Legislature:
Category:
Reset

Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Konsultazzjoni pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex ippjanata konsultazzjoni pubblika mar-residenti u n-negozji tal-Mellieħa dwar il-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Konsultazzjoni ma’ Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ġietx ikkonsultata dwar it-traffiku addizzjonali li se tiġġenera l-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ġiex ikkonsultat dwar il-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ, u jekk iva, meta u x’kienet ir-risposta tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Konsultazzjoni mal-MTA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ġietx ikkonsultata dwar il-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ, u jekk iva, x’kienet ir-risposta tagħha?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Impatt fuq it-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt tal-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ fuq it-turiżmu fil-Mellieħa, partikolarment fuq il-Bajja tal-Mellieħa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Miżuri kontra l-kontaminazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri huma ppjanati biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-art, tal-ilma tal-pjan u tal-baħar mill-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Knee replacements

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru knee replacements fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Settur tad-dental hygiene – Online course 'Oral health for people with special needs'

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ser isir online course (DH Circular 1024/26; DH file number DH 1082/2026) għal dental hygiene class in scale 10, 8, 7 u 6, fis-settur tad-dental hygiene bl-isem 'Oral health for people with special needs', meta  studenti jkollhom taħriġ waqt li qed jistudjaw il-kors ta' dental hygiene fl-Università ta’ Malta? Jista’ wkoll jqabbel u jagħti x'inhi d-differenza bejn dan il-kors u dak li jkun ingħata mill-Università ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li t-taħriġ online “Oral Health for People with Special Needs” (imsemmi fid-DH Circular 1024/26 u DH File 1082/2026) qed jiġi offrut bħala Żvilupp Professjonali Kontinwu (CPD) għad-dental hygienists ikkwalifikati li diġà qegħdin jaħdmu fis-servizz (fi skali 10, 8, 7 u 6). L-għan ta’ dan il-kors ta’ CPD huwa li jwieġeb għall-iżviluppi xjentifiċi u l-evidenza klinika l-ġdida li tkun ħarġet mill-mument li l-professjonisti jkunu kkwalifikaw. Barra minn hekk, mhux id-dental hygienists kollha li bħalissa qegħdin jipprattikaw fis-servizz pubbliku rċevew it-taħriġ tagħhom permezz tal-kurrikulu universitarju attwali. Għal dawn il-professjonisti, dan il-kors iservi bħala opportunita’ essenzjali ta' aġġornament u tiġdid fl-għarfien tagħhom.

Interess minn professjonisti Maltin

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm interess minn professjonisti Maltin fil-Fiżjoterapija, Midwifery, Speech Language Pathology, Dentistrija, Podjatrija u Nursing?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema nteress qed jirreferi.

L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tal-Fiżjoterapija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika ta' Fiżjoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.

L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tal-Podjatrija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika tal-Podjatrija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.

L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tad-Dentistrija għal Persuni b'Diżabilità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika tad-Dentistrija għal Persuni b'Diżabilità fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali – Ftehim ġdid – Tqassim bejn kull Kunsill Lokali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif se jitqassmu, bejn il-Kunsilli Lokali, it-€12.8 miljun tal-ftehim il-ġdid mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, matul is-sentejn tal-ftehim? Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-allokazzjoni massima jew indikattiva għal kull Kunsill Lokali u l-kriterji li se jintużaw biex jiġi deċiż kemm jingħata lil kull lokalità?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li rigward il-fondi allokati għal kull Kunsill Lokali, l-Ministeru għadu jrid jevalwa wara li l-Kunsilli Lokali jissottomettu l-proposti tagħhom. Għaldaqstant f’dan l-istadju għadu prematur li wieħed jgħid kemm kull kunsill se jkun allokat fondi. Rigward il-kriterji, ser issir laqgħa li matulha dawn il-kriterji jkunu spjegati lir-rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali. Fost il-kriterji ta’ prijoritá tajjeb li wieħed isemmi: a) Proposti li l-aktar li se jkun ta’ benefiċċju għal pubbliku b’mod ġenerali. b) Tisbieħ u tħaddir ta’ żoni li llum huma abbandunati u m’humiex ffrekwentati għax huma mitluqin. ċ) Proposti li huma mmirati għal żoni pedonali u għalhekk innaqqsu l-karozzi mil-qalba tal-lokalitajiet, u d)proġetti li jkunu aċċessibli għal kulħadd.

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali – Ftehim ġdid

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim il-ġdid ta’ €12.8 miljun bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali, inkluż kull schedule, annex, kundizzjoni, kriterju ta’ eliġibilità u proċedura għall-approvazzjoni tal-proġetti?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li d-dokument tal-ftehim il-ġdid jiġi ppublikat malli l-kumitat fuq il-bord tal-evalwazzjoni jkun għalaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-istess evalwazzjoni tal-offerti. Madanakollu is-sejħa għall-offerti għandha referenza ta’ CT 2177/2026.

Ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali – Approvazzjonijiet/nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi, għal kull Kunsill Lokali, kemm mill-allokazzjoni ta’ €10 miljun tal-ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali ġie approvat u kemm effettivament intefaq fil-lokalità rispettiva?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

L-allokazzjoni tal-fondi taħt il-ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali ġiet amministrata skont il-proġetti u l-interventi identifikati bħala meħtieġa fil-lokalitajiet differenti. L-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet saru b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull lokalità, il-prijoritajiet stabbiliti u l-istadji differenti li jgħaddi minnhom kull proġett. Id-Dipartiment jibqa’ jsegwi l-andament tal-proġetti u l-użu tar-riżorsi allokati, filwaqt li jiżgura li dawn jintużaw bl-aktar mod effiċjenti u fl-interess tal-komunitajiet lokali.

Ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-allokazzjoni ta’ €10 miljun tal-ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali ntefqu kemm fuq xogħlijiet imwettqa minn kuntratturi privati kif ukoll fuq xogħlijiet imwettqa direttament mill-istess Dipartiment? Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kuntratturi li ngħataw xogħol taħt dan il-ftehim, flimkien mal-valur totali tax-xogħol mogħti lil kull kuntrattur?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

L-allokazzjoni finanzjarja marbuta mal-ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali kienet intiża sabiex tappoġġja t-twettiq ta’ diversi interventi u proġetti ta’ benefiċċju għall-komunitajiet lokali. L-implimentazzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet saret permezz tal-mekkaniżmi operattivi u amministrattivi applikabbli skont in-natura u l-ħtiġijiet ta’ kull intervent, filwaqt li ttieħdu inkunsiderazzjoni l-kunsiderazzjonijiet tekniċi u r-riżorsi disponibbli. Id-Dipartiment jibqa’ impenjat li jiżgura li l-fondi allokati jintużaw b’mod xieraq u responsabbli, u li x-xogħlijiet jitwettqu fl-interess tal-Kunsilli Lokali u tar-residenti rispettivi tagħhom.

Ix-Xewkija – Korsa taż-żwiemel – Faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jittejbu l-faċilitajiet u d-dawl fil-korsa taż-żwiemel fix-Xewkija - li tintuża minn diversi persuni għall-mixi u għall-ġiri - sabiex tkun tista’ titgawda b’mod sigur anke wara nżul ix-xemx? Jista’ jgħid ukoll x’interventi huma ppjanati u meta huma mistennija li jitwettqu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex beda l-proċess biex tinħareġ sejħa għall-offerti biex isir id-dawl fuq in-naħa ta' ġewwa tal-korsa taż-żwiemel, li tintuża minn diversi persuni għall-mixi jew għall-ġiri.  Ix-xogħol huwa mistenni li jsir is-sena d-dieħla.

Ħaddiema tas-Servizzi Korrettivi – Ħlas għal sigħat ta’ xogħol żejda

Question

B’referenza għall-istqarrija għall-istampa PR260798 maħruġa mill-Ministeru fis-6 ta’ Mejju 2026 u b’referenza għall-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-ħaddiema li ħadmu fl-istess postijiet sa mill-1994 anke qabel twaqqfet l-istess Aġenzija, jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema applikaw biex jingħataw ħlas għal sigħat ta’ xogħol żejda li suppost ħadmu u ma tħallsux għalihom? Jista’ jgħid ukoll kemm sigħat kienu mitluba li jitħallsu, kemm minn dawn il-ħaddiema diġà tħallsu u kemm għadhom qed jistennew li jitħallsu? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li jintemm l-eżerċizzju kollu u kemm hi mistennija li tkun in-nefqa marbuta ma’ dan l-eżerċizzju?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li daħlu 384 applikazzjoni li qed ikunu vvetjati. F’dan l-istadju din hija l-unika informazzjoni li tista’ tingħata.

Diretturi Ġenerali – Ħatriet u tul ta’ servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: i.    meta ġie appuntat id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), u kemm ilu fil-kariga; ii.   meta ġiet appuntata d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) u kemm ilha fil-kariga; iii.  meta ġie appuntat id-Direttur Ġenerali (Standards), u kemm ilu fil-kariga; u iv.  meta ġie appuntat id-Direttur Ġenerali (Regolamenti Tekniċi), u kemm ilu fil-kariga?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-Kapitolu 510 tal-Liġijiet ta’ Malta l-karigi imsemmija huma soġġetti għal ħatra ta’ tliet snin u dak iż-żmien jista’ jiġi mtawwal għal perjodi itwal ta’ tliet snin kull wieħed.  Infurmat ukoll li għaddej il-proċess ta’ reklutaġġ għall-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) li bħalissa hija vakanti.

