Legislature:
Category:
Reset

Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

LSEs – Studenti statemented

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti statemented għall-bżonn ta' LSE Shared, Shared in the same class u One to One għal kull sena, mis-sena 2008 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.

Konsum ta’ kannabis fil-pubbliku – Ċitazzjonijiet/azzjonijiet ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet jew ittieħdu azzjonijiet ta’ infurzar b’rabta ma’ ksur ta' liġi fejn jidħol konsum ta' kannabis fil-pubbliku matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet biex jissaħħaħ l-infurzar f’dan ir-rigward?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lil-Onor.Interpellanta illi qed nippreżenta tabella bl-informazzjoni mitluba. Kif ħabbart riċentement, it-tipjip tal-Kannabis se jkun inkluż fil-lista tal-‘On the Spot Fines’. Sena 2024 2025 2026 * Ammont 12 66 65 *Sal-4 ta’ Novermbru.

Guaranteed Service Standards Scheme – Applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru applikazzjonijiet taħt il-Guaranteed Service Standards Scheme matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll kemm minnhom ġew aċċettati, u kemm ingħata kreditu b’kollox, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet l-ebda applikazzjoni.

Guaranteed Service Standards Scheme – Termini u kundizzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini u l-kundizzjonijiet sħaħ tal-Guaranteed Service Standards Scheme u tgħid kif jiġi kkalkulat il-kreditu li jingħata lill-klijenti u jekk l-iskema tkoprix l-ispejjeż tal-ilma tal-flixkun li l-klijenti jkollhom jixtru waqt qtugħ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5013.

Ħaż-Żebbuġ – Qtugħ fil-provvista tal-ilma – Guaranteed Service Standards Scheme

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk, fil-każ tal-qtugħ fil-provvista tal-ilma f’Ħaż-Żebbuġ bejn it-30 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2026, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) żammitx mal-impenji tagħha taħt il-Guaranteed Service Standards Scheme? Tista’ tgħid ukoll taħt liema kategorija ġie kklassifikat dan il-qtugħ, u jekk ir-residenti affettwati humiex eliġibbli għal kreditu fuq il-kont tagħhom taħt din l-iskema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5013.

Ħaż-Żebbuġ – Qtugħ fil-provvista tal-ilma – Djar u negozji milquta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm djar u negozji f’Ħaż-Żebbuġ intlaqtu mill-qtugħ fil-provvista tal-ilma f’Ħaż-Żebbuġ bejn it-30 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2026, u jekk ġietx offruta provvista alternattiva ta’ ilma lir-residenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5013.

Ħaż-Żebbuġ – Qtugħ fil-provvista tal-ilma – Ħsara kkawżata minn terza persuna

Question

B’referenza għall-informazzjoni mogħtija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) li l-qtugħ fil-provvista tal-ilma f’Ħaż-Żebbuġ bejn it-30 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2026 kien ikkawżat minn ħsara minn terza persuna, tista’ l-Ministru tgħid min kienet din it-terza persuna, x’xogħlijiet kienet qed tagħmel, u jekk dawn ix-xogħlijiet kinux awtorizzati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5013.

