Legislature:
Category:
Reset

Kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Framework Agreement - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru mill-Framework Agreement li sar bejn il-kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul is-sena 2024 u f’liema lokalitajiet saru dawn ix-xogħlijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar - Triq San Ġwann il-Battista - Tabella tal-One-Way

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser terġa’ titwaħħal it-tabella tal-One-Way fi Triq San Ġwann il-Battista, f’San Pawl il-Baħar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar li t-tabella tal-One Way fi Triq San Ġwann il-Battista hija diġà mwaħħla.

Ir-Rabat, Malta - Triq Emmanuele Vitale, Triq Santa Barbara u Triq Bir ir-Riebu - Traffic management ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35240 u jgħid jekk hemmx pjanijiet ta’ traffic management ġdid fi Triq Emmanuele Vitale, Triq Santa Barbara u Triq Bir ir-Riebu, fir-Rabat, Malta, minħabba li t-toroq ma jifilħux għal traffiku ‘2-way’?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qiegħda fil-fażi finali tal-evalwazzjoni ta’ proposta li kienet tressqet mill-Kunsill Lokali tar-Rabat proprju fir-rigward ta’ dawn l-inħawi. Transport Malta ser tkun qiegħda tgħaddi l-eżitu ta’ din l-evalwazzjoni lill-Kunsill Lokali fil-ġimgħat li ġejjin.

L-Imtarfa - Military Officers’ Mess - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35238 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid min hu responsabbli għall-manutenzjoni tal-binja tal-‘Military Officers’ Mess’ fl-Imtarfa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

L-Imtarfa - Military Officers’ Mess - Restawr

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35237 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid jekk hemmx pjan li l-binja tal-‘Military Officers’ Mess’ fl-Imtarfa, tiġi rrestawrata, peress li tinsab mitluqa? Jekk iva, jista’ jgħid jekk hemmx xi pjanti u permessi u meta ser isir dan ir-restawr?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ir-Rabat, Malta – Muturi – Parking Bays għall-muturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tistax issir parking bay għall-muturi (MC) fi Triq Inguanez, Triq San Bastjan jew Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat, Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward ta’ tabelli għal MC Bays: § Fi Triq Inguanez , Transport Malta kienet irċeviet talba mingħand il-Kunsill Lokali rispettiv għal MC Bay. Madankollu, din it-talba ma ġietx milqugħa peress li l-post identifikat ma kienx meqjus addattat skont il- Motor Vehicles Regulations . § Fir-rigward ta’ Triq San Bastjan u Triq Ġorġ Borg Olivier , l-Awtorità ma rċeviet l-ebda talba għal MC Bays. Il-Kunsill Lokali jista’ jressaq talba lill-Awtorità fil-każ li jitqies li hemm il-ħtieġa għall-istabbiliment ta’ dawn il-bays.

Università ta’ Malta – Senior canteen section – Sistema tal-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex tiġi upgraded is-sistema tal-elettriku fis-senior canteen section tal-Università ta’ Malta, fid-dawl li s-sistema ta’ bħalissa hija antika u m’hemmx outlets biżżejjed fejn membri tal-istaff ikunu jistgħu jiċċarġjaw l-mobile, tablet jew laptop?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-pjan huwa li s-socket outlets fejn membri tal-istaff ikunu jistgħu jiċċarġjaw il-mobile, tablet jew laptop fis-senior canteen section tal-Università ta’ Malta, jiżdiedu fix-xhur li ġejjien.

MCAST – Studenti gradwati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-MCAST mill-2001 sal-2025, maqsuma sena b’sena u jippreżenta l-informazzjoni b’mod grafiku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin imsemmija gradwaw total ta’ 54,134 student.

Università ta’ Malta – Studenti gradwati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mill-1986 sal-2025, maqsuma sena b’sena u jippreżenta l-informazzjoni b’mod grafiku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21273. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li fl-2024 gradwaw 906 student ieħor u fl-2025 gradwaw total ta’ 3,676.

