Legislature:
Category:
Reset

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Kwalità ambjentali u tal-ilma

Question

B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx jew hijiex ippjanata evalwazzjoni speċifika dwar xi impatt potenzjali tal-faċilità fuq il-kwalità ambjentali u tal-ilma fl-Għadira u fil-Bajja tal-Mellieħa? Jekk iva, tista’ tqiegħed din l-evalwazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 2637.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Riskju ta’ kontaminazzjoni

Question

B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid xi studji saru jew huma ppjanati dwar ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija, l-ilma ta’ taħt l-art u tal-baħar minħabba t-trasport, il-ħażna u l-ipproċessar ta’ demel, slurry u skart agrikolu fis-sit propost?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 2637.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Air-quality modelling

Question

B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx jew hux ser isir air-quality modelling għall-faċilità proposta, inkluż l-impatt tat-traffiku addizzjonali u l-emissjonijiet mill-operat tal-impjant? Jekk iva, tista’ tqiegħed ir-riżultati u l-metodoloġija użata fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 2637.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Irwejjaħ

Question

B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid x’evalwazzjoni saret dwar l-impatt potenzjali tal-irwejjaħ ikkawżati mit-trasport, mill-ħażna u mill-ipproċessar ta’ bejn 300,000 u 350,000 tunnellata ta’ demel, slurry u skart agrikolu fis-sena fis-sit propost?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 2637.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Environmental Impact Assessment

Question

B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għamlitx screening jew xi evalwazzjoni ambjentali tal-proġett propost? Jekk iva, tista’ tqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra u tgħid jekk il-proġett hux ser ikun soġġett għal Environmental Impact Assessment sħiħ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess fir-rigward tal-proġett propost għadu fi stadju preliminari. Kull proposta li titressaq formalment quddiem l-awtoritajiet kompetenti tkun suġġetta għall-proċessi regolatorji applikabbli u jsiru l-istudji u l-evalwazzjonijiet li jkunu meħtieġa skont il-liġi.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 289.

Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 2372.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 289.

Armi tan-nar ġodda liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm armi tan-nar ġodda liċenzjati fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2026 u l-25 ta’ Ottubru 2025 ġew irreġistrati tlett elf, mitejn u tlieta u tmenin (3,283) arma tan-nar ġdida ‘to keep’ , li jinkludu wkoll armi tal-arja.

Tfal li rritornaw fil-kura tal-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tfal, wara li irritornaw mal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom, irritornaw lura fil-kura tal-Istat matul l-aħħar għaxar snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar għaxar snin, kien hemm 43 minuri li irritornaw lura fil-kura tal-Istat wara li kienu re-unifikati mal-ġenituri tagħhom.   Sena b’ sena dawn kienu mqassmin kif ġej: 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 2024 2025 2026 0 6 2 0 5 8 9 5 4 3 1

Ordni ta’ ħarsien – Tfal li marru jgħixu lura mal-ġenituri bijoloġiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kellhom: i.    Ordni ta’ ħarsien; u ii.   Provisional Care Order u marru jgħixu lura mal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom fl-aħħar ħames snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 115-il minuri li marru jgħixu lura mal-familja bioloġika tagħhom. Dan in-numru jinkludi ukoll dawk l-individwi li kellhom iktar minn 18-il sena u għażlu li jmorru lura mal-familja tagħhom. It-tqassim dettaljat ta’ dawn il-minuri jinsab fit-tabella mehmuża ma’ din it-tweġiba 2022 2023 2024 2025 2026 Minuri 18-il sena ‘l fuq Minuri 18-il sena ‘l fuq Minuri 18-il sena ‘l fuq Minuri 18-il sena ‘l fuq Minuri 18-il sena ‘l fuq Ordni ta' Ħarsien Care order 12 5 16 6 6 6 4 5 2 3 Correctional Order 0 0 0 0 0 0 1 0 0 0 Supervision Order 0 0 1 0 7 0 2 0 3 0 Ordni Provviżorja Care order 9 0 8 2 9 2 0 0 1 1 Supervision Order 0 0 0 0 0 0 1 0 3 0 Total 21 5 25 8 22 8 8 5 9 4 Total Globali 26 33 30 13 13

Kostruzzjoni - Studji ġeoloġiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat li l-istudji ġeoloġiċi li huma neċessarji għall-kostruzzjoni huma professjonali u ta’ min joqgħod fuqhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

L-istudji ġeoloġiċi meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni jiġu ppreparati minn professjonisti bil-warrant, jiġifieri periti u inġiniera, li huma responsabbli għall-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti li jippreżentaw. Meta l-proġett jinvolvi skavar ta’ aktar minn żewġ metri, il-leġiżlazzjoni tirrikjedi Geological Investigation Report (GIR) li jinkludi core recovery sabiex jiġu identifikati l-karatteristiċi ġeoloġiċi tas-sit. Fejn l-iskavar propost ikun ta’ inqas minn żewġ metri, trial pit jitqies bħala suffiċjenti sabiex il-perit tal-proġett ikun jista’ jivvaluta l-kundizzjonijiet tas-sit u juża dik l-informazzjoni fit-tħejjija tal-method statement. Fiż-żewġ każijiet, dawn ir-rapporti jitħejjew minn professjonisti bil-warrant. Wara li jiġu sottomessi lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), dawn jiġu vverifikati wkoll minn periti esterni mqabbda mill-BCA bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni teknika qabel ma tkun tista’ tinħareġ il-clearance meħtieġa skont il-liġi.

BCA - Ordnijiet ta’ waqfien mix-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ordnijiet ta’ waqfien mix-xogħol mill-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni (BCA) bejn Jannar u Ġunju 2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Ġunju, 2026, kien hemm 2,144 ordni ta’ waqfien mix-xogħol mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni.

Sena 2025 - BCA - Ordnijiet ta’ waqfien mix-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ordnijiet ta’ waqfien mix-xogħol mill-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni (BCA) matul is-sena 2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2025 kien hemm 2,528 ordni ta’ waqfien mix-xogħol mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni

DIER - TCNs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) rrikorrew għall-għajnuna tad-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) bejn Jannar u Ġunju 2026, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

DIER - Ilmenti li ġew riżolti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa ilmenti quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) bejn Jannar u Ġunju 2026 li ġew riżolti mingħajr il-ħtieġa tat-tribunal?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

DIER - Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dwar xiex kienu l-ilmenti mressqa quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) bejn Jannar u Ġunju 2026, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Protection Orders u Temporary Protection Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu Protection Orders u Temporary Protection Orders separatament mill-2015 sal-aktar data riċenti, maqsuma sena b’sena, u jgħid x’inhi d-distinzjoni bejniethom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mis-sena 2015 ma tistax issir stante li l-istatistika bdiet tinżamm mis-sena 2020, għalhekk qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-2020 s’Awwissu 2026.