Ħaż-Żebbuġ – Qtugħ fil-provvista tal-ilma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet il-kawża tal-qtugħ fil-provvista tal-ilma f’Ħaż-Żebbuġ bejn it-30 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2026, u tagħti l-ħinijiet f’kull ġurnata li fihom il-provvista nqatgħet u reġgħet ġiet lura?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-każ li qed issir referenza għalih seħħ minħabba inċident fejn kuntrattur liċenzjat li kien qed jagħmel xogħlijiet fit-toroq laqat mejn tal-ilma maġġuri li jissupplixxi l-akkwati u b’konsegwenza t’hekk ġew affettwati 1,980 meter.  Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet azzjoni minnufih biex il-ħsara ssewwiet mill-istess kuntrattur. Il-ħinijiet f’kull ġurnata li fihom il-provvista tkun sospiża, jkunu pubblikati fuq is-sit tal-Korporazzjoni - https://live.wsc.com.mt/publicweb kif ukoll fuq il-mezzi tal-media socjali, apparti li tintbagħat notifika bil-ħinijiet u t-toroq affettwati lir-residenti u n-negozji kollha abbonati mas-servizz tal-SMS u real time alerts https://live.wsc.com.mt/PublicWeb/home/alerts . Nappella lil kull min għadu mhux qed jagħmel użu minn dan is-servizz tant utli,  biex jirreġstra għalih ħalli jibda jirċievi aġġornamenti f’każijiet ta’ ħsarat, emerġenzi u anke manutenzjoni pjanata fit-triq tiegħu. Il-perjodu mingħajr provvista ta’ ilma kien inqas minn 48 siegħa (f’daqqa) u f’dan il-każ il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mxiet mal-Guaranteed Standards Service Scheme- https://www.servizz.gov.mt/en/Services/web-02102 Ninsab ukoll infurmata li n-notifikazzjonijiet permezz ta’ messaġġi għal dawk abbonati dwar il-qtugħ tal-ilma ntbagħtu kollha.  Kien hemm biss xi ħsara teknika fuq il-live map fit-30 t’Ottubru li mbagħad issolviet.

L-Isptar Mater Dei – Customer care – Ilmenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex persuna biex tagħmel ilment mal-customer care tal-Isptar Mater Dei bilfors trid tagħti d-dettalji tagħha u ma tistax tibqa’ anonima?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizz għall-Kura tal-Klijenti (Customer Care) tal-Isptar Mater Dei jaċċetta lmenti anonimi meta dawn ikunu ta’ natura ġenerali. Meta lment ikun jirrigwarda aspetti speċifiċi tal-kura u l-investigazzjoni tiegħu tkun teħtieġ aċċess għal data personali, is-servizz ikollu bżonn id-dettalji tal-persuna li tkun ressqet l-ilment sabiex ikun jista’ jipproċessah. Jekk l-ilment jitressaq b’mod anonimu, is-servizz lanqas ma jkun jista’ jagħti risposta lil dik il-persuna jew iżommha infurmata dwar xi azzjoni li tkun ittieħdet b’rabta mal-ilment tagħha.

Uniformijiet - Tender

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4054, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid sa kemm huwa validu t-tender preżenti għall-uniformijiet tal-Allied Health Professionals?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt għall-uniformijiet bħalissa huwa magħluq. Infurmat ukoll li kien hemm sospensjoni temporanja minħabba kwistjonijiet ta’ kwalità fil-materjal. Sa llum, il-fornitur issupplimenta u biddel l-uniformijiet kollha meħtieġa.

Allied Health Professionals - Ħlasijiet għal sigħat żejda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3199 u 3955 u jgħid meta ser jitħallsu l-Allied Health Professionals li qed jaħdmu sigħat żejda barra l-ħin tagħhom biex jinqatgħu l-listi ta’ stennija? Jista’ jgħid ukoll għaliex, minkejja li dan ix-xogħol beda fil-bidu tas-sena, sal-lum dawn il-professjonisti għadhom ma tħallsux?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li xi pagamenti diġà saru fl-aħħar paga, u l-bqija tal-pagamenti pendenti qed jiġu segwiti.

TCNs – Infermiera u ħaddiema fil-kura (carers)

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera u ħaddiema fil-kura (carers) minn pajjiżi terzi (TCNs) impjegati fis-servizzi tas-saħħa pubbliċi f’Malta u Għawdex, b’rendikont skont il-faċilità? Jista’ wkoll jindika x’perċentwal tal-persunal f’dawn il-karigi huwa magħmul minn TCNs u kemm kienu l-postijiet vakanti f’dawn il-karigi li mtlew minn TCNs matul l-aħħar sentejn?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

TCNs – Taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tat-total ta’ taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa minn ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) impjegati f’Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jindika x’perċentwal dawn jirrappreżentaw mit-total tad-dħul miġbur minn dawn is-sorsi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

TCNs – Negozji Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ negozji Maltin, partikolarment fost l-intrapriżi żgħar u medji, li jimpjegaw ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern wettaqx analiżi dwar il-kontribut ta’ dawn il-ħaddiema għall-produttività, it-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbiltà tal-operat tan-negozji Maltin, u jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

TCNs – Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) impjegati f’Malta u Għawdex, b’rendikont skont is-settur, partikolarment fis-saħħa, il-kura tal-anzjani, it-turiżmu, it-trasport, it-tindif u l-kostruzzjoni? Jista’ wkoll jindika x’perċentwal tal-forza tax-xogħol f’kull wieħed minn dawn is-setturi huwa magħmul minn TCNs?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2012 u 1711.

