Legislature:
Category:
Reset

Il-Furjana - Ġnien Dante - Larinġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34078, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-larinġ fi Ġnien Dante l-Furjana ġiex effettivament maqtugħ jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Furjana li, kif ġie indikat fit-tweġiba tal-Kunsill mogħtija fi Frar għall-mistoqsija parlamentari 34078, il-Kunsill Lokali għamel diversi tentattivi kemm ma’ kuntratturi kif ukoll ma’ individwi. Madankollu, dawn kollha rriżultaw fin-negattiv, peress li l-larinġ huwa bakkaljaw ftit li xejn hemm użu għalih, u għaldaqstant ħadd ma wera interess.

AIMS - CEOs - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34935, 35177 u 35517 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tas-CEOs tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt tac-CEO preżenti qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

AIMS - Diretturi - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34936, 35176 u 35516 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa u jindika jekk dawn humiex full-time jew part-time?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Inteprellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Membri tal-Ġudikatura – Staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm staff complement ma’ kull membru tal-ġudikatura?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi staff complement ma’ kull membru tal-ġudikatura hemm 6, li jikkonsistu f’ deputat reġistratur, skrivan, messaġġier, xufier u judicial assistant u court attorney.

Ħażna ta’ fuel

Question

Fid-dawl tal-kunflitt li hemm bejn l-Iran u l-Amerika, jista’ l-Ministru jassigura li hemm biżżejjed ħażna ta’ fuel, speċjalment aviation fuel? Jista’ jgħid ukoll jekk minħabba dan humiex ser jitħassru xi titjiriet, b’impatt fuq it-turiżmu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

L-istrett ta’ Hormuz – Vapuri reġistrati f’Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm vapuri li jtajru l-bandiera Maltija maqbuda fl-istrett ta’ Hormuz?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Skema għall-Ewwel Xerrej

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li xtraw l-ewwel proprjetà tagħhom u bbenefikaw mill-Iskema għall-Ewwel Xerrej fis-sena 2025 u kemm kienet in-nefqa totali li jinkludu s-snin preċedenti?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skema ta’ Equity Sharing – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għall-Iskema ta’ Equity Sharing fis-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm żgħażagħ fuq it-30 sena li bbenefikaw minn din l-iskema u kemm kienet in-nefqa totali għas-sena 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ta’ Qali u Central Link - Drifting tal-karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li permezz ta’ rondi frekwenti mill-awtoritajiet, jitnaqqas id-drifting tal-karozzi f’Ta’ Qali u s-Central Link, speċjalment wara t-8 p.m., peress li dan qed joħloq periklu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi spezzjonijiet u rondi diġà qed isiru mill-Pulizija tad-Distrett, mill-RIU u mit-Taqsima tat-Traffiku, kif ukoll mill-Uffiċjali tal-Komunità, sabiex jiġi evitat kull tip ta’ ksur tal-liġi, inkluż id-drifting tal-karozzi f’Ta’ Qali u fi Central Link, anke fil-ħinijiet indikati, u dawn ser ikomplu jsiru.

Biċċerija - Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fil-biċċerija f’Malta fil-preżent, x’inhu l-grad tagħhom u kemm ilhom jaħdmu Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 16-il ħaddiema Għawdxin jaħdmu fil-Biċċerija f’Malta fil-preżent. Fost dawn hemm 9 AVTOs, 5 Biċċiera, Maniġer u Senior Foreman.

Pitkalija – Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fil-Pitkalija ġewwa Malta fil-preżent, x’inhu l-grad tagħhom u kemm ilhom jaħdmu Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 14-il ħaddiema Għawdxin jaħdmu fil-Pitkalija ġewwa Malta fil-preżent. Hemm tnax Support Officers II u żewġ Managers.

Ir-Rabat, Għawdex – WSC – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet kollha li saru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq il-Wied fir-Rabat, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet, min kien il-kuntrattur li għamel dawn ix-xogħlijiet u kif intgħażel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li r-responsabbiltà ewlenija ta’ tali proġett kienet f’idejn il-Ministeru għal Għawdex li ħa ħsieb it-tibdil tal-katusi tal-ilma tax-xita li kienu bil-ħsara, kif ukoll irranġa l-livell tat-triq fejn meħtieġ.   Għal dan ix-xogħol ġie ngaġġat Gatt Tarmac Ltd. Ma’ dan ix-xogħol kien hemm ukoll il-bżonn li jinbidlu xi katusi tad-drenaġġ li kienu miksurin, kif ukoll isir tibdil ta’ mejnijiet tal-ilma u servizzi tad-djar.  Għaldaqstant, biex  jitħaffef il-proċess u l-inkonvenjent ikun l-inqas possibbli u mingħajr ħela ta’ riżorsi, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ingaġġat lill-istess kuntrattur għat-twettiq ta’ dawn ix-xogħlijiet. Ix-xogħol tal-Korporazzjoni huwa stmat li jlaħħaq madwar €50,000.

