Legislature:
Category:
Reset

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Service Level Agreements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji responsabbli għall-forniment ta’ lifts lill-housing estates humiex qed jilħqu s-service level agreements stipulati fil-kuntratt?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li b’mod ġenerali, iva qed jilħqu s-Service Level Agreement (SLA) però l-prassi hi li jekk kumpanija responsabbli għall-forniment ta’ lifts lill-housing estates ma tilħaqx il-livell tas-servizz stipulat fil-kuntratt, tali kuntratt jigi terminat.
Leg 14 PQ #33068 Sitting 457 - 22/04/2026 16:00 2026-04-22 Oral · Final From: ADRIAN DELIA (Partit Nazzjonalista) To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Housing Estates – Lifts – Fallimenti ripetuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti jew investigazzjonijiet dwar fallimenti ripetuti tal-lifts installati minn ċerti fornituri fil-housing estates?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ lifts ġodda kkomissjonati qabel is-sena 2025, l-Awtorità tad-Djar kienet torbot lill-fornitur bi ftehim ta’ manutenzjoni ta’ sentejn u fil-każ ta’ lifts ġodda kkomissjonati wara l-2025, il-ftehim ta’ manutenzjoni ikun ta’ ħames snin. F’dawn il-każijiet, in-notifika ta’ ħsarat issir mir-residenti direttament lill-fornitur. Ninforma wkoll li residenti ta’ blokok b’liftijiet li mhumiex qed jintużaw jistgħu jibbenefikaw minn assistenza taħt skemi li topera l- Awtorità tad-Djar. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6827 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 459 fis-27 ta’ April 2026)
Leg 14 PQ #33067 Sitting 457 - 22/04/2026 16:00 2026-04-22 Oral · Final From: ADRIAN DELIA (Partit Nazzjonalista) To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Housing Estates – Lifts out-of-service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm lifts out-of-service fil-housing estates fl-aħħar tliet snin, u għal liema raġunijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ lifts ġodda kkomissjonati qabel is-sena 2025, l-Awtorità tad-Djar kienet torbot lill-fornitur bi ftehim ta’ manutenzjoni ta’ sentejn u fil-każ ta’ lifts ġodda kkomissjonati wara l-2025, il-ftehim ta’ manutenzjoni ikun ta’ ħames snin. F’dawn il-każijiet, in-notifika ta’ ħsarat issir mir-residenti direttament lill-fornitur. Ninforma wkoll li residenti ta’ blokok b’liftijiet li mhumiex qed jintużaw jistgħu jibbenefikaw minn assistenza taħt skemi li topera l- Awtorità tad-Djar. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6826 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 459 fis-27 ta’ April 2026)

Il-Ħamrun - Triq San Gejtanu - Xogħlijiet - Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi lmenti dwar Triq San Gejtanu, il-Ħamrun wara li saru x-xogħlijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta irċeviet ilment wieħed fuq mgħaqad ta’ ilma (ponding) f’din it-triq.

Il-Ħamrun - Triq San Gejtanu - Bankina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-bankina fi Triq San Gejtanu, il-Ħamrun tant twessgħet li t-triq saret dejqa, tant li qegħdin jintlaqtu diversi vetturi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bankini fi Triq San Gejtanu reggħu nbnew bl-istess wisgħat li kien hemm qabel.

Ħal Qormi - Outdoor Sports and Fitness Park - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta sar xi xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi u x’tip ta’ xogħol sar, matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Qormi li matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha qed tingħata din it-tweġiba, saru diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswija fl-Outdoor Sports and Fitness Park. F’Lulju 2025 sar xogħol ta’ tiswija tas-siġġijiet fl-Open Air Gym fi Triq il-Belt Valletta. Aktar tard, f’Settembru 2025, saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswija fuq diversi partijiet tal-apparat, li kienu jinkludu żarmar ta’ tagħmir, tiswijiet u żebgħa, kif ukoll armar ġdid fejn kien meħtieġ.

Ħal Qormi - Triq il-Wied - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Wied f’Ħal Qormi u jagħti dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għadha għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.