Rapporti ta’ vjolenza domestika – Mandati ta’ arrest mhux eżegwiti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4047 u jgħid kemm-il mandat ta’ arrest relatat ma’ vjolenza domestika baqa’ mhux eżegwit, għal kemm żmien, u x'miżuri ttieħdu biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà għal tali nuqqasijiet? Jista’ wkoll jagħti din l-informazzjoni b’mod individwali għal kull mandat, billi jindika t-tul ta’ żmien li ilu pendenti?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li fil-preżent f’dawn il-gżejjer hemm sebgħa (7) mandati ta’ arrest relatati ma’ każijiet ta’ vjolenza domestika li għadhom mhux eżegwiti. Minn dawn, tnejn (2) jikkonċernaw persuni Maltin u ħamsa (5) jikkonċernaw persuni barranin. Fir-rigward ta’ wieħed mill-Maltin,jinsab rikoverat fl-Isptar Mount Carmel (MCH). Il-persuni l-oħra kollha jinsabu barra minn Malta u nħarġu allerti fis-sistema SIS fir-rigward tagħhom.

Rapporti ta’ vjolenza domestika – Vittmi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4048 u 4385 u jgħid kemm-il darba, fl-aħħar ħames snin, persuni li rrapportaw vjolenza domestika sfaw vittmi ta’ aggressjoni serja jew saħansitra omiċidju wara li kienu diġà talbu l-protezzjoni tal-Pulizija?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar ħames snin, jiġifieri mis-sena 2022 sas-26 ta’ Ottubru 2026, ġew identifikati sittin (60) persuna li kienu talbu l-intervent tal-Pulizija qabel ma sfaw vittmi ta’ aggressjoni gravi.  Is-sittin vittma identifikati kienu diġà rrikorrew għand il-pulizija f’96 istanza, li rriżultaw kif jidher hawn taħt: Status tal-każ fil Qorti Numru ta’ rapporti Perċentaġġ ta’ 96 każ Status tal-każ Proċeduri irtirati  skond l- Art  543(e) 46 47.9% Każ konkluż Każijiet diferiti 16 16.7% Pendenti/proċeduri għadhom għaddejjin Misjuba ħatja 13 13.5% Każ konkluż Liberati 10 10.4% Każ konkluż Ma ttieħdux proċeduri 6 6.3% Ma ttieħdux proċeduri Każ li qed jistennew data għas-smigħ 3 3.1% Pendenti Każijiet oħra 2 2.1% Oħrajn / taħt reviżjoni Total 96

Permessi ta’ residenza – Applikazzjonijiet – Tqassim skont il-kategorija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2946 u 4565 u jagħti rendikont globali tal-applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza sottomessi lill-Aġenzija Identità matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jaqsam din l-informazzjoni skont il-kategorija tal-applikazzjoni u skont in-natura tal-applikazzjoni, pereżempju: i.    il-Permess Uniku (Single Permit); ii.   ir-riunifikazzjoni tal-familja u l-membri tal-familja; iii.   l-istudju; iv.   l-istatus ta’ resident fit-tul; v.    il-Karta Blu tal-UE; vi.   il-Key Employee Initiative; vii.  in-Nomad Residence Permit; u viii.  kategoriji oħra? Jista’ wkoll jagħti rendikont ta’ din iċ-ċifra billi jgħid kemm miċ-ċifra globali kienu applikazzjonijiet għal tiġdid u kemm kienu applikazzjonijiet ġodda li ġew sottomessi għall-ewwel darba?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.