Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #267 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Residenza St. Anna

Question

Kemm intefqu flus biex tiġi rranġata s-Sala St. Anna fl-isptar ġenerali ta' Għawdex? Kemm ingħataw kuntratti u xogħol lill-privat u kemm kien jiswa kull kuntratt? Dawn il-kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-fondi għall­proġett Residenza Sant'Anna inħarġu mill­Welfare Committee. Għaldaqstant il­Ministeru għal Għawdex mhux f'pożizzjoni li jagħti l­informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #38477 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għalliema tal-mużika

Question

Huwa minnu li f'Għawdex m'hemmx music teacher? Huwa wkoll minnu li hemm żewġ music teachers li għamlu l-interview u ma ġewx aċċettati għaliex iridu jkunu, skond id-dipartiment, activity teachers?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Fl­iskejjel Primarji t'Għawdex hemm għalliema waħda li tgħallem il­Mużika, iżda fil­preżent l­istess għalliema tinsab fuq perjodu ta' "parental leave" u ser tidħol lura għax­xogħol fit­28 ta' Frar 2003. Dwar it­tieni parti, nitlob lill­Onor. Intepellant ikun aktar speċifiku fil­mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #38425 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tagħha? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-onorevoli interpellant ghat-twegiba li ta' l-Prim Ministru ghall-mistoqsija Nru. 38415.
Leg 9 PQ #38438 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — Skejjel/Persuni b'diżabilita'

Question

Meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-bini tal-iskola primarja tar-Rabat Għawdex isir kollu kemm hu aċċessibli għall-persuni b'diżabilita'

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandix xi nżid mar­risposta li tajt għall­mistoqsija numru 37878.
Leg 9 PQ #38079 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Katamaran — Servizz mill-Birgu għall-Imġarr Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Katamaran huwiex se jaħdem ukoll mix-xatt tal-Birgu, Malta sa l-Imġarr Għawdex? Ma taħsibx il-Ministru li mossa bħal din tiftaħ ċaqliq ekonomiku l-iżjed meta jkun hemm il-Monti f'Bormla?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onor. Interpellant jindirizza l­mistoqsija lill­Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #38168 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — Ħsarat fil-bini

Question

Jista' il-Ministru tara kif l-awtoritajiet kkonċernati għandhom sal-lum ma ħadux il-prekawzjonijiet neċessarji biex jiġi limitat il-periklu fl-BLK B, Flat 1 f' Taċ-ċawla, Rabat Għawdex peress li fih ħafna konsenturi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li wara li d­Dipartiment tal­Customer Services irċieva t­talba biex issir investigazzjoni dwar konsenturi fil­Block B Flat 1 fil­Qasam tad­Djar ta' Taċ­Ċawla, tqabbad Perit biex jispezzjona l­post u jipprepara rapport dwar ix­xogħlijiet meħtieġa. Ir­rapport ġie sottomess f'Diċembru li għadda u rrikmanda li jsiru investigazzjonijiet tal­pedamenti ta' l­istess blokk. Fil­fatt ix­xogħlijiet fuq din l­investigazzjoni ser jibdew fil­jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #37932 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Private securities

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­Ministeru għal Għawdex u d­dipartimenti li jaqgħu taħtu m'għandhom l­ebda kuntratt għal securities privati.
Leg 9 PQ #37878 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel — Sir Arturo Mercieca

Question

Meta se jsir ix-xogħol meħtieġ fil-bini ta' l-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat Għawdex biex issir aċċessibli għal-istudenti b'diżabilita' bħal ma hi l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir­Rabat Għawdex ittieħdu diversi miżuri biex l­iskola issir aċċessibbli għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Fost il­miżuri li ttieħdu kien hemm ir­refurbishment ta' żewġ toilets apposta, wieħed minnhom b'lifter għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Peress li l­iskola inbniet madwar 150 sena ilu hemm diversi problemi li jagħmlu l­aċċess għal diversi partijiet diffiċli. Id­Dipartiment tal­Customer Services ħareġ offerti għal lift biex jiffaċilita l­aċċess għall­ground imma minħabba diffikultajiet tekniċi l­offerta ma ġietx aċċettata. Madanakollu, l­istaff ta' l­iskola jagħmel kull sforz possibbli biex it­tifla msemmija tipparteċipa kemm jista' jkun fl­attivitajiet kollha ta' l­iskola.
Leg 9 PQ #37814 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Żieda fin-numru ta' Karozzi — Mill-1996 l-hawn

Question

Tista' il-Minstru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37509?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda nagħti hawn taħt informazzjoni dwar iż­żieda netta ta' vetturi kemm mixtrija kif ukoll mikrija mill­Ministeru għal Għawdex u d­Dipartimenti li jaqgħu taħtu sena b'sena għas­snin minn 1996 sal­2002. Sena Vettur Mixtrija Vetturi Mikrija 1996 3 2 1997 1 1 1998 0 1 1999 2 5 2000 0 3 2001 4 6 2002 0 4 Numru konsiderevoli ta' dawn il­vetturi kien hemm bżonnhom biex jieħdu post vetturi li qabel kienu ngaġġati taħt is­sistema ta' l­impressed.
Leg 9 PQ #37965 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Spetturi tad-dixxiplina — Chairpersons/membri

