Legislature:
Category:
Reset

Permessi ta’ residenza – Applikazzjonijiet għal tiġdid u applikazzjonijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2945 u 4564 u ċjoè: B’referenza għall-applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza sottomessi lill-Aġenzija Identità matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu għat-tiġdid ta’ permessi eżistenti, u kemm kienu applikazzjonijiet ġodda sottomessi għall-ewwel darba?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Permessi ta’ residenza – Applikazzjonijiet sottomessi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2944 u 4563 u jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi lill-Aġenzija Identità, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Jobsplus - Programmi tal-Youth Guarantee u Training for Employment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4562 u ċjoè: B’referenza għall-istqarrija ppubblikata fis-7 ta’ Ottubru 2026, li fiha ġie ddikjarat li aktar minn 15,000 persuna bbenefikaw mill-programmi Youth Guarantee u Training for Employment ta’ Jobsplus, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-figura tirreferix għal persuni li sempliċiment bdew jew ipparteċipaw f’kors, għal persuni li temmew it-taħriġ, jew għal persuni li kisbu riżultat konkret fl-impjieg? Jista’ jipprovdi ċ-ċifri eżatti separatament għal kull waħda minn dawn it-tliet kategoriji, għal kull programm u għal kull sena mill-bidu tiegħu sat-30 ta’ Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll fejn id-data mitluba ma tinżammx jew ma tkunx disponibbli, jindika dan espliċitament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-rapporti annwali li diġà tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jobsplus - Programmi tal-Youth Guarantee u Training for Employment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4561 u ċjoè: B’referenza għall-programmi Youth Guarantee u Training for Employment ta’ Jobsplus, jista’ l-Ministru jipprovdi separatament għal kull programm u għal kull sena mill-bidu tiegħu sat-30 ta’ Settembru 2026, l-istatus tal-parteċipanti qabel ma bdew il-programm, billi jindika: a. kemm kienu qiegħda u jirreġistraw ma’ Jobsplus; b. kemm ma kinux qed jaħdmu, jistudjaw jew jitħarrġu (NEETs); ċ. kemm kienu diġà impjegati; u d. kemm kienu qed ifittxu li jtejbu l-ħiliet jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll fejn id-data mitluba ma tinżammx jew ma tkunx disponibbli, jindika dan espliċitament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Jobsplus - Programmi tal-Youth Guarantee u Training for Employment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4416 u jgħid jekk il-figura ta’ aktar minn 15,000 persuna li, skont l-istqarrija tas-7 ta’ Ottubru 2026, ibbenefikaw mill-programmi Youth Guarantee u Training for Employment ta’ Jobsplus, tirrappreżentax persuni uniċi jew tinkludix persuni li pparteċipaw aktar minn darba fl-istess programm, f’korsijiet differenti jew fiż-żewġ programmi? Jista’ wkoll jipprovdi n-numru totali ta’ persuni uniċi u n-numru totali ta’ parteċipazzjonijiet irreġistrati sat-30 ta’ Settembru 2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-rapporti annwali li diġà tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Ġiljan – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3884 u 4457 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’San Ġiljan? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4904.

Tas-Sliema – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3883 u 4456 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’Tas-Sliema? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4904.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman – Implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3882 u 4455 u jgħid meta ser jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar iż-żjarat fuq il-post minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet sabiex jiġu mmarkati b’mod ċar il-konfini tal-art okkupata illegalment u jispjega għaliex dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom ma ġewx implimentati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, 1.    Illi l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet jagħmlu spezzjonijiet regolari fiż-żoni kollha fejn hemm “encroachment concessions” relatati ma’ mwejjed u siġġijiet ta’ stabbilimenti tal-ikel. 2. Meta jkun hekk jeħtieġ, li l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet jitolbu l-assistenza ta’ uffiċjali oħrajn minn awtoritajiet illi għandhom ukoll ġurisdizzjoni fuq din il-materja, bħal Transport Malta, Malta Tourism Authority, Planning Authority u anke l-Pulizija.  Dan kollu fi sforz kordinat ħalli dak li jkun jara preżenza ta' kull min għandu l-obbligu li jinforza l-ligijiet, u jifhem illi l-abbuż huwa ħażin.   F’dawn l-okkażjonijiet, l-uffiċjali kollha jkunu murija bi pjanti li jindikaw ċar il-konfini approvati minn kulħadd. Fejn jinstabu każijiet ta’ abbużi, l-operaturi jiġu avżati sabiex jottemperaw ruħhom mal-konfini kif approvati fil-permessi u l-konċessjonijiet. 3.   Rigward il-kwistjoni tal-immarkar tal-konfini, joħrog ċar mill-policies approvati li jgħoddu għal kulħadd, illi dawn għandhom isiru mill-awtoritajiet regolatorji de quo. 4. Finalment, irid jiġi spjegat li l-Awtorità tal-Artijiet, kuntrarju għal awtoritajiet oħra, ma timponix avviżi ta’ infurzar, iżda                      tista’ toħroġ notifiċi ta’ żgumbrar minn art pubblika tramite ordnijiet ġudizzjarji skont il-provvedimenti tal-Kapitolu 573                      tal-Liġijiet ta’ Malta.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’Tas-Sliema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3879 u 4388 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’San Ġiljan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3880 u 4387 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’San Ġiljan mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar fil-Gżira

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3881 u 4386 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet fil-Gżira mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Il-Ħamrun – Toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità tal-Ħamrun? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Il-Belt Valletta – Pjan għat-tiswija tal-bankini

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi pjan għat-tiswija tal-bankini fil-Belt Valletta?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qed jieħu ħsieb dan l-aspett permezz ta’ pjan ta’ tibdil ta’ bankini li jista’ jinvolvi fondi minn aġenziji oħrajn.

