Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26197.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
In-nefqa totali kiente ta' € 17,475.02. L-Internet Service Provider f'Malta huma l-MITTS filwaqt li f'kull pajjiż fejn hemm rappreżentanza diplomatika hemm ISP differenti.
L-uffiċċjali huma dawk normalment intitolati għall-internet jiġifieri s-Segretarja Permanenti, id-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi, membri tas-Segretarjat Privat u oħrajn fosthom l-Ambaxxaturi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa bejn l-1 ta' Mejju, 2007 u llum fuq billboards, riklami, booklets, programmi fuq it-televiżjoni eċċ b'riferenza diretta u ndiretta għall-isptar Mater Dei? Kemm kienet in-nefqa s'issa u kemm għad irid jitħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefaq fuq diversi mezzi ta' kommunikazzjoni, tv, radio, ġurnali, billboards, programmi, flyers, kotba, leaflets eċċ bejn Mejju 2007 u Awissu 2007 ħalli jiġi riklamati l-ftuħ ta' l-Isptar Mater Dei fit-28 ta' Ġunju, 2007? Kif kienet maqsuma l-ispiża? Kemm kienet l-ispiża tal-programm tal-ftuħ innifsu u fhiex intnefqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26952 u għat-tieni parti, l-Onorevoli Interpellant għandu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27065.
B'referenza għal dak li ntqal mis-Segretarju Parlamentari Abela f'din il-Kamra, li permezz tal-ħatra ta' sitt kurunelli issa l-Armata se tifforma think tank biex permezz tiegħu tkun studjata l-istrateġija ta' l-Armata u x'direzzjoni għandha tieħu għaż-żmien li ġej, jista' l-Prim Ministru jgħidilna xi pjanijiet konkreti għandu l-Gvern għall-Forzi Armati? Meta dan l-imsejjaħ think tank jeżawrixxi x-xogħol tiegħu, x'se jiġri mis-sitt kurunelli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħatriet tal-Kurunelli l-ġodda saru proprju biex tinħoloq struttura (li l-Onor Abela irrefera għalih bħala think tank) ta’ tfassil ta’ politika strateġika ta’ difiża għall-pajjiż.
L-istruttura li kellhom il-Forzi Armati s’issa kienet stabbilita numru ta’ snin ilu. Fil-realta tad-dinja tal-llum fejn Malta hija parti minn diversi organizazzjonijiet internazzjonali, u għandha rwol fil-qasam tad-difiża internazzjonali, qed tiġi affaċċjata bl-isfida tal-immigrazzjoni irregolari, il-ħtieġa ta’ ppjanar serju u fit-tul saret aktar akuta. Fl-istruttura tal-Forzi Armati kif kienet s’issa ma kienx hemm ir-riżorsi biex dan l-ippjanar issir b’mod serju.
Għaldaqstant ġie identifikat il-bżonn ta’ struttura li tanalizza r-rwol tal-Forzi Armati ta’ Malta f’dawn is-setturi u r-riżorsi li jkollha bżonn il-Forzi Armati biex taqdi l-istess rwoli. It-tfassil ta’ strateġija ta’ kif dawn il-bżonnijiet jiġu indirizzati hija wkoll responsabbilità ta’ l-istess struttura.
L-iżvilupp tal-politika ta’ difiża huwa proċess kontinwu u għaldaqstant dan ir-rwol tal-Kurunelli huwa permanenti, anzi l-importanza tiegħu dejjem tiżdied.
Wara l-ħatra ta' xejn inqas minn sitt kurunelli f'armata ta' 1600 suldat, jista' l-Prim Ministru jikkonferma:
Li effettivament fil-Forzi Armati issa hemm sitt uffiċjali b'salarju fi skala 3, jiġifieri ekwivalenti għal dawk ta' dawk ta' Director General fis-Servizz Ċivili
Li skala 3 hi biss skala waħda inqas mis-salarju ta' Brigadier
Li meta mqabblin mal-Pulizija, fil-Forzi Armati hemm sitt uffiċjali fuq skala 3 u fil-Pulizija hemm wieħed biss, jiġifieri d-Deputy Commissioner
Li, s'issa, fil-Forzi Armati hemm uffiċjal wieħed biss fuq skala 3, jiġifieri d-Deputy Commander, u li minn Jannar 2008 se jkun hemm sitt uffiċjali fuq skala 3?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tajjeb li niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-Forzi Armati ta’ Malta tiġbor fiha numru ta’ suldati li jirrifletti l-popolazzjoni tal-pajjiż, isservi lil pajjiżna bħala Armata, Forza ta’ l-Ajru, Forza Marittima, Gwardja tal-Kosta, apparti ir-Revenue Security Corps u Sigurta` ma’ postijiet strateġiċi. Għaldaqstant il-Gvern ma jqisx xi Brigata li tifforma parti żgħira minn qawwa akbar. M’huwiex in-numru ta’ suldati li jistabbilixxi l-bżonnijiet tal-Forzi Armati, iżda r-rwoli differenti li din trid taqdi. Il-Forzi Armati ta’ Malta jaħdmu fil-qrib ma’ forzi barranin minħabba li pajjiżna huwa membru fl-Unjoni Ewropeja. Il-kollaborazzjoni ta’ l-Armata ma’ entitajiet internazzjonali issir ukoll fl-interess nazzjonali bħal fil-każ tal-Frontex li tiffoka fuq l-immigrazzjoni illegali.