Servizz Pubbliku – Trainee Tradesperson – Sejħa ta’ ingaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34403 dwar l-aħħar sejħa ta’ ingaġġ ta’ Trainee Tradesperson, fejn ġie mwieġeb li “r-riżultat tat-Trainee Tradesperson wasal fl-aħħar fażi u min kien eliġibbli u għadda se jiġi appuntat”, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw u kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li kien hemm  għoxrin applikanti għal trainee tradesperson .  Għaxra kienu  eleġibli u għaxra ineleġibli.  L għaxar applikant elegibli ghaddew kollha u huma Għawdxin.

Servizz Pubbliku – Apprentistati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34404 u jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu xogħol ta’ apprentistat fi ħdan is-servizz pubbliku preżentement? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma residenti Għawdex u kemm minnhom huma residenti Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fis-Servizz Pubbliku bħalissa hemm 69 apprendistat attiv li qed jaħdmu fi ħdan Dipartimenti differenti taħt il-Ministeri rispettivi. Minn dawn l-apprendisti attivi, 13-il student huma residenti Għawdex, filwaqt li 56 student huma residenti Malta.

Kunsilli lokali - Siti, artijiet u/jew binjiet - Devoluzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34963 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tas-siti, artijiet u/jew binjiet kollha li ġew devoluti lil kull kunsill lokali ta’ Malta u Għawdex, u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità u għal kull sit jindika l-indirizz tas-sit, id-deskrizzjoni tas-sit, l-ammont tal-ħlas mitlub mill-kunsill lokali bl-ammonti mħallsa, l-użu attwali tas-sit, id-data ta’ meta s-sit ġie devolut u t-terminu jew it-tul tad-devoluzzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument bl-informazzjoni anessa kif mitluba. Ninforma wkoll lill Onorevoli interpellanta illi l-Gvern ilu li ħa d-deċiżjoni illi l-ammont massimu li għandu jitħallas għal kull proprjetà illi tiġi devoluta lill-Kunsilli lokali, jew li diġà qiegħda devoluta u qiegħed jintalab tiġdid tal-kuntratt, huwa ta’ 500 ewro. It-terminu huwa ta 5 snin. Dan jiġi mġedded awtomatikament sakemm l-ebda parti ma tavża li se ttemm il-kuntratt b’avviż minn xahar qabel  ikunu se jiskadu l-5 snin.

Akkademja nazzjonali tal-avjazzjoni - Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid x’korsijiet infetħu taħt l-akkademja nazzjonali tal-avjazzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni 2023-2030 tidentifika t-tisħiħ tal-ħiliet u l-kompetenzi fis-settur bħala pilastru ewlieni, permezz ta’ taħriġ professjonali u tekniku kontinwu. F’dan il-kuntest, u sakemm jitlesta aġġornament tal- skills gap analysis b’kollaborazzjoni man- National Skills Council sabiex jirrifletti l-iżviluppi u l-ħtiġijiet ġodda tas-settur, aktar tard din is-sena ser jiġu varati tliet programmi ta’ taħriġ taħt l-Akkademja Nazzjonali tal-Avjazzjoni f’livelli MQF Level 1, Level 2 u Level 3. Qed jiġu kkunsidrati wkoll kollaborazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet edukattivi oħra, fosthom l-Institute of Tourism Studies.

Skema ‘Buying Energy-Efficient Homes’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34816 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid kemm applikaw persuni għall-iskema ‘Buying Energy-Efficient Homes’?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Framework Agreement - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru mill-Framework Agreement li sar bejn il-kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul is-sena 2024 u f’liema lokalitajiet saru dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet li saru fis-sena 2024 mill-Framework Agreement bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi huma s-segwenti: Mosta Xogħol ta’ pavimentar ħdejn iċ-Ċentru Ċiviku u fiż-żona ta’ Sta Margerita; fl-Eco Garden; fi Sqaq Xorxa; fi Triq il-Feniċi; fit-Triq il-Mitħna l-Qadima. Qormi Xogħol ta’ pavimentar fi Pjazza Narbona Qrendi Tiswijiet / bini ta’ culvert f’Misraħ Santa Marija Safi Xogħol ta pavimentar fi triq Dun Ġużepp Caruana; fi Triq Ajżar kantuniera ma’ Triq San Ġorġ; fi Triq t’Amparell. Siġġiewi Patching fi Triq Ġużeppi Busuttil; xogħol ta’ pavimentar fi Triq Mons M. Azzopardi; fi Triq S. Mallia; u fi Triq Girgenti.  Bini ta’ ħajt wara l-binja tad-Dar tal-Providenza. Żebbuġ Malta Xogħol ta’ pavimentar f’De Rohan Gate. Żurrieq Tiswijiet / bini ta’ culvert fi Triq il-Pluvieri; Triq Wied il-Fuljia; Sqaq Ballott; Triq l-Imqabba; Triq Qortin, Triq Santa Katerina tal-Baqqa u fil-limiti ta’ Ħal Far.