Persuni li jagħżlu li jibqgħu jaħdmu wara li jagħlqu 61 sena – Bonus ta’ €500
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-bonus ta’ €500, li jingħata lil persuni li jagħlqu 61 sena iżda jagħżlu li jibqgħu jaħdmu, ma ġiex inkluż fil-Baġit għas-sena 2027?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li il-Manifest Elettorali ‘Int Malta’, bħal kull manifest elettorali, jirrapreżenta il-viżjoni strateġika tal-Gvern għall-leġislatura sħiħa. Sakemm ma jkunx ġie espliċitament imwiegħed li tali miżura tkun se tibda f’sena partikolari, dak imwiegħed jiddaħħal bi pjan skont il-prioritajiet kif jevolvu tul il-leġislatura.
Kif ġara fil-leġislaturi passati, inserraħ ras l-Onor. Interpellanta li l-wegħdi kollha mħabbra fil-Manifest Elettorali ‘Int Malta’ se jitwettqu tul il-leġislatura.
Pensjonanti li jibqgħu jaħdmu waqt li jirċievu l-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar pensjonanti li jkunu għalqu l-età ta’ 61 sena u li huma eliġibbli għall-pensjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk jaqbilx li dawn il-persuni jibqgħu jaħdmu u jirċievu l-pensjoni? Jekk ma jaqbilx, jista’ jispjega r-raġunijiet għal dan?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2025 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppublika studju bit-titlu “DID THE EARLY PENSION DEFERRAL SCHEME LENGTHEN CAREERS IN MALTA?”
L-aspetti pożittivi li ħarġu minn dan l-istudju jagħtu raġunijiet u risposti ċari għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellanta.
Qiegħed nikkwota l-Abstract tar-rapport għall-benefiċċju tal-Onorevoli Interpellanta:
https://www.centralbankmalta.org/policy-notes
Inżid ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-parir li għandu l-Gvern mill-Grupp ta’ Strateġija tal-Pensjonijiet huwa li ma jaqbilx li jiddaħħlu miżuri li jxekklu l-progress li nkiseb matul l-aħħar 10 snin fir-rigward.
Pensjonanti – Rata tal-bonus għall-għoli tal-ħajja
Question
Fid-dawl li fid-diskors tal-Baġit għas-sena 2027, il-Ministru għall-Finanzi ħabbar li matul is-sena 2027, kull pensjonant ser jirċievi l-istess rata ta’ bonus għall-għoli tal-ħajja, liema rata ser tkun waħda fissa ta’ €21.53 fil-ġimgħa, jista’ l-Ministru jgħid b’liema rata ser ikunu qed jitħallsu dawk il-pensjonanti li illum għandhom aktar minn €21.53 fil-ġimgħa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma hemm ebda rata ta’ Bonus għall-Ogħli tal-Ħajja li teċċedi l-€21.53 fil-ġimgħa.
Ta’ min jgħid li mill-2025 ‘l hawn, iż-żieda kollha li titħabbar fil-Budget għall-pensjonanti qed tmur kollha kemm hi fir-rata tal-pensjoni, kontra kif kien isir qabel fejn terz tal-COLA ma kinitx tmur fir-rata tal-pensjoni imma fil-Bonus għall-Ogħli tal-Ħajja.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2968, 3302, 3496 u 4174 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2969, 3303, 3497 u 4175 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2970, 3304, 3498 u 4176 u jgħid f’kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2971, 3305, 3499 u 4177 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2972, 3306, 3500 u 4178 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2973, 3307, 3501 u 4179 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2764 u 3954 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2024, jista’ l-Ministru jagħti update ta’ x’sar f’dawn l-aħħar tliet xhur fir-rigward ta’ Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta, fid-dawl li dalwaqt se jerġgħu jibdew l-iskejjel u ser jiżdied iktar l-użu ta’ din it-triq u magħha jiżdiedu l-inkonvenjenzi, ħsarat lir-residenti u perikli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġu diskussi numru ta’ proposti f’laqgħat li qed isiru mal-Kunsill Lokali tar-Rabat.
