Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38387 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dażji

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38156, jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dazju tal-prodotti nkwestjoni fl-1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 separatament? Jekk jirriżulta li fis-sena 2003 hemm żieda sostanzjali meta pparagunata mas-sena 1997, jista' il-Ministru jispjega għaliex irriżultat din iż-żieda?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 38156 f'seduta 859.
Leg 9 PQ #38389 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

CEO — Salarji

Question

Kemm huma s-salarji tas-CEO tal-MFSA? Jirriżulta li c-CEO tal-MFSA huwa wkoll direttur ta' kumpannija privata fis-servizzi finanzjarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-MFSA m'għadx hemm il-grad ta' CEO.
Leg 9 PQ #38395 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' prodotti — Tariffi

Question

B'refernza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 38162, jista' il-Ministru jinfurmani liema huma dawk il-pajjiżi li Malta se jkollha aċċess li timporta minnhom il-prodotti nkwestjoni mingħajr ma tħallas it-tariffi ta' 28.8% minkejja li ma humiex membri ta' ta' l-UE? Kemm hija t-tariffa li rridu nkunu konformi magħha meta nimportaw dawn is-sorsi mill-USA, Awstralja, Arġentina, Brażil, Canada, China, New Zealand?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant jaf li l-Unjoni Ewropeja għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma 'l fuq minn mitt pajjiż. Uħud minn dawn il-ftehim huma fuq bażi reċiproka u oħrajn le. B'riżultat ta' dan wieħed jista' jimporta minn dawn il-pajjiżi mingħajr tariffi jew b'tariffi imnaqqsa. Lista ta' dawn il-pajjiżi diġa ingħatat meta weġibt il-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866. Id-definizzjoni "other processed foods" hija wiesgħa wisq biex wieħed jagħti dettalji ulterjuri. Barra minn hekk, it-tariffi applikati mill-Unjoni Ewropeja fuq l-importazzjoni mill-pajjiżi kollha li qed issir riferenza għalihom huma kumpilati bħala parti mill-iskeda magħrufa bħala TARIC li hija aċċessibbli mill-web site uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #38399 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

State Aid — Prezz taz-Zokkor

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 38123, il-Ministru qed jgħid li l-31.3 miljun Euro, ivvotati taħt l-istate aid il-prezz taz-zokkor fl-ewwel tlett snin ta' wara sħubija se jkunu nofs il-prezz u għaldaqstant se jitħallsu kollha mill-Gvern Malti jew huwa s-sussidju kollu u nofs il-31.3 miljun Euro tas-sussidju taz-zokkor se jinqasmu bejn l-UE u l-Gvern Malti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċekja ċ-ċifra msemmija. Irrid ngħarrfu wkoll li l-finanzjament ta' l-istate aid isir kif hu nfurmat fit-tieni paragrafu għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 38123.
Leg 9 PQ #38405 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 38123, jista' l-Ministru jinformani jekk il-kwota li qed jirreferi għaliha hijiex se tkun salvagwardata għall-pajjiżna biss jew tkunx aċċessibbli għall-istati kollha ta' l-UE u allura Malta trid tapplika permezz ta' tender speċifika?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kuntrarjament għal li qed jgħid ma teżisti l-ebda tender specifika fl-allokazjoni ta' xi kwota ta' importazzjoni ghall-Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Irrid inserrah ras l-Onor. Interpellant li wara s-sħubija, Malta jkollha kull opportunita' biex tibbenefika minn arrangamenti preferenzjali taħt il-kwoti ta' importazzjoni.
Leg 9 PQ #38441 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

UE — Industrija tat-turiżmu

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38174 u cioe' peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq il-kompetittivita' ta' l-industrija tat-turiżmu?

Response (REFALO, MICHAEL)

M’għandi xejn xi nżid ma’ dak li qal il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi għall-Mistoqsija 38172.
Leg 9 PQ #38636 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Direttur televiżiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa d-Direttur televiżiv

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38637 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival Kanzunetta għall-Ewropa/Ħlasijiet — Chairman tal-ġurija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa ċ-chairman tal-ġurija?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38638 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Spejjes ta' dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa f' dak li għandu x'jaqsam ma' dawl?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38639 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Spejjes ta' Audio

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa f' dak li għandu x'jaqsam ma' audio?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38640 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Spejjes taż Projection

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa f' dak li għandu x'jaqsam ma' projection?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38641 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Spejjes ta' disinn ta' sett

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa f' dak li għandu x'jaqsam ma' disinn tas-sett?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba lii tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.

Esportazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'hiex bħala setturi kienu jikkonsistu l-Lm205 miljun f'esportazzjoni lejn l-Italja fl-1995? Kif naqset l-esportazzjoni, settur, settur, lejn l-istess pajjiż għal Lm30.3 miljun fis-sena 2001? X'inhi r-raġuni li l-esperti jaħsbu għala ġara dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Trade Statistics ippubblikat mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika għas-sena konċernata dwar dettalji fuq kummerċ internazzjonali ta' Malta. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Membru għall-kapitlu dwar il-kummerċ fl-Economic Survey għas-sena konċernata.

Portijiet — Taħrikiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx infurzar sabiex ma jkunx hemm ħsejjes żejda minn vapuri u bastimenti fil-portijiet tagħna? Kemm saru taħrikiet f' dan is-sens fis-sena li għaddiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-Awtorita' Marittima, konxja mill-inkonvenjent li jistgħu joħolqu ħsejjes żejda minn xi vapuri, qiegħda taħdem mill-qrib ma' l-aġenti u mal-kaptana tal-vapuri sabiexjitnaqqas kemm jista' jkun dan l-inkonvenjent. Matul is-sena li għaddiet ma saret l-ebda' taħrika rigward dan is-suġġett.
Leg 9 PQ #38691 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sudenti tal-mediċina — Xogħol fis-sajf

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk studenti tal-mediċina fl-ewwel sena jingħataw l-opportunita' li jagħmlu xi xogħol fil-vaganzi tas-sajf? Jekk fl-affermattiv, jista; dan isir f'xi sptar jew klinika tal-Gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #38692 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vapuri tal-gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra f'Malta is-sena li għaddiet? X'tip kienu u ta' liema Nazzjon?

Response (BORG, JOE)