Ċentri sportivi - Sapport finanzjarju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34698, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha u jgħid x’tip ta’ sapport finanzjarju jew xogħol bla ħlas sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, għal dawk li huma ċentri sportivi? Jista’ jgħid ukoll: i.    lil liema klabbs ingħatat tali għajnuna sa issa, matul l-2024 u l-2025 separatament għal kull sena; ii.   f’liema postijiet qed isir xogħol tal-istess natura bħalissa; iii.   fejn mistenni jinbeda xogħol ieħor tal-istess natura fil-futur qarib; u iv.   kif jista’ klabb jew ċentru sportiv partikolari japplika biex jingħata tali għajnuna?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35790.

San Pawl il-Baħar - Proprjetajiet tal-Gvern - Għaqdiet volontarji, sportivi jew kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-proprjetajiet tal-Gvern li jinsabu fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar, li huma mgħoddija b'xi forma ta' titlu lill-għaqdiet volontarji, sportivi jew kulturali u jagħti tagħrif għal kull proprjetà li hi tal-Gvern f'din l-istess lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tindika b’site plan għal-liem proprjetà/ proprjetajiet qegħda tirreferi.

San Pawl il-Baħar - Artijiet tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34697, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif kollu dwar il-proprjetà tal-Gvern li tinsab fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar, kemm jekk din hi art agrikola, art mogħtija lil terzi persuni, kemm privati, pubbliċi u organizzazzjonijiet volontarji, kif ukoll għal dak li jikkonċerna artijiet jew bini li fil-fatt jinsabu fl-iskema tal-bini?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellanta biex tispeċifika eżatti għal liema art/artijiet qiegħda tirreferi.

Għaqdiet sportivi - Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34696 dwar l-għaqdiet sportivi li ħadu l-għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għaqdiet sportivi oħra li applikaw u li kellhom it-talba tagħhom mhux milqugħa? Jekk iva, liema kienu u għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet partikolari? Jista’ jgħid ukoll jekk għaqdiet oħra mhux sportivi jistgħux jibbenefikaw ukoll, u jekk iva, kif?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellanta għar-risposti mogħtija f’domandi parlamentari numri 34696 u 35534, l-approvazzjoni tal-applikazzjonijiet issir skont ir-regolamenti stabbiliti u kull deċiżjoni dejjem tkun ikkomunikata lill-applikant.

Ħal Tarxien/Raħal Ġdid – Triq Nazzarenu – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Nazzarenu, f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid u kemm ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol jinkludi tibdil ta’ partijiet tal-main tal-ilma fejn instab fi stat diterjorat, tibdil tas-servizzi tal-ilma, tibdil tal-bankini u resurfacing ta’ dawn it-toroq.

Ħal Qormi – Triq il-Kummerċ – Sewqan perikoluż – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minħabba s-sewqan perikoluż fi Triq il-Kummerċ, f'Ħal Qormi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kemm il-Pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunita diġà jwettqu rondi spiss fi Triq il-Kummerċ, f'Ħal Qormi, bħal ma jwettqu madwar Malta u Għawdex kollu biex jibqa’ jiġi indirizzat kull ksur ta’ liġi inkluż sewqan perikoluż.

Ħal Qormi – Triq il-Kummerċ – Sewqan perikoluż – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minħabba s-sewqan perikoluż fi Triq il-Kummerċ, f'Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tat-Trasport m’għandhiex rapporti ta’ sewqan perikoluż fit-triq imsemmija. Madankollu, l-Awtorità ser tkun qed tikkomunika mas-Central Business District sabiex tiġbor aktar informazzjoni dwar il-kwistjoni.

Ħal Qormi - Triq il-Ħelsien – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Ħelsien f’Ħal Qormi u jagħti dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħlijiet fit-triq imsemmija huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Ħal Qormi - Triq il-Vitorja – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Vitorja f’Ħal Qormi u jagħti dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Djar tal-anzjani - Lista’ ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu f’diversi djar tal-anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li hemm 1,619 persuna li bħalissa qed jistennew biex jidħlu ġo dar tal-anzjani. Qed isir kull sforz sabiex jinkisbu aktar sodod li jkunu disponibbli fis-suq privat .