Anzjani li mhumiex computer literate – Aċċess għal servizzi online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu mid-diversi entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fir-rigward ta’ dawk l-anzjani li mhumiex computer literate minħabba l-fatt li llum ħafna servizzi huma aċċessibbli biss online?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA) qed timplimenta diversi inizjattivi bil-għan li tissaħħaħ l-inklużjoni diġitali, b’mod partikolari fost l-anzjani, sabiex dawn ikunu jistgħu jifhmu u jużaw aħjar it-teknoloġiji moderni u jibbenefikaw mis-servizzi diġitali. Fost dawn l-inizjattivi hemm: AI4All u Bootcamps AI4ALL (b’kollaborazzjoni mal-Lifelong Learning): Programm ta’ taħriġ onlajn bla ħlas, imfassal għal persuni mingħajr għarfien tekniku minn qabel, li joffri introduzzjoni għall-Intelliġenza Artifiċjali (AI), l-użi prattiċi tagħha fil-ħajja ta’ kuljum u l-ħiliet bażiċi meħtieġa biex tintuża b’mod responsabbli. Dan il-programm huwa aċċessibbli wkoll għall-anzjani li jixtiequ jtejbu l-għarfien diġitali tagħhom. Ġew organizzati ukoll total ta’ 10 sessjonijiet ta’ bootcamp, li laħqu 109 parteċipant u li fihom intużaw il-faċilitajiet tal-Msida Lab. Il-programm kien miftuħ għal persuni minn 14-il sena ’l fuq, bil-parteċipazzjoni tinkludi wkoll persuni anzjani li jieħdu sehem regolarment f’inizjattivi tal-Lifelong Learning. Kollaborazzjoni mal-Pastoral Formation Institute (PFI): Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, qed jiġu organizzati sessjonijiet ta’ taħriġ dwar l-Intelliġenza Artifiċjali fil-parroċċi u fi gruppi komunitarji, b’enfasi partikolari fuq l-anzjani. Sa Awwissu 2026, kienu diġà saru 39 sessjoni, li minnhom ibbenefikaw 664 parteċipant ta’ 60 sena jew aktar. Kollaborazzjoni ma’ Active Ageing and Community Care (AACC): Permezz ta’ ftehim bejn l-MDIA u l-AACC, il-programm AI4All se jitwassal direttament lill-anzjani permezz tas-36 Ċentru għall-Anzjanità Attiva, kif ukoll fid-djar residenzjali għall-anzjani. Il-ħaddiema tal-AACC se jingħataw taħriġ speċifiku sabiex ikunu jistgħu jassistu lill-anzjani fl-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali u jgħinuhom jiżviluppaw aktar kunfidenza fit-teknoloġija. AI4All fil-Kunsilli Lokali: Din l-inizjattiva għandha l-għan li twassal taħriġ u assistenza wiċċ imb wiċċ fil-komunitajiet lokali, sabiex persuni li għandhom diffikultajiet biex jużaw it-teknoloġija jkunu jistgħu jirċievu għajnuna diretta. Ħaddiema u studenti mħarrġa se jassistu lill-parteċipanti fil-mistoqsijiet u d-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom, bl-appoġġ kontinwu tat-tim tal-AI4All. Kollaborazzjoni mal-FITA: L-MDIA għandha Memorandum ta’ Ftehim eżistenti mal-FITA. Għal din is-sena kien ippjanat bootcamp immirat lejn persuni anzjani, iżda sfortunatament din l-inizjattiva ma setgħetx titwettaq matul din is-sena. Huwa ppjanat li d-diskussjonijiet jerġgħu jibdew is-sena d-dieħla. Ħiliet Diġitali għal Gruppi Vulnerabbli: Din l-inizjattiva twettqet b’kollaborazzjoni mal-Lifelong Learning u kienet iffukata speċifikament fuq l-għoti ta’ appoġġ lil persuni vulnerabbli residenti f’xelters. Għaldaqstant, din l-inizjattiva ma taqax taħt il-kategorija tal-parteċipazzjoni tal-anzjani. Dawn l-inizjattivi jirriflettu l-impenn tal-MDIA li tippromwovi inklużjoni diġitali għal kulħadd, filwaqt li tnaqqas id-distakk fil-ħiliet diġitali bejn il-ġenerazzjonijiet. B’mod partikolari, l-enfasi fuq taħriġ fil-komunità u assistenza diretta għandha l-għan li tgħin lill-anzjani jsiru aktar indipendenti u kunfidenti fl-użu tat-teknoloġija, sabiex ma jitħallewx lura hekk kif aktar servizzi qed jiġu offruti permezz ta’ mezzi diġitali.