Ħal Qormi - Outdoor Sports and Fitness Park - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar xi xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi u x’tip ta’ xogħol sar, matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm drop outs mill-ITS maqsuma skont il-korsijiet rispettivi tagħhom f'din is-sena skolastika? Jista’ jgħid ukoll x’ser isir biex ma jkunx hemm iktar drop outs?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35620 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm għad fadal studenti li qegħdin fl-aħħar sena tas-sekondarja u li l-familji tagħhom għadhom ma bbenefikawx mill-għotja ta’ €500 bħala assistenza fil-qasam diġitali, kif imħabbra fl-aħħar baġit u għaliex tali għotja ma tqassmitx lill-istudenti kollha f’daqqa? Jista’ jgħid ukoll meta dawk li għadhom pendenti se jirċievu l-għotja rispettiva tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34092 dwar ir-restawr tal-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid xi programm ta’ restawr ġie mressaq?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34084, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tal-problema tal-ħamiem fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34084, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tal-problema tal-ħamiem fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji jitħabbru fil-ħin propizju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm drop outs mill-ITS maqsuma skont il-korsijiet rispettivi tagħhom f'din is-sena skolastika? Jista’ jgħid ukoll x’ser isir biex ma jkunx hemm iktar drop outs?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm drop outs mill-MCAST maqsuma skont il-korsijiet rispettivi tagħhom f'din is-sena skolastika? Jista’ jgħid ukoll x’ser isir biex ma jkunx hemm iktar drop outs?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq il-manutenzjoni tal-vapuri tal-Gozo Channel mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni vapur b’vapur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.
L-Imġarr - Triq Sir Temi Zammit - Traffic Management
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35270 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34253, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min għadhom qed isiru d-diskussjonijiet dwar Triq Sir Temi Zammit, fl-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll meta ser isiru laqgħat futuri u jekk hemmx pjan għal meta ser tittieħed xi azzjoni li twassal għall-konklużjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità approvat tibdil fl-immaniġġjar tat-traffiku f’diversi toroq fl-Imġarr.
Madankollu, il-Kunsill Lokali flimkien mal-Awtorità ser ikomplu jiddiskutu s-sitwazzjoni relatata mat-triq imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern fuq il-concert area l-ġdida f’ Ta’ Qali minn meta nfetħet u kemm-il darba ntużat għal avvenimenti sa issa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sa issa ġew installati r-railings ta’ wara l-palk. Minn Mejju 2024 s’issa din iż-żona intużat għal 13-il avveniment.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li bħalissa qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jagħmlu bone density test?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-appuntamenti għall-eżamijiet tal-bone density jiġu skedati prinċipalment skont il-post fejn jinsab it-tagħmir disponibbli u l-post ta’ residenza tal-klijent. Il-magni tal-bone density jinsabu fl-Isptar Mater Dei, Residenza ta’ San Vinċenz, iċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran, u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Wieħed għandu jifhem li numru sostanzjali ta’ eżamijiet ikunu ta’ segwitu (“follow-up”), li jridu jsiru fi żmien speċifiku kif mitlub fir-rikjesta tat-tabib.
Infurmat li kull ġimgħa jidħlu medja ta’ 490 talba għal eżamijiet tal-bone density. Dawn jiġu skedati kollha fi żmien qasir.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx policy li tipprojbixxi lill-istudenti li jkunu qed jaħdmu ma’ Transport Malta b’numru ta’ sigħat mandatorji għall-kors tagħhom, milli jaħdmu numru żgħir ta’ sigħat online? Jekk iva, jista’ jagħti r-raġuni għal dan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tat-Trasport tilqa’ studenti kull sena bil-għan li dawn jitgħallmu direttament mill-post tax-xogħol u jiksbu l-għodda neċessarja għal meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma’ kull applikazzjoni għal permess ta’ logħob (tombla), il-Malta Gaming Authority qed titlob id-dettalji tal-membri tal-kumitat kollu u mhux ta’ min qed japplika?
Jista’ ukoll:
i. jgħid x’inhu l-iskop għat-talba ta’ din l-informazzjoni kollha;
ii. jgħid għaliex mhux qed jintalbu biss id-dettalji tas-segretarju jew ta’ dik il-persuni li qed tapplika f’isem il-kumitat; u
iii. jagħti garanzija li tali dettalji qed jinżammu biss mill-uffiċjali nkarigati mid-data f’dik l-awtorità b’tali mod li ma jkollhomx aċċess għalihom terzi inkluż impjegati tal-istess awtorità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ir-Rabat, Malta - Triq Ġorg Borg Olivier - Immaniġġjar tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ġdid ta’ mmaniġġjar tat-traffiku għal Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed jiġu evalwati xi proposti relatati mas-sistema tat-traffiku fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat, Malta. Qed isiru wkoll verifiki tekniċi relatati mal-
vehicle swept paths
f’ċerti punti tul din it-triq.
Ir-Rabat, Malta - Triq Ħad-Dingli - Sistema tad-drenaġġ tad-djar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fi Triq Ħad-Dingli, ir-Rabat, Malta, fejn qed isir proġett mill-Ministeru, hux ser isiru konnessjonijiet mas-sistema tad-drenaġġ tad-djar li sa llum għadhom mhumiex konnessi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-proġett jinkludi l-konnessjonijiet neċessarji mad-djar.