L-Għadira – Caravans – Kundizzjonijiet tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tal-kera li għandhom il-caravans li hemm fl-Għadira, għal kemm żmien huma mikrija u kemm titħallas kera?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kirjiet tal-caravans li jinsabu fl-Għadira huma regolati permezz ta skema amministrata mill-Awtorità tal-artijiet. B’din l-iskema l-kirjiet jingħataw għall-perjodu ta 5 snin, b kera annwali ta Euro500 fejn l-aħħar li ġew mġedda huwa proprju fl-2025. Bħala kundizzjonijiet tal-kirja hemm li l-kerrej għandu jżomm l-istruttura fi stat tajjeb ta manutenzjoni, filwaqt li mhuwiex permess li l-istruttura tiġi sullokata jew li d-drittijiet tal-kirja jiġu trasferiti lil terzi. Il-kerrejja kollha jridu jobdu u jimxu mar-regolamenti u l-kundizzjonijiet kollha li jinħarġu minn żmien għal żmien mill-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Caravans u Bungalows tal-Għadira. L-kirja tista tiġġedded għal perjodu ta 5 snin, suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet u għall-kundizzjonijiet applikabbli.

Sistema Shore-to-Ship – Bastimenti li ma setgħux jikkonnetjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-bastimenti li daħlu fil-port ma setgħux jikkonnetjaw għal xi raġuni jew oħra mas-sistema Shore-to-Ship?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Lulju 2024 sal-bidu ta’ Novembru 2026 kien hemm 8% tal- bastimenti kolla tal-passiġġieri li daħlu fil-Port il-Kbir, li għal xi raġuni jew oħra ma setgħux jitqabbdu mal-infrastruttura tal-provvista tal-elettriku shore-to-ship. Il-konnessjoni tiddependi minn diversi kunsiderazzjonijiet, fosthom it-tagħmir meħtieġ mill-bastimenti.  Ta ’ min jirrimarka wkoll li l-awtoritajiet konċernati jibqgħu impenjati li jinkoraġixxu l-użu tax-shore-to-ship, iktar u iktar minħabba l-fatt li dan se jkun mandatorju fl-2030.

Sistema Shore-to-Ship – Bastimenti li kkonnetjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-bastimenti li daħlu fil-port ikkonnetjaw mas-sistema Shore-to-Ship, minn kemm ilha li bdiet topera din is-sistema?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Lulju 2024 sal-bidu ta’ Novembru 2026 kien hemm 174 bastiment tal-passiġġieri (cruise liner) li tqabbdu mal-infrastruttura tal-provvista tal-elettriku shore-to-ship.

Rotta numru 106 – Frekwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema frekwenza tgħaddi l-karozza tal-linja bin-numru 106 minn Ħal Lija, Ħal Balzan u Birkirkara fid-direzzjoni lejn l-Isptar Mater Dei u l-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-pjan li din il-frekwenza tiżdied?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 106 topera bi frekwenza ta’ kull siegħa.

Anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni li qed jirċievu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni qed jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor.  Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2025 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppublika studju bit-titlu “DID THE EARLY PENSION DEFERRAL SCHEME LENGTHEN CAREERS IN MALTA?” Inżid ninforma illi skont id-disposizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) u Avviżi Legali relatati, persuni li jkollhom l-ammont stipulat ta’  kontribuzjonijiet fl-età ta’ 61 sena jistgħu jibqgħu jaħdmu, mingħajr ma’ jitolbu li jirċievu pensjoni kontributorja u ta’ dan il-pensjoni li jkollhom dritt għaliha tiżdied b’persentaġġ kull sena sakemm fl-eta ta’ 65 sena tista’ tiżdiedilhom b’29%. Fil-fatt mill-istudju joħroġ biċ-ċar illi l-persuni li għażlu li jitolbu pensjoni kontributorja fl-eta ta’ 61 qiegħed dejjem jonqos, minn 1,254 fis-sena 2016 għal 864 fis-sena 2024.

Anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni li għażlu li jaħdmu mingħajr ma jirċievu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni għażlu li jaħdmu mingħajr ma jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2025 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppublika studju bit-titlu “DID THE EARLY PENSION DEFERRAL SCHEME LENGTHEN CAREERS IN MALTA?” https://www.centralbankmalta.org/policy-notes Mill-istudju joħroġ illi bejn is-snin 2016 u 2024, kważi 7,900 persuna bbenefikaw mid-disposizzjonijiet tad-differiment tal-pensjoni u allura għażlu li jibqgħu jaħdmu flok jieħdu l-pensjoni.  Dan in-numru kompla jiżdied matul l-2025 u l-2026.