Legislature:
Category:
Reset

Dħul mill-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu – Allokazzjoni – Kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm allokazzjoni speċifika mid-dħul addizzjonali li se jiġi ġġenerat miż-żieda fil-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu għall-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jgħid minn meta se tiġi applikata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3792.

Dħul mill-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu – Allokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mid-dħul addizzjonali li se jiġi ġġenerat miż-żieda fil-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu se jiġi allokat direttament lil dawk il-lokalitajiet li qed jesperjenzaw l-akbar pressjoni turistika?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji sejrin jiġu mħabbra fiż-żmien propizju.

Użu tad-dħul mill-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi rendikont dettaljat ta’ kif id-dħul mill-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu ntuża matul l-2025 u l-ewwel sitt xhur tal-2026, inkluż in-nefqa skont il-lokalità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sodod ta’ lukandi disponibbli – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sodod ta’ lukandi kienu disponibbli iżda ma kinux okkupati matul ix-xhur tal-ogħla staġun turistiku tal-2025, u x’perċentwal tal-kapaċità totali dan kien jirrappreżenta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Sodod turistiċi – Mira massima nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb illi jistabbilixxi mira massima nazzjonali għan-numru ta’ sodod turistiċi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026 (L.S. 409.24) introduċew standards ogħla għall-kategoriji kollha ta’ akkomodazzjoni, inkluż iċ-Ċertifikat ta’ Konformità mal-Politika Turistika bħala rekwiżit għall-iżvilupp u l-liċenzjar ta’ proġetti ġodda. Fil-fatt, ir-regolamenti l-ġodda fuq l-akkomodazzjoni jagħtu stampa aktar ristretta ta’ fejn għandu jmur l-iżvilupp. Dik il-liġi flimkien ma’ inizjattivi u inċentivi oħra għandhom jirriżultaw f’titjib tal-prodott turistiku u diversifikazzjoni fl-investiment.

Sodod turistiċi liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod turistiċi liċenzjati bħalissa f’Malta u Għawdex, maqsuma skont il-kategorija ta’ akkomodazzjoni u l-lokalità? Jista’ jgħid ukoll x’żieda fil-kapaċità hija mistennija matul l-aħħar tal-2026 u l-2027?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.

Il-Qala u r-Rabat, Għawdex – Trasport pubbliku dirett

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2134 u jgħid jekk jeżistix servizz tat-trasport pubbliku dirett bejn il-Qala u r-Rabat, Għawdex? Jekk le, liema servizz ta’ trasport pubbliku jistgħu jużaw ir-residenti tal-Qala biex imorru r-Rabat? Minn liema toroq jgħaddi dan is-servizz u x’inhu l-ħin stmat tal-vjaġġ? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jittieħdu jew huma ppjanati sabiex is-servizz tat-trasport pubbliku f’Għawdex isir aktar effiċjenti, konvenjenti u attraenti għall-utenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa ma hemmx rotta diretta bejn il-Qala u r-Rabat, Għawdex. Madankollu, ir-residenti jistgħu jużaw ir-rotta 303, li sservi l-Qala u r-Rabat b’ħin medju tal-vjaġġ ta’ bejn 30 u 32 minuta. Din ir-rotta tgħaddi mill-Port tal-Imġarr, Għajnsielem, il-Qala, in-Nadur, ix-Xewkija u r-Rabat. Fil-futur qarib huwa ppjanat li r-rotta 322 tiġi estiża sabiex isservi wkoll il-Qala. Matul dawn l-aħħar xhur saru diversi tibdiliet fis-servizz tat-trasport pubbliku f’Għawdex, fosthom żidiet fil-frekwenza ta’ ċerti rotot, estensjonijiet u modifiki f’rotot oħrajn, kif ukoll konnessjoni bejn il-Modal Hub ta’ Ta’ Xħajma u r-Rabat. Ġiet imsaħħa wkoll il-konnettività bejn Għawdex u Malta, inklużi s-servizzi miċ-Ċirkewwa lejn il-Belt Valletta, l-Isptar Mater Dei u l-Università, kif ukoll mit-terminal tal-Fast Ferry f’Lascaris lejn l-MCAST, Mater Dei u l-Università. Ġiet introdotta wkoll rotta ċirkolari f’Buġibba li tgħaqqad it-terminal tal-Fast Ferry mat-terminal tal-karozzi tal-linja. Barra minn hekk, f’Ġunju 2026, il-flotta kollha tal-karozzi tal-linja li topera f’Għawdex inbidlet minn vetturi li jaħdmu bid-diesel għal vetturi elettriċi.