L-Isptar Mater Dei – Ħaddiema – Kundizzjonijiet għall-parkeġġ
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3953 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2763, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-ħaddiema tal-Gvern fl-Isptar Mater Dei għandhomx kundizzjonijiet differenti mill-ħaddiema tal-kuntrattur fir-rigward tal-parkeġġ tal-vetturi tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-kundizzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li l-obbligi kuntrattwali dwar il-parkeġġ tal-ħaddiema tal-kuntratturi jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kuntratturi rispettivi u mhux tal-amministrazzjoni tal-Isptar Mater Dei.
Tista’ l-Ministru tgħid liema żoni f’Birżebbuġa u ż-Żurrieq ingħaqdu mas-sistema tan-New Water u fiex waslu x-xogħlijiet relatati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm bdiewa f’dawn il-lokalitajiet li bħalissa qed igawdu mill-provvista tan-New Water?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħljiet ta’ tqegħid ta’ mejnijiet li se jwasslu n-New Water fil-Lbiċ ta’ Malta jinsab fi stat avvanzat b’iktar minn 90% huma lesti. Għaddejjin ukoll xogħlijiet tar-rinovazzjoni tal-ġibjuni, konnessjonijiet ma’ ġibjuni u installazzjoni ta’ pompi (Ħabel Abjad, Ħal Għaxaq, Ħlantun) kif ukoll xogħlijiet ta’ tkabbir tal-impjant tal-produzzjoni. Ix-xogħlijiet tal-installazzjoni ta’ dispensers u l-konnessjoni tagħhom ma’ networks tal-elettriku u konnettività, għadhom jinbdew kmieni s-sena d-dieħla u jitlestew żona żona.
Fir-rigward tal-bdiewa ta’ Birżebbuġa, infurmata li bħalissa n-network imiss f’partijiet żgħar mil-lokalità u tħalliet il-possibilità li jsiru estensjonijiet f’żoni agrikoli oħrajn. Barra minn hekk, sakemm jitlesta l-proġett, kull bidwi miż-żona li qed issir referenza għaliha f’din il-mistoqsija jista’ jagħmel użu minn dispensers eżistenti fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relattivi tal-pjanijiet kollha biex il-qtugħ tad-dawl li sofra l-poplu Malti u Għawdxi ma jerġax jirrepeti ruħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta qiegħda tkompli twettaq u tavvanza xogħlijiet estensivi ta’ tisħiħ tan-network tal-elettriku f’Malta u Għawdex, bil-għan li tkompli żżid il-kapaċità u r-reżiljenza tas-sistema.
Matul din is-sena ġew kummissjonati ċ-Ċentri ta’ Distribuzzjoni tan-Naxxar, tas-Siġġiewi u tal-Imsida, b’investiment ta’ madwar €40 miljun, li komplew isaħħu l-kapaċità, il-flessibbiltà u r-reżiljenza tan-network tad-distribuzzjoni.
Dawn l-investimenti jiffurmaw parti mill-Pjan ta’ Disa’ Snin tal-Enemalta, imniedi f’Jannar 2026, li jistabbilixxi programm fit-tul għat-tisħiħ u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-elettriku f’Malta u Għawdex. Il-pjan jinkludi 15-il Ċentru ta’ Distribuzzjoni ġdid, konnessjoni ġdida ta’ 132kV bejn Malta u Għawdex, kif ukoll aktar tisħiħ tan-network u titjib fl-infrastruttura eżistenti.
