huwa ta’ 299,864. Dawn il-votanti huma reġistrati hekk:- Distrett Votanti 1 21315 2 22488 3 23443 4 22403 5 24277 6 21837 7 23408 8 22948 9 22175 10 22949 11 23934 12 24453 13 24234 L-ewwel u s-sitt distrett elettorali huma taħt il-limitu tal-ħamsa fil-mija tal-kwota elettorali kif stabbilit f’Artiklu 61 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Il-ħames, it-tnax u t-tlettax distrett elettorali huma akbar mill-ħamsa fil-mija msemmija fl-istess artiklu.
Leg 10 PQ #304 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Pagi kull erba' ġimgħat

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija numru 196, jista' il-Prim Ministru jgħid fil-każ tal-gradi ndustrijali tal-ħaddiema fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi meta hu maħsub li se jiġi fis-seħħ il-ftehim milħuq għall-ħlas tal-pagi kull erba' ġimgħat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li qed isiru t-tħejjijiet neċessarji, u huwa stmat li sa ftit xhur oħra għandu jiġi fis-seħħ il-ftehim milħuq għal ħlas tal-pagi kull erba’ ġimgħat.
Leg 10 PQ #49 Sitting 6 2003-06-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Jum l-Ewropa

Question

Jogħġbu l-Prim Ministru jkun daqstant ġentili li jixtarr il-proposta li l-jum tad-9 ta’ Mejju, Jum l-Ewropa, jkun jum nazzjonali f’pajjiżna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ċertament mhux il-każ li tiżdied Festa Nazzjonali oħra mal-5 Festi Nazzjonali li għandna. Jista’ jkun il-każ li jitfittex “consensus” dwar bdil fil-liġi li tistabilixxi l-Festi Nazzjonali.
Leg 10 PQ #196 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati mal-Gvern — Pagi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandhux il-ħsieb li jibda jħallas il-pagi lill-impjegati tiegħu kull erba' ġimgħat minflok kull xahar?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li bi qbil mal-“Unions” li jirrapreżentaw l-impjegati fis-Servizz Pubbliku u kif provdut f’paragrafu 8.5.1 tal-ftehim Kollettiv għall-Impjegati tas-Servizz Pubbliku għas-snin 2002 – 2004, il-ħlas tal-pagi lill-impjegati ser jibda jsir kull erba’ ġimgħat minflok kull xahar. Qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex dan l-arranġament jiġi fis-seħħ.
Leg 10 PQ #210 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Skrivani

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati li għamlu l-aħħar eżami għall-clerks maċ-Ċivil? Jista' jgħid kemm għaddew minnhom? Jista' jgħid kemm minnhom bdew jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1 f’Seduta numru 4 tat-28 ta’Mejju 2003. Sa issa ħadd minn dawk li għaddew ma ġie msejjaħ.
Leg 10 PQ #1 Sitting 4 2003-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivana maċ-Ċivil — Ingaġġ

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu l-eżami ta’ skrivan maċ-ċivil fl-aħħar sejħa? Kemm għaddew? Meta se jibda l-proċess ta’ ingaġġ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm 994 kandidat li għamlu l-eżami ta’ skrivan mas-Servizz Pubbliku fl-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fl-10 ta’ Settembru 2002. Minn dawn għaddew 545 kandidat. L-ingaġġ ta’ skrivani jsir skond l-ordni tal-mertu tar-riżultat u meta jkun il-bżonn skond il-ħtiġijiet tas-Servizz.
Leg 10 PQ #1 Sitting 4 2003-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivana maċ-Ċivil — Ingaġġ

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu l-eżami ta’ skrivan maċ-ċivil fl-aħħar sejħa? Kemm għaddew? Meta se jibda l-proċess ta’ ingaġġ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm 994 kandidat li għamlu l-eżami ta’ skrivan mas-Servizz Pubbliku fl-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fl-10 ta’ Settembru 2002. Minn dawn għaddew 545 kandidat. L-ingaġġ ta’ skrivani jsir skond l-ordni tal-mertu tar-riżultat u meta jkun il-bżonn skond il-ħtiġijiet tas-Servizz.
Leg 9 PQ #38693 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Suldati/Xogħol part time

Question

Billi fl-armata tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea suldati ma jistgħux jaħdmu part time, din ir-regola se tiddaħħal ukoll f'Malta jekk Malta tissieħeb fl-UE?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirlix li hemm xi direttiva jew regolament tal-Unjoni Ewropea li jimpedixxi suldati milli jagħmlu xogħol “part-time” u li tmur kontra l-“policy” preżenti tal-Forzi Armati.
Leg 9 PQ #38694 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Turretta — Suldati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex ġewwa t-turetta qed ikun hemm shifts b'anqas suldati milli suppost u x'qed tagħmel l-armata biex titranġa is-sitwazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mill-informazzjoni li għandi, ma jirriżultax li fit-turetta tal-Palazz hemm xi problemi minħabba n-numru ta’ suldati fuq kull xift.
Leg 9 PQ #38656 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Voti — Persuni diżabbli