Ix-Xewkija, Għawdex – Pjan għal Airfield

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2130 u jgħid jekk għadx hemm il-pjan li ssir airfield fix-Xewkija, Għawdex? Jekk iva, jista’ jgħid fiex wasal dan il-proġett u meta huwa mistenni li jitlesta u jibda jopera? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizzi se jkunu qegħdin jiġu provduti?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u OpenAI

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u OpenAI?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-ftehim mitlub jikkonsisti f’informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva, għaldaqstant ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid iżda li sa issa mal-50 elf persuna diġa’ applikaw għal dan il-kors, filwaqt li mat-32 elf persuna diġa’ temmew dan il-kors b’suċċess. Madanakollu qed noffri lill-Onorevoli interpellant li b’mod personali u kunfidenzjali jara dan il-ftehim.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 763 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ma għamlux użu minn konsulenti jew servizzi ta' konsulenza dwar l-intelliġenza artifiċjali jew it-trasformazzjoni diġitali matul il-perjodu mitlub. Fir-rigward tal-Ministeru nnifsu, dan għandu arranġament fis-seħħ ma' Gartner  Ireland Limited għall-provvista ta' servizzi ta' riċerka teknika u konsulenza, li jinkludu fost oħrajn aspetti relatati mal-intelliġenza artifiċjali u t-trasformazzjoni diġitali, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 760 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul is-snin 2025 u 2026, l-Awtorità tal-Ippjanar ingaġġat konsulenti għal servizzi relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali lil Keane Grech u Beat Limited. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant illi f’kull istanza kienu segwiti il-proċeduri tal-akkwist pubbliku applikabbli. Fir-rigward tal-Ministeru u l-entitajiet l-oħra msemmija, ma ġew ingaġġati ebda konsulenti f’dan il-qasam matul il-perjodu indikat.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Lista ta’ konsulenzi

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 754 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tagħha matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat ingaġġa s-servizzi ta’ Mark Bugeja għal konsulenza fl-IT u l-intelliġenza artifiċjali relatata mal-implimentazzjoni tal-pjattaforma tar-ridesharing, skont il-proċeduri tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li r-risposta hija fin-negattiv.

Għawdex – Feeders tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta sar l-aħħar test tekniku jew condition assessment fuq kull wieħed mit-tliet feeders ta’ 33kV li jfornu lil Għawdex u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tat-testijiet li saru matul l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Intepellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2674.

Għawdex – Feeders tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, għal kull wieħed mit-tliet feeders ta’ 33kV li jfornu lil Għawdex, f’liema sena ġie installat u kkummissjonat, x’tip ta’ cable ntuża, x’inhi l-kapaċità nominali tiegħu u x’inhi l-ħajja teknika mistennija tiegħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Intepellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2674.

Għawdex – Ħsarat fil-feeders tal-elettriku – Rapport tekniku

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku sħiħ, hekk kif dan jitlesta, dwar il-ħsarat li żviluppaw inkluża root-cause analysis u r-rakkomandazzjonijiet tekniċi li joħorġu minnu, fejn tnejn mit-tliet feeders ta’ 33kV prinċipali li jfornu lil Għawdex ikkaġunaw qtugħ fil-provvista tal-elettriku fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2026?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Intepellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2674.

Għawdex – Ħsarat fil-feeders tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tispjega kif tnejn mit-tliet feeders prinċipali li jfornu lil Għawdex setgħu jiżviluppaw ħsara fl-istess perjodu? Tista’ tgħid ukoll jekk l-Enemalta tqisx dawn iż-żewġ ħsarat bħala relatati jew bħala żewġ failures indipendenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Intepellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2674.