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif qed ikunu appuntati ċ-chairpersons u l-membri li qed jinvestigaw ir-rapporti li jkunu saru mill-ispetturi tad-dixxiplina? Kien hemm xi uffiċjali fis-Servizz Pubbliku li jikkwalifikaw skond il-grad tagħhom li għadhom ma ġewx appuntati? Jekk fl-affermattiv, għaliex dawn għadhom ma ġewx appuntati biex iservu fl-ebda bord?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Iċ­Chairpersons u membri appuntati biex jinvestigaw rapporti li jkunu saru mill­ispetturi tad­dixxiplina jiġu magħżula minn fost l­impjegati tad­dipartiment rispettiv li jkunu eliġibbli skond ir­Regolamenti tal­1999 tal­Kummissjoni dwar is­Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina). Ninsab infurmata li l­għażla ssir b'rotazjoni minn fost l­uffiċjali li jikkwalifikaw skond il­grad tagħom. Hemm xi uffiċjali li għadhom ma ġewx appuntati biex iservu fuq bordijiet minħabba li jkunu jaħdmu f'taqsimiet li fihom ikun hemm pressjoni ta' xogħol.
Leg 9 PQ #37966 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Spettur tad-dixxiplina — Rapporti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport sar sa llum mill-ispettur tad-dixxiplina? Kemm-il bord tad-dixxiplina nħatar mid-direttur Proġetti u Żvilupp? Kemm-il bord tad-dixxiplina nħatar mid-Direttur tal-Customers Service? Kemm-il bord tad-dixxiplina nħatar mid-direttur għal Corporate Services? Kemm minn dawk akkużati ħarġu liberati u kemm kienu l-każijiet ta' dawk li ġew ikkastigati wara li l-bord sabhom ħatja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li sa llum l-Ispettorat tad-Dixxiplina għamel 8785­il spezzjoni. Isir rapport ta' kull spezzjoni, sew jekk jinstabu rregolaritajiet sew jekk le. S'issa b'kollox inħatru 96­il bord tad­dixxiplina, jiġifieri 55 mid­Dipartiment għall­Proġetti u Żvilupp u 41 mid­Dipartiment tal­Customer Services. Minn dawn il­Każijiet 41 ġew illiberati, 22 ikkastigati, 4 imwaqqa' filwaqt li 29 każ huma pendenti.
Leg 9 PQ #37859 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sajjieda Għawdxin — Winch

Question

Tista' il-Ministru tara li l-winch li jintuża mis-sajjieda Għawdxin fil-bajja ta' Marsalforn u li ilha bil-ħsara għal dawn l-aħħar xhur tissewwa sabiex terġa tibda tintuża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li dan il­winch issewwa.
Leg 9 PQ #37804 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Drivers Personali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha drivers personali magħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill­Onorevoli Nterpellant li hemm żewġ Personal Drivers/Security Officers ingaġġati fis­Segretarjat Privat tiegħi.
Leg 9 PQ #37522 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l­ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l­informazzjoni dettaljata mitluba mill­Onorevoli Nterpellant fl­ewwel parti u, iżjed u iżjed, fit­tieni parti tal­mistoqsija.
Leg 9 PQ #37509 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Żieda fin-numru ta' karozzi — Mill-1996 l-hawn

Question

Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L­informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37625 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Laptop computers — Ministeri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tntalab din l­informazzjoni dettaljata ma nara l­ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37201 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul is­sena 2002 ma kien hemm l­ebda żieda fit­tariffi tad­dipartimenti li jaqgħu taħt il­Ministeru tiegħi.
Leg 9 PQ #37232 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-każ ta' tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu under separate cover li għalkemm il-bord aktar minn xahar ilu ddeċieda li għandu jkollu facilitator, sal-lum dan għadu qed jinqeda b'facilitator ieħor meta dana ma jkollux xogħol ieħor?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t­tifel imsemmi beda jingħata s­servizz ta' facilitator skond id­deċiżjoni ta' l­iStatementing Board.
Leg 9 PQ #37129 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru ħal-Għawdex — Karozzi ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul dawn l­aħħar sena u nofs il­Ministeru għal Għawdex xtara żewġ karozzi. Waħda minn dawn il­karozzi hija Peugot Saloon Diesel li nxtrat għas­somma ta' Lm7520 u hija l­karozza uffiċċjali tiegħi. Il­karozza l­oħra hija Kia Rio li nxtrat għas­somma ta' Lm 3815 u hija għall­użu tas­Segretarjat Privat.
Leg 9 PQ #36839 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Cafeterias

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk sarx profitt jew telf, sena b'sena fl-aħħar ħames snin, mis-servizz tal-catering provdut fil-cafeterias tal-vapuri tal-Gozo Channel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onorevoli Interpellant jindirizza l­mistoqsija lill­Ministru konċernat.