Fl-aħħar ġimgħat, Enemalta ħabbret sensiela ta’ investimenti ġodda f’Għawdex. Fost dawn, tnieda l-proċess għall-manifattura u l-installazzjoni ta’ żewġ cables ġodda ta’ 33kV taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex, filwaqt li qed jiġu avvanzati l-preparamenti għal konnessjoni ġdida ta’ 132kV bejn iż-żewġ gżejjer u żewġ Ċentri ta’ Distribuzzjoni ġodda f’Għawdex. Enemalta ħarġet ukoll żewġ sejħiet għall-offerti b’valur totali ta’ kważi €11-il miljun għax-xiri u t-tqegħid ta’ cables ġodda ta’ 33kV f’Għawdex, bħala parti mit-tisħiħ ulterjuri tan-network fil-gżira Għawdxija.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-70 kilometru ta’ 11KV / 33KV cables humiex armoured u jekk le, għaliex ma humiex? Tista’tgħid ukoll fejn ġew manifatturati u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ispeċifikazzjonijiet? Kemm ġew jiswew u kemm inqalgħu ħsarat fuq dawn il-cables minn meta tpoġġew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija identika li għamel qabel din bin-numru 4536.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-70 kilometru ta’ 11KV / 33KV cables humiex armoured u jekk le, għaliex mhumiex? Tista’ tgħid ukoll jekk dawn il-cables humiex magħmulin minn aluminium jew minn copper, fejn ġew immanifatturati u tqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tal-ispeċifikazzjonijiet ta' dawn il-cables? Kemm ġew jiswew u kemm inqalgħu ħsarat fuq dawn il-cables minn meta tpoġġew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-cables ta’ 11kV u 33kV li jintużaw mill-Enemalta jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti meħtieġa għan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku. L-għażla tat-tip ta’ cable ssir skont il-livell ta’ vultaġġ, l-użu speċifiku u l-ħtiġijiet tekniċi tal-infrastruttura fejn ikun ser jiġi installat
Fost il-cables użati hemm cables triplex XLPE mhux armoured, kif ukoll cables three-core armoured. Il-cables triplex għandhom protezzjoni permezz ta’ żewġ saffi ta’ MDPE, inner u outer sheath, maħsuba wkoll sabiex jipproteġu l-cable waqt it-tqegħid tiegħu. Il-cables three-core armoured jintużaw ukoll skont ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli. Intużaw kemm cables b’conductors tal-aluminju kif ukoll oħrajn b’conductors tar-ram (copper).
Għaldaqstant, il-fatt li cable partikolari ma jkunx armoured ma jfissirx li jkun ta’ standard jew livell ta’ protezzjoni inferjuri. L-iżvilupp fit-teknoloġija tal-cables, fosthom l-użu ta’ XLPE u MDPE, jipprovdi l-protezzjoni meħtieġa skont id-disinn u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-cable.
Sal-lum ma kienu reġistrati ebda ħsarat naturali attribwibbli għall-cables infushom minn meta ġew installati.
Il-cables jiġu akkwistati permezz tal-proċessi ta’ xiri applikabbli fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Enemalta.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien il-maximum load f’mega watts fuq l-interconnector minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett għat-tkabbir tal-produzzjoni ta’ New Water fl-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f’Ras il-Ħobż, f’Għawdex li kellu jlaħħaq investiment ta’ madwar €25 miljun? Kemm hi l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ dan l-impjant bħalissa u b’kemm ser tiżdied il-produzzjoni ladarba dan il-proġett jitlesta? Jista’ jgħid ukoll meta hi d-data maħsuba għat-tlestija u jara li kull bidwi u raħħal ġenwin jew kull bidwi u raħħal żagħżugħ ikun provdut l-ammont ta’ New Water neċessarju biex isaqqi r-raba’ tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-iskema ‘Ixtri Proprjetà Sostenibbli’ sa issa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li applikaw għall-iskema ‘Ixtri Propjeta Sostenibbli’ sa issa huma kif ġejjin:-
Applikazzjonijiet li rċiviet l-Awtorita’: 293
Applikazzjonijiet approvati sa issa mill-Awtorita’: 108
Rotta 62 – Dewmien frekwenti u nuqqas ta’ regolarità fis-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ir-rotta 62, li sservi lill-komunità tas-Siġġiewi, qed tesperjenza dewmien frekwenti u nuqqas ta’ regolarità fis-servizz, b’mod partikolari fi Triq Dun Manwel Zammit?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed twettaq monitoraġġ fl-inħawi tat-triq imsemmija biex tivverifika din l-osservazzjoni, u fejn meħtieġ, tieħu azzjoni korrettiva, jekk dan jirriżulta li huwa minnu.