L-FAM għandha wkoll rwoli partikolari lokalment, ewlieni fosthom huwa l-immaniġjar tas-sitwazzjoni ta’ l-immirganti irregolari li jgħixu fil-pajjiż u kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-għoti ta’ servizzi ta’ assistenza f’każi estremi ta’ maltemp u sitwazzjonijiet simili.
It-tmexxija ta’ organizazzjoni li tkopri firxa daqshekk wiesgħa t’aspetti hekk importanti titlob ppjanar serju minn qabel. Ppjanar li jkopri strateġija u r-riżorsi biex din l-istrateġija titwettaq.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tal-ħatriet ta’ sitt kurunelli l-qasam tad-difiża Malti issaħħaħ biex ikun jista’ jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ politika strateġika ta’ difiża li tkopri r-rwoli li l-Forzi Armati ta’ Malta taqdi kemm lokalment kif ukoll fid-diversi organizazzjonijiet internazzjonali li tifforma parti minnhom. L-ippjanar ta’ l-użu ta’ riżorsi jifforma parti essenzjali min din l-istrateġija wiesgħa.
Sa issa ma kienx hemm ir-riżorsi addatati biex dan isir. Id-Dipartiment tad-Difiża issa għandu bilanċ aħjar bejn l-iżvilupp ta’ politika li tkopri l-futur qrib u aktar fit-tul, u l-implimentazzjoni tal-politika minn ġurnata għal oħra.
L-iżvilupp tal-politika huwa il-bażi tal-pjan tal-gvern għall-Armata u s-servizz li din tagħti lill-pajjiż u lill-kommunita` internazzjonali. Għalhekk huwa xieraq li persuni li jokkupaw dawn il-pożizzjonijiet ikunu f’rank li jirrifletti r-responsabbilità li jġorru u jkunu kkunpensati għaliha.
F’dan il-kuntest, nikkonferma li mit-8 ta’ Jannar 2008 fil-Forzi Armati ser ikun hemm sitt Kurunelli.
Mill-ispjega li tajt fil-bidu ta’ din ir-risposta, wieħed jifhem li l-organizazzjoni tal-militar u r-rwoli li jaqdi ma jistgħux jiġu kkumparati mal-organizazzjoni u r-rwol li taqdi l-Pulizija.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma r-responsabbiltajiet tas-sitt uffiċjali li nħatru kurunelli dan l-aħħar fil-Forzi Armati, kemm għandhom suldati tagħhom u fejn huma stazzjonati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilitajiet tal-Kurunelli li nħatru fit-23 ta’ Novembru 2007 huma kif ġej:
Deputat Kmandant
(Deputy Commander)
Loġistika u Xiri fuq Tul ta’ Żmien
(Logistics and Long-Term Procurement)
Operat, Ippjanar u Intelliġenza
(Operations, Planning and Intelligence)
Politika tad-Difiża u Żvilupp ta’ Kapaċitajiet
(Defence Policy and Future Capabilities)
Politika ta’ Difiża u Sigurtà Ewropea u Relazzjonijiet Internazzjonali
(European Security and Defense Policy and International Relations)
Amministrazzjoni u Riżorsi Umani
(Administration and Personnel)
L-uffiċċji tal-ħames kurunelli l-ġodda għadhom qed jitwaqqfu u għaldaqstant għadu mhux stabbilit kull wieħed minnhom kemm ser ikollu suldati jirrispondu lilu.
Permezz ta’ dawn il-ħatriet, il-qasam tad-difiża Malti issa għandu bilanċ aħjar bejn l-iżvilupp tal-politika li jkopri l-futur qrib u aktar fit-tul, li sa issa kien nieqes, u l-implimentazzjoni tal-politika.
