Legislature:
Category:
Reset

Court Attorneys

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34191 u 35224 u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-irwol ta’ Court Attorney, li issa ilu ’l fuq minn għaxar snin li ġie introdott fis-sistema ġudizzjarja tagħna u m’għadux aktar esperiment: i.    jiddaħħal u jiġi stabbilit b’mod konkret fil-liġi biex b’hekk jiġu regolarizzati fil-liġi tagħna l-funzjonijiet, il-ħatra u t-tneħħija mill-kariga tal-Court Attorneys u jekk iva, meta; u ii.    li l-Court Attorneys jingħataw kuntratt ta’ servizz għal żmien indefinit wara li jkunu għamlu erba’ snin fl-impjieg tagħhom, hekk kif kien ġie propost fil-Miżura 56 tar-Rapport tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja (Novembru 2013), minflok il-kuntratt ta’ servizz definit għal tliet snin b’raġuni oġġettiva, illi qegħdin jingħataw bħalissa u jekk iva, meta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Court Attorneys

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34189 u 35228 u jagħti lista ta’ dawk il-persuni li bħalissa qegħdin jaqdu dmirijiethom fil-kariga ta’ Court Attorney fejn jindika wkoll ma’ liema ġudikanti jinsabu assenjati dawn il-Court Attorneys?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ġudikanti – Servizz ta’ Court Attorney

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34188 u 35232 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li bħalissa qegħdin jinqdew bis-servizzi ta’ Court Attorney u kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li fil-preżent m’għandhomx Court Attorney assenjat magħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

L-Imġarr, Malta – Ċitazzjonijiet – Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul miċ-ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-uffiċjali tal-LESA u tal-Pulizija fl-Imġarr, Malta bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – Ċitazzjonijiet – Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul miċ-ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-uffiċjali tal-LESA u tal-Pulizija f'San Pawl il-Baħar bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

Is-Siġġiewi - Triq Nikola Zammit - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq it-Tabib Nikola Zammit, fis-Siġġiewi u jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Nikola Zammit, Siġġiewi tinsab fil-lista ta’ xogħlijiet mitluba mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Ix-xogħlijiet f’din it-triq ser jibdew wara li jitlestew ix-xogħolijiet li għadddejin fil-preżent f’din il-lokalita’, sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti.

Is-Siġġiewi - Triq Blat il-Qamar - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi u jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq Blat il-Qamar, Siġġiewi huma ppjanati li jibdew wara li jitlestew ix-xogħlijiet li huma għaddejjin bħalissa fi Triq Bur il-Kbir, Siġġiewi.

Diskussjonijiet dwar art

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10821, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern daħalx, jew jekk jinsabx f’diskussjonijiet sabiex jidħol f’arranġament mal-privat sabiex l-art immarkata b’linji blu fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament, tinbiegħ jew tingħata b’titolu legali ieħor lill-privat? Jekk huwa l-każ, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-arranġamenti li saru jew li jinsabu fil-proċess li jsiru, u jidentifika l-kumpaniji jew individwi privati li huma parti minn dawn l-arranġamenti jew diskussjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – Mażri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 35447 u 35553 u jgħid kemm-il mażżra ġiet allokata f'San Pawl il-Baħar matul l-aħħar 12-il xahar u jaqsam din l-informazzjoni skont il-bajja li fiha ġew allokati dawn il-mażri?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar 12-il xahar kien hemm riorganizzazzjoni tal-mażri eżistenti.

Ċentri sportivi - Sapport finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35537 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34698, fejn intqal li “kien hemm 11-il għaqda sportiva li ngħataw sapport min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.”, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sapport finanzjarju jew xogħol bla ħlas, sar minn dan id-dipartiment? Jista’ jgħid ukoll: lil liema klabbs ingħatat tali għajnuna matul l-2024 u l-2025, separatament għal kull sena; f’liema postijiet qed isir xogħol tal-istess natura bħalissa; fejn hu mistenni jinbeda xogħol ieħor tal-istess natura fil-futur qarib; u kif jista’ klabb jew ċentru sportiv japplika biex jingħata tali għajnuna?

Response (BONETT, CHRIS)

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 34698, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet ivarjaw minn installazjoni ta’ fencing u seats għall-ispettaturi, xogħol ta’ kostruzzjoni, kisi u tibjid, tqegħid ta’ madum, xogħol ta’ plumbing u elettriku, installazzjoni ta’ aperturi u heatpumps, kif ukoll xogħol ta’ manutenzjoni. Klabb jew Ċentru Sportiv jista’ japplika biex jingħata tali għajnuna mis-sit elettroniku tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ( https://publicworksdepartment.gov.mt/en/services/ ) Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tal-sit elettroniku kif ukoll il-lista tal-għaqdiet sportivi msemmija.

Kuntratt ta’ xiri ta’ gass

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jiskadi l-kuntratt ta’ xiri tal-gass (LNG) li kien sar oriġinarjament mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Tista’ tgħid ukoll sarux arranġamenti għax-xiri tal-gass għal wara li jiskadi dan il-ftehim?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR260639) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ April 2026, wara laqgħa li saret mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) fejn flimkien mal-Prim Ministru tajna preżentazzjoni teknika, u garanzija ta’ serħan il-moħħ mhux biss ta’ stabbiltà fil-prezzijiet imma wkoll ta’ stabbiltà fil-provvistà tal-enerġija.

Bormla - Triq Carmelo Mifsud Bonnici - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici, f’Bormla u kemm ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici, Bormla jikkonsistu f’tibdil tal-pajpijiet ta’ l-ilma u drenaġġ (kif ukoll l-konnessjonijiet privati li nstabu li kienu ta’ l-asbestos), tibdil u iffurmar mill-ġdid tal-bankini, preparazzjoni għall-charging pillar għall-vetturi elettriċi, iffurmar mill-ġdid tat-triq li jikkonsisti f’saffi varji inkuż żewg saffi ta’ asfalt.

Ħal Tarxien/Raħal Ġdid - Triq Lampuka - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Lampuka, f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid u kemm ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol jikkonsisti f’tibdil ta’ servizzi tal-ilma, tibdil tal-bankini u resurfacing tat-triq innifisha.

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè – Encroachments

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista dettaljata tal-encroachments kollha maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè, u jgħid meta se tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman sabiex ikun hemm identifikazzjoni ċara u trasparenza akbar dwar l-art mogħtija bħala encroachment, inkluż fejn applikabbli, li din tkun indikata fuq il-post?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.