Għawdex – Ħsarat fil-feeders tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet il-kawża teknika tal-ħsarat li żviluppaw fuq tnejn mit-tliet feeders ta’ 33kV li jfornu lil Għawdex? Tista’ tgħid jekk ġiex stabbilit jekk dawn il-ħsarat kinux relatati ma’ sħana eċċessiva, overloading, degradazzjoni tal-cable, ħsara f’joints, ilma jew umdità, jew kawża oħra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Intepellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2674.

Għawdex – Qtugħ fil-provvista tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tagħti kronoloġija dettaljata tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li affettwa lil Għawdex fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2026, inkluż il-ħin ta’ meta seħħet kull ħsara, meta ġiet identifikata, meta beda x-xogħol ta’ tiswija u meta reġgħet ingħatat il-provvista lil kull lokalità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-tweġiba tapplika wkoll għal mistoqsijiet parlamentari oħrajn minn dawk li ssottometta dwar l-istess suġġett. Ninsab infurmata li fit-28 ta’ Awwissu 2026 żviluppaw żewġ ħsarat fuq tnejn mit-tliet feeders ta’ 33kV li jfornu lil Għawdex. L-ewwel ħsara kienet fuq il-cable bejn iċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni f’Kemmuna u ċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni fix-Xewkija. Dan il-feeder intefa’ fit-28 ta’ Awwissu 2026 fis-19:28. Malli rriżultat il-ħsara, minnufih skatta x-xogħol meħtieġ biex jinstab fejn kienet u malli din ġiet lokalizzata f’Għawdex stess, inbeda t-tħaffir u x-xogħol kollu li kellu jsir biex sussegwentement il-cable reġa’ nxtegħel fid-29 ta’ Awwissu 2026 fis-13:10. It-tieni ħsara kienet fuq il-cable bejn iċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni f’Kemmuna u ċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni fil-Qala. Dan il-feeder intefa’ fit-28 ta’ Awwissu 2026 fid-20:44. F’dan il-każ ukoll skattat minnufih ħidma biex jinstab fejn kienet il-ħsara, li eventwalment ġiet lokalizzata f’Kemmuna. Għaldaqstant, kellhom jiġu mobilizzati l-inġenji rispettivi biex ġew trasferiti bejn Għawdex u Kemmuna. Hemm ukoll kellu jsir tħaffir u x-xogħol kollu meħtieġ sakemm il-cable reġa’ nxtegħel fid-29 ta’ Awwissu 2026 fl-21:41. Matul dan il-perjodu, it-timijiet tekniċi tal-Eenemalta ħadmu biex ġew lokalizzati, iżolati u msewwijin il-ħsarat. Ir-restawr tal-provvista sar b’mod gradwali sabiex tiġi evitata kwalunkwe ħsara ulterjuri fis-sistema. Mill-eżami tekniku li sar, il-ħsarat ġew identifikati li kienu fil-ġonot tal-cables rispettivi. Wara fault location ġie indikat li l-ewwel ħsara kienet taħt l-art fix-Xewkija, filwaqt li t-tieni ħsara nstabet f’Kemmuna. Meta jinbeda x-xogħol jiġi verifikat u jsiru t-testijiet meħtieġa biex jiġi determinat ikunx hemm moisture content jew ilmijiet. Dan il-proċess isir fuq kull ħsara li jkun hemm meta tkun relatata ma’ cables. Infurmata li ż-żewġ ħsarat seħħew fuq feeders differenti u fuq partijiet differenti tan-network. Għaldaqstant, dawn il-ħsarat qed ikunu meqjusa mill-Enemalta bħala li kienu indipendenti minn xulxin. Għal ħsara infrastrutturali ta’ din ix-xorta, l-Enemalta għandha proċedura li tiġi segwita waqt ix-xogħlijiet ta’ tiswija. It-tim tekniku li jkun fuq il-post jagħmel analiżi permezz ta’ testijiet biex jiddetermina li, ġaladarbda titneħħa l-ġonta li tkun falliet, jiġi aċċertat li l-cable rispettiv ikun f’qagħda b’saħħtu biex isir l-intervent fuqu ħalli jerġa’ jiġi f’qagħda operabbli. Wara li x-xogħlijiet ikunu tlestew, il-cable jiġi spezzjonat minn inġinier fejn issir sensiela ta’ testjar biex ikun assigurat li x-xogħol sar skont is-sengħa qabel l-istess cable jibda jiġi loaded permezz tal-kurrent. Fil-każ tat-tliet feeders li jfornu lil Għawdex, cable minnhom huwa cable tal-aluminju b’kapaċità ta’ 300mm² b’rating ta’ 340A. It-tieni cable huwa cable tal-aluminju ta’ 240mm² b’rating ta’ 304A. It-tielet cable huwa cable tar-ram ta’ 185mm² b’rating ta’ 350A. Il-ħajja teknika ta’ cable tiddependi mit-tip u mill-kostruzzjoni tagħhom, kif ukoll mill-kundizzjonijiet ambjentali u operazzjonali. Għaldaqstant, m’għandhiex tiġi attribwita ħajja teknika waħda u uniformi lit-tliet feeders kollha. Waqt ix-xogħlijiet il-cable jiġi spezzjonat biex jiġi identifikat li l-kundizzjoni tal-conductor tkun f’kundizzjoni tajba. L-Enemalta tissorvelja kontinwament in-network, inkluż it-tagħbija fuq il-feeders, sabiex l-infrastruttura titħaddem fil-limiti operattivi stabbiliti. Fuq kull wieħed mit-tliet feeders, isiru spezzjonijiet permezz ta’ għaddasa darbtejn fis-sena biex tiġi spezzjonata l-integrità tal-cables. Mill-Kamra tal-Kontroll ikun qed jiġi monitored il-power flow li jkun għaddej minn ġo dawn it-tip ta’ cables. Is-switchgears rilevanti għandom monitoraġġ ta’ partial discharge kontinwu, filwaqt li kull erba’ xhur il-ħaddiema tekniċi tal-Enemalta jagħmlu wkoll testing manwali. Qabel il-ħsarat tat-28 ta’ Awwissu 2026 ma kien hemm xejn li jindika failure imminenti fuq xi wieħed miż-żewġ feeders li sussegwentement ġew affettwati. Fis-sigħat ta’ qabel seħħew il-ħsarat, it-tagħbija fuq it-tliet feeders kienu qed jitħaddmu fil-limiti normali. L-ebda wieħed mill-feeders ma qabeż il-limiti operattivi tiegħu fil-perjodu inkwistjoni. Għaldaqstant, il-ħsarat ma seħħewx f’kundizzjonijiet fejn xi wieħed mill-feeders kien qed jitħaddem lil hinn mil-limiti operattivi tiegħu. Infurmata wkoll li, wara li ż-żewġ feeders ġew affettwati mill-ħsarat, il-feeder li baqa’ fis-servizz kompla jopera fil-limiti normali u fl-ebda ħin ma qabeż il-limiti operattivi tiegħu. Il-kapaċità disponibbli minn feeder wieħed ma kinitx biżżejjed sabiex tagħmel tajjeb għad-domanda adizzjonali li kienet maqsuma fuq iż-żewġ feeders l-oħra. Biex tilqa’ għad-domanda li Għawdex jista’ jkollu fis-snin li ġejjin, l-Enemalta qed twettaq aktar investimenti li se jinkludu żewġ cables ġodda ta’ 33kV taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex, konnessjoni ġdida ta’ 132kV bejn iż-żewġ gżejjer, żewġ ċentri ta’ distribuzzjoni u aktar tisħiħ tal-konnettività interna tan-network ta’ 33kV f’Għawdex. Dan ikompli jibni fuq l-investimenti li diġà saru fl-aħħar snin. Mill-2023 ’il hawn, l-Enemalta kkummissjonat 18-il substation ġdida f’Għawdex, lestiet erba’ transformer upgrades, poġġiet 24 kilometru ta’ cables ta’ vultaġġ medju, issostitwiet tagħmir f’disa’ switchgear installations u awtomatizzat 43 substation sabiex jitjiebu l-monitoraġġ, l-identifikazzjoni tal-ħsarat u l-ħinijiet ta’ restawr.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Storbju

Question

B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx jew hux ser isir studju dwar il-livelli ta’ storbju mistennija mill-faċilità, inkluż storbju minn vetturi tqal, tagħmir industrijali u operat matul il-lejl? Tista’ tgħid ukoll x’limiti operattivi u miżuri ta’ mitigazzjoni huma previsti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 2637.