Sa issa l-Kurunelli l-ġodda huma stazzjonati fil-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati, bl-eċċezzjoni ta’ wieħed li għadu qed jaqdi dmirijiet oħra ta’ l-Armata fi Brussel u ieħor li għadu qed jaqdi dmirijiet oħra f’ Hal Far. Gradwalment dawn l-uffiċċji li jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-politika tad-difiża flimkien mal-Kap Kmandant jiġu stabbiliti fid-Dipartiment tad-Difiża.
B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-iSptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew iqumu x-xogħlijiet, kull tip ta' xogħol separtament: i.e. kostruzzjoni, waterproofing, elettriku, ilma, drenaġġ, madum ta' l-art, madum tal-ħajt, sanitary set and fittings, tikħil, tibjid u bini, airconditioning, aperturi ta' barra u ta' ġewwa, irħam etc nkluż l-għamara, l-apparat mediku u l-IT equipment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29668.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru serqiet minn istituzzjonijiet reliġjużi din i-sena u x'insteraq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2007, il-Pulizija kellha 34 rapport ta' serq minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi. Ħafna minn dawn ir-rapporti kienu jinvolvu oġġetti personali ta' persuni li jkunu attendew f'dawn il-postijiet
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu veikoli bil-mutur u minn ġol-veikoli din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-informazzjoni għax-xhur minn Jannar sa Settembru ta' l-2007 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878, 25834, 27456, 27458, 27462, 27465 u 27996.
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni għax-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru ta' l-2007 dwar serq ta' vetturi hi ta' 39, 45 u 38 rispettivament, filwaqt dik dwar serq minn vetturi hi ta' 207, 283 u 243 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nħarġu permessi ġodda għal ħwienet din is-sena? X'tip ta' ħwienet huma?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' permessi li inħarġu matul is-sena li għaddiet.
Nixtieq nieħu l-okkażżjoni ninforma l-Onor Membru li kull tlett xhur jiġi ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern il-liċenzji kollha li jkunu ħarġu matul dak il-perijodu.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma r-responsabbiltajiet' tas-sitt uffiċjali li nħatru kurunelli dan l-aħħar fil-Forzi Armati, kemm għandhom suldati taħthom u fejn huma stazzjonati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistqosija Parlamentari Numru 29157.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29301 ċioe: B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-iSptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew iqumu x-xogħlijiet, kull tip ta' xogħol separtament: i.e. kostruzzjoni, waterproofing, elettriku, ilma, drenaġġ, madum ta' l-art, madum tal-ħajt, sanitary set and fittings, tikħil, tibjid u bini, airconditioning, aperturi ta' barra u ta' ġewwa, irħam etc nkluż l-għamara, l-apparat mediku u l-IT equipment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29668.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29311 u jgħid jekk il-kuntratt għall-fornitura ta' ikel lill-pazjenti ta' l-Isptar Mater Dei ingħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u x'inhu stmat li hu l-valur ta' dan il-kuntratt kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29664.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29313 u jgħid jekk is-servizz ta' fornitura ta' ikel lill-istaff ta' l-isptar Mater Dei ingħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u kemm hu stmat li jiswa dan il-kuntratt kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tal-fornitura tal-ikel għal l-Istaff fl-Isptar Mater Dei ingħata lil privat. Il-Kuntratt ġie mogħti lil Quality Catering and Retail Services.
Preżentament l-Istima tan-nefqa fuq dan il-kuntratt għal din is-sena tammonta għal ċirca €694,000 (sitt mija u erbgħa u disgħin elf ewro).
Jista’ l-Ministru jikkunsidra tibdil fir-regolamenti tas-sewqan sabiex ċerti kategoriji ta’ sewwieqa, partikolarment dawk ta’ public service garages /garage hire, jiġu eżentati milli jilbsu ċ-ċinturin tas-sigurta’ billi kien hemm każijiet li fihom sewwieqa ġew aggrediti u dawn ma setgħux jipproteġu ruħhom minħabba ċ-ċinturin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija Numru 27490.
B’riferenza għall-kuntratti għat-tfittxija għaż-żejt fl-ibħra Maltin, jista’ l-Ministru jgħid liema strutturi u riżorsi jeżistu sabiex il-produzzjoni taż-żejt tiġi monitored ħalli nkunu ċerti li l-gvern u l-poplu Malti jieħdu dak li ħaqqhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.