Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji sħaħ tal-ftehimiet kollha li ntlaħqu mal-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana taħt l-Att li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Taxxa, Att 30 tal-2025, l-Abbozz ta’ Liġi Nru 142, inkluż:
• in-numru ta’ ftehimiet li ntlaħqu;
• l-ammont oriġinali tat-taxxa dovuta qabel kwalunkwe aġġustament;
• l-ammont finali mħallas wara l-ftehim;
• l-ammont u r-rata tal-penali jew imgħax applikati;
• it-termini ta’ ħlas mogħtija (inkluż perjodu u skeda ta’ ħlas); u
• u jekk kienx hemm każijiet fejn parti mill-ammont dovut ġiet imħassra?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal‑15 ta’ April 2026, b’kollox ġew konklużi 11‑il ftehim, li jkopru 16‑il taxpayer distint u li jinkludu kemm kumpaniji kif ukoll individwi. Permezz ta’ dawn il‑ftehimiet, iż‑żieda fit‑taxxa totali ammontat għal
€34,230,949
, flimkien ma’ dawn ġew imposti multi addizzjonali oħra ta’
€3,044,161
.
Mill‑11‑il ftehim konkluż:
· 7 ġew imħallsa kompletament;
· 2 ingħataw terminu ta’ sitt (6) xhur;
· 1 ingħata terminu ta’ disa’ (9) xhur; u
· 1 huwa suġġett għal programm strutturat ta’ ħlas li jestendi fuq perjodu ta’ tnax‑il (12) sena.
Ir‑rata tal‑multi addizzjonali mposti hi stabbilita skont l‑Iskeda (Regola 3) tal‑Avviż Legali 177 tal‑2025, riprodott hawn taħt:
SCHEDULE
(rule 3)
Endangered Tax (€)
Endangered Tax (€)
Progressive Rate (%)
Up to 1,500,000
15.0
1,500,001
2,500,00
20.0
2,500,001
4,000,000 and over
25.0
Each rate applies only to the portion of the amount falling within its respective bracket
L‑ebda ammont ta’ taxxa jew multi addizzjonali imposti skont l‑Att XXX tal‑2025 ma ġiet imnaqqsa. Madankollu, fejn taxpayers kienu eliġibbli, ingħataw remissjoni parzjali ta’ multi amministrattivi u ta’ imgħax skont il-policies fis-seħħ.
Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35459 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34643 dwar l-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre fil-Wardija, jista' l-Ministru jgħid kemm-il student ġdid hemm maħsub li jkun hemm f'din l-istess skola għas-sena skolastika 2026-2027? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li jkunu l-istudenti separatament għal kull sena għas-sena skolastika 2026-2027?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix xi nżid ma dak li diġa weġibt fil-mistoqsijiet parlamentari li saru preċedentament, inkluż tweġibiet orali li tajt diġà fil-parlament.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda bl-Iskema ta’ Depożitu ta’ 10% u kemm ibbenefikaw żgħażagħ biex ikunu jistgħu jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ applikazzjonijiet ġodda li daħlu taħt l-iskema tal-Benefiċċju tal-Kera f'Residenzi Privati (HBS) matul l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont investit?
Tista’ l-Ministru tgħid x’obbligi jkun hemm fuq il-kuntrattur biex it-triq terġa’ tiġi rrestawrata għal stat tajjeb bit-tarmak meta jsiru xogħlijiet ta’ tqattigħ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew mill-Enemalta, hekk kif ir-ritratti annessi juru kif tħallew it-trinek fi Triq Joseph Burlò u fi Triq Xintill, f’Ħal Tarxien?
Response (DALLI, MIRIAM)
Wara li jsiru xogħlijiet ta’ trinek mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew minn Enemalta, dawn jerġgħu jnksew bit-tarmak skont il-kundizzjonijiet maħruġin minn Transport Malta. Infurmata li fir-rigward tat-trinka fi Triq Joseph Burlò din saret b’konnessjoni ma’ xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u għad trid tinkesa bit-tarmak. Fir-rigward tat-trinka indikata mill-Onor. Interpellant fi Triq Xintill infurmata li dik ma tappartjenix għal xogħlijiet ta’ waħda mill-entitajiet rispettivi, għalkemm f’dik it-triq sar intervent separat mill-Enemalta u hemm ukoll għad irid isir l-asfalt.
Jista’ l-Ministru jassigura li permezz ta’ rondi frekwenti mill-awtoritajiet, jitnaqqas id-drifting tal-karozzi f’Ta’ Qali u s-Central Link, speċjalment wara t-8 p.m., peress li dan qed joħloq periklu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-ħidma tas-sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan Transport Malta, flimkien ma’ sezzjonijiet oħra, isiru spezzjonijiet regolari f’ċerti żoni magħrufa fejn iseħħu manuvri perikolużi bil-vetturi.
Dawn l-ispezzjonijiet isiru prinċipalment fil-ħinijiet ta’ filgħaxija kif ukoll fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ applikazzjonijiet taħt l-iskema SSP u kemm ibbenefikaw familji minn din l-iskema? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ flus investit fl-2025?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ applikazzjonijiet li daħlu taħt l-iskema ADP u kemm ibbenefikaw familji minn din l-iskema matul l-2025?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ applikazzjonijiet li daħlu għal stairlifts fi djar privati taħt l-iskema DIS matul l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont investit?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru,
japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30858 u 35024 u jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li n-numru ta’ każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-preżent, huma skont is-segwenti:
Fis- sena 2020 kien hemm 320 każ pendenti;
Fis-sena 2021 kien hemm 280 każ pendenti;
Fis-sena 2022 kien hemm 254 każ pendenti;
Fis-sena 2023 kien hemm 280 każ pendenti;
Fis-sena 2024 kiem hemm 284 każ pendenti;
Fis -sena 2025 kien hemm 308 każ pendenti; u
Fis-sena 2026 preżentement hemm 317-il każ pendenti.
Barra minn hekk, hemm ukoll 310 każijiet separati li jirrigwardaw il-każijiet tad-Drydocks, li ġew indirizzati permezz ta’ test cases li ġew trattati quddiem it-Tribunal.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34020, fejn intqal li d-dħul tal-VAT minn stabbilimenti tal-ikel fl-2025 kien jammonta għal madwar 234.2 miljun, jista’ l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-VAT minn stabbilimenti tal-ikel li jintaxxaw s-servizzi tagħhom bir-rata ta’ 18% VAT fl-2024 kien jammonta għal madwar €202.2 miljun.