In-numru ta' vapuri tal-gwerra li ngħataw permess biex jidħlu Malta għal żjarat qosra tul is-sena 2002 kien ta' tmenin. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda spjegata fuq id-dokument anness. 4 of 4 FLAG VESSEL NAME CLASS VISIT 1 Canada HMCS Halifax Frigate 28-31/01/02 2 Canada HMCS Toronto Patrol frigate 28-31/01/02 3 Canada Charlottetown Frigate 20-22/02/02 4 Canada St Johns Frigate 03-06/11/02 5 France Versau Hunter of Mines 02-13/01/02 6 France EV Jacoubet Sloop 18-22/02/02 7 France LV Lavallee Standard Sloop 11-12/03/02 8 France Jeanne d'Arc Helicopter Carrier 19-23/04/02 9 France Georges Leygues Anti-Submarine Frigate 19-23/04/02 10 France Gazelle Support Ship 05-10/06/02 11 France La Motte-Picquet Frigate 06-9/09/02 12 France La Motte-Picquet Frigate 28-03/10/02 13 France Courbet Frigate 28-03/09/02 14 France D’Entrecasteaux Survey & Research 15-18/11/02 15 Germany FGS Weiden Minesweeper 23-26/02/02 16 Germany U 17 (S 196) Submarine 25-26/10/02 17 Greece HS Evniki Minesweeper 23-26/02/02 18 Greece Polsemistis Patrol Vessel 06-13/09/02 19 India INS Darshak Survey Ship 23-25/04/02 20 India INS Sindhuratna Submarine 01-03/11/02 21 Ireland L.E. Niamh Large Patrol Vessel 15-17/2/02 22 Italy ITS Numana Minesweeper 23-26/02/02 23 Italy Tirso Water Tanker 31/05-04/06/02 24 Italy Corsaro II Training ship 01-22/07/02 25 Italy Libra Patrol vessel 08-13/09/02 26 Italy Polifemo Ocean Tug 08-13/09/02 27 Italy M/V CP 278 Patrol Boat 08-13/09/02 28 Italy Francesco Mazzinghi Coast Guard Vessel 08-13/09/02 29 Italy Saettia Coast Guard Vessel 08-13/09/02 30 Italy Mimbelli Destroyer 08-13/09/02 31 Italy Sapri Mine-swiper 16-23/09/02 32 Netherlands HNLMS "Van Galen" Frigate 27-30/05/02 33 Netherlands HNLMS Bruinvis Submarine 29/03-04/04/02 34 Netherlands JUMBO Royal Yacht 26-29/06/02 35 Polish OPR "Kontradmiral Xawery Czernicki" Peace Mission "Enduring Freedom" 24-25/07/02 36 Spain Tramontana Submarine 17-19/10/02 37 Spain SPS Turia Minesweeper 23-26/02/02 38 Tunisia Ras Ifrika Patrol Craft 08-13/09/02 39 Turkey TCG Sokullu Mehmetpasa Commanding Ship 23-26/02/02 40 Turkey TCG Enez Minesweeper 23-26/02/02 41 Turkey TCG S Mehmet Training Ship 28-30/07/02 42 Turkey CG Hasan Pasa Training Ship 28-30/07/02 43 UK HMS Portland Frigate 25-30/01/02 44 UK HMS Kent Duty Class Frigate 22-27/02/02 45 UK HMS Southampton Naval Destroyer 04-07/03/02 46 UK HMS Norfolk Duke dass frigate 12-17/04/02 47 UK HMS Ark Royal Aircraft carrier 26-30/09/02 48 UK HMS Southampton Destroyer 26-30/09/02 49 UK Argyll Frigate 13-18/11/02 50 UK HMS Roebuck Survey Ship 22-25/11/02 51 UK RFA Fort Austin Supply ship 20/12/02-06/01/03 52 USA USNS Apache Fleet ocean tug 18-13/01/02 53 USA USNS 2LT John P. Bobo. Commercial vessel contracted to USN to carry supplies for the US Marine Corps 25/01/02-25/03.02- 30/04/02 54 USA USS Sullivans Destroyer 25/02-01/03/02 55 USA USNS Apache Fleet ocean tug 15/02-06/03/02 56 USA USS Hue City Cruiser 25/02-1/03/02 57 USA USS Ramage Destroyer 06-11/03/02 58 USA USS Vella-Gulf Cruiser 11-15/03/02 59 USA USS Bataan Aircraft carrier 25-29/03/02 60 USA USS Hayler Destroyer 25-28/03/02 61 USA USS Roosevelt Destroyer 18-22/04/02 62 USA USS Carney Destroyer 14-17/05/02 63 USA USNS Sirius Stores ship 14-17/05/02 64 USA USS Underwood Frigate 10-13/06/02 65 USA USS Apache Fleet ocean tug 13-22/06/02 66 USA USS Lasalle Command Ship 29/06-2/07/02 67 USA USS Roosevelt Destroyer 1-6/07/02 68 USA USS Normandy Cruiser 7-10/07/02 69 USA USS Petalesharo Large Harbour Tug 12/07/02-29/08/02 29/08/02-3/09/02 70 USA USS Mahan Destroyer 22-26/08/02 71 USA USNS Saturn Combat Stores Ship 29/08/02-2/09/02 72 USA USS Apache Fleet ocean tug 1-17/09/02 73 USA USNS Dallas Submarine 5/09/02 74 USA USS Monterey Cruiser 7-11/10/02 75 USA USS Tortuga Ferry class 11-15/10/02 76 USA Grasp Salvage ship 11-14/11/02 77 USA Mount Whitney Command Ship 1-4/12/02 78 USA Kauffman Frigate 23-27/12/02 79 USA Barry Destroyer 30/12-3/1/03 80 USA Donald Cook Destroyer 30/12-7/01/03 .
Leg 9 PQ #38693 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Suldati/Xogħol part time

Question

Billi fl-armata tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea suldati ma jistgħux jaħdmu part time, din ir-regola se tiddaħħal ukoll f'Malta jekk Malta tissieħeb fl-UE?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirlix li hemm xi direttiva jew regolament tal-Unjoni Ewropea li jimpedixxi suldati milli jagħmlu xogħol “part-time” u li tmur kontra l-“policy” preżenti tal-Forzi Armati.
Leg 9 PQ #38694 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Turretta — Suldati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex ġewwa t-turetta qed ikun hemm shifts b'anqas suldati milli suppost u x'qed tagħmel l-armata biex titranġa is-sitwazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mill-informazzjoni li għandi, ma jirriżultax li fit-turetta tal-Palazz hemm xi problemi minħabba n-numru ta’ suldati fuq kull xift.
Leg 9 PQ #38701 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Ħsarat fil-bini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-pilastri tal-basement ta' Blokk D tal-isptar Mater Dei għandhom xi ħsarat u qed iċedu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mhux minnu li xi pilastru ta' Block D fl-isptar Mater Dei se jċedi jew għandu xi forma ta' ħsara.
Leg 9 PQ #38705 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skrivana maċ-Ċivil

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa ta' skrivani maċ-ċivil? Minn liema lokalita' kienu? Kemm għaddew mir-written exam? Minn liema lokalita' kienu dawk li għaddew? Meta ser isiru l-interviews?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Dipartiment responsabbli għall-ingaġġ ta' uffiċjali pubbliċi huwa l-Management & Personnel Office li jaqa' taħt il-Prim Ministru.