Question

Kemm hemm persuni diżabbli li għar-referendum li ġej se jitħallew jivvotaw u bagħtu għalihom biex jiġbru l-vot għall-ewwel darba u li qatt ma ivvotaw qabel? Fuq liema bażi bagħtu għalihom meta qabel ma kienux ngħataw il-vot?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Kummissjoni Elettorali ma żżommx statistika jew “records” ta’ min hu diżabbli. Kull min ikollu l-kwalifiki meħtieġa skond Artiklu 57 u ma jkollux l-iskwalifika skond Artiklu 58 tal-Kostituzzjoni jkun imdaħħal fir-reġistru elettorali li b’hekk ikun intitolat biex jivvota. Jekk l-Onorevoli Membru qed jirreferi għal persuni msemmija f’Artiklu 58(a) tal-Kostituzzjoni, kien hemm 472 persuni li ġew riferuti quddiem il-Bord Mediku mwaqqaf skond Artiklu 14 ta’ l-Att XXI (1991) dwar l-elezzjonijiet ġenerali li minnhom 103 nstabu tajbin biex jivvotaw. Dan jgħodd mill-1998 sar-reġistru ta’ Ottubru 2002. Ma jinżammux “records” dwar jekk persuni qatt kienux ivvotaw qabel. Dawn il-persuni jintbagħtu għand il-Bord Mediku jew minħabba rapport dwarhom jew minħabba appelli quddiem l-Uffiċjal Reviżur.
Leg 9 PQ #38663 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsorzju — landscaping

Question

Billi l-konsorzju biex jagħmel landscaping fil-pajjiż qed ikun daqshekk suċċess, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jaħtar konsorzju ieħor biex iħaffef ix-xogħol u jservi wkoll ta' kompetizzjoni għall-konsorzju l-ieħor?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda ħsieb biex jinħatar konsorzju ieħor.
Leg 9 PQ #38672 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati — Diżabilita' permanenti

Question

In segwitu għad-domanda parlamentari numru 38375, jista' il-Prim Ministru jgħid u jfiehem għaliex dawn is-suldati li huma ċċertifikati li qed isofru minn diżabilita' permanenti u li għandhom jaħdmu nofs ta' nhar kull nhar ta' Sibt minħabba li jaħdmu biss matul il-ġurnata m'humiex jibbenefikaw minn l-ebda ħlas u l-ebda duty leave? Ma jaħsibx il-Prim Ministru li dan huwa preġudikali għalihom? Nofs ta' nhar is-Sibt ifisser xogħol sa l-4.00pm?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fil-Forzi Armati d-“duty leave” jingħata biss lil dawk is-suldati li jaħdmu għassa bil-lejl. Għalhekk, iż-żewġ suldati msemmija ma jistgħux jieħdu “duty leave” peress li huma ma jagħmlux għassa bil-lejl. Jien infurmat li ż-żewġ suldati jirċievu “allowance” ta’ Lm10 fix-xahar bħal kull membru ieħor fil-Forzi Armati mill-grad ta’ Maġġur l-isfel. It-tnejn jirċievu pensjoni ta’ diżabilità u wieħed minnhom jirċievi wkoll “allowance” tas-sengħa li fiha hu kkwalifikat. B’riferenza għall-ħin li jqattgħu għax-xogħol kull nhar ta’ Sibt, irrid nippreċiża li fil-ħinijiet tax-xitwa, dawn huma mis-sebgħa ta’ fil-għodu sa l-erbgħa ta’ wara nofs inhar u fil-ħinijiet tas-sajf, mis-sebgħa ta’ fil-għodu sas-siegħa ta’ wara nofs inhar.
Leg 9 PQ #38678 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Reklutaġġ ta' fizzjali

Question

Se jkun hemm reklutaġġ ta' fizzjali fl-AFM fiż-żmien li ġej?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li sejħa għal applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati uffiċjali-kadetti fil-Forzi Armati għandha tiġi ppubblikata aktar tard matul din is-sena.
Leg 9 PQ #38415 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab f’diversi listi, wahda ghal kull Ministeru, li qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-listi ma jinkludux impjegati fis-Servizz Pubbliku li qeghdin ma’ Korporazzjonijiet/Entitajiet Pubblici.
Leg 9 PQ #38608 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta' inġustizzja

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' inġustizzja tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-kaz li ghalih qieghed jirreferi l-Onorevoli Interpellant gie deciz mit-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta’ l-Ingustizzji fl-10 ta’ Dicembru 2002, u qieghed jigi pprocessat.