EAP - Raġunijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, b’mod ġenerali, x’kienu r-raġunijiet għalfejn ħaddiema tas-settur pubbliku rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) fl-2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat kif ġej: Addiction 6 Mental Health 103 Other 45 Relationship / Family Difficulties 136 Work-related Difficulties 142 Bullying / Harrasment 2 Bereavement 17 Trauma / Crisis 6 Disability Issues 4 Terminal Illness 1 Management / Leadership Issues 1 Domestic Violence 1

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Due diligence

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar (Housing Authority) wettqitx due diligence fuq il-kumpaniji li ngħataw kuntratti tal-lifts, inkluż verifika dwar dixxiplina finanzjarja, ħlas ta’ VAT u taxxi, korteżiji kummerċjali u rekords ta’ manutenzjoni, u ċertifikazzjonijiet tekniċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, iI-verifiki jsiru kif stipulat fid-dokument tas-sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, l-Awtorità tad-Djar tagħmel verifiki ulterjuri f’każ li l-valur tat-tender jeċċedi l-€500,000, iż-€2,000,000 u l-€4,000,000. Jekk it-tender jeċċedi il-€500,000 isir compliance check, jekk jeċċedi ż-€2,000,000 tintalab l-economic financial standing filwaqt li jekk jeċċedi l-€4,000,000 isir due diligence fuq minn jirbaħ l-offerta, qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt. Dawn il-verifiki qed isiru skont ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (S.L.601.03).

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Miżuri biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ta' governanza qed jintużaw fil-kuntratti tal-lifts għall-housing estates, biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess li allegatament jinvolvi persuni qrib il-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, li qabel l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, il-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li jikkonsisti f’Chairman, membri u segretarju; kif ukoll kwalunkwe Project Leaders / konsulenti / konsulenti tekniċi involuti fl-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, jiġu mitluba jiffirmaw Dikjarazzjoni ta’ Kunflitt ta’ Interess

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Kuntratti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kuntratti tal-lifts fil-housing estates li ġew attribwiti lill-kumpaniji li għandhom diretturi jew azzjonisti relatati direttament jew indirettament ma’ persuni f’karigi pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, li qabel l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, il-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li jikkonsisti f’Chairman, membri u segretarju; kif ukoll kwalunkwe Project Leaders / konsulenti / konsulenti tekniċi involuti fl-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, jiġu mitluba jiffirmaw Dikjarazzjoni ta’ Kunflitt ta’ Interess.

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Kunflitti ta’ interess

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk waqt il-proċess ta’ għoti ta’ kuntratti għal-lifts fil-housing estates, ikunux eżaminati kunflitti ta’ interess jew relazzjonijiet familjari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, qabel l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, il-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li jikkonsisti f’Chairman, membri u segretarju; kif ukoll kwalunkwe Project Leaders / konsulenti / konsulenti tekniċi involuti fl-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, jiġu mitluba jiffirmaw Dikjarazzjoni ta’ Kunflitt ta’ Interess.

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Verifiki u Audits

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx verifika tal-kwalità jew audits tekniċi fuq il-kumpaniji li rebħu l-kuntratti tal-lifts fil-housing estates?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, iI-verifiki jsiru kif stipulat fid-dokument tas-sejħa għall-offerti inkluż kriterji tekniċi.

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Fornituri magħżula

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika x’kriterji tekniċi u finanzjarji ntużaw biex jiġu magħżula l-fornituri tal-lifts fil-housing estates?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, il-kuntratturi jintgħażlu skont ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti inkluż kriterji tekniċi u finanzjarji.

Court Attorneys – Kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34190 u 35227 u jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom jintgħażlu, jinħatru, jiġu assenjati u jitneħħew mill-kariga l-Court Attorneys? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ impjieg ta’ Court Attorney?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.