Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jittieħdu l-passi biex isir ix-xogħol u tiġi rranġata l-parti ta’ Triq Għajn Mhelhel fiż-Żebbuġ, Għawdex (it-triq li twassal miż-Żebbuġ għax-Xwejni), peress li din qed iċċedi u bħalissa hija mdawwra bil-barriers?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-MCAST li huma Maltin, studenti mill-Unjoni Ewropea u studenti barra mill-Unjoni Ewropea, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-iskola msemmija hemm 8,213-il student ta’ nazzjonalita Maltija, 1,666 student li huma barra mill-Ewropa filwaqt li 579 student mill-Unjoni Ewropea. Minn dawn, 5,863 huma ta’ sess maskil filwaqt li 4,595 huma ta’ sess femminil.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-MCAST li huma mature students, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li preżentament hemm 2,319 student bħala mature students fejn 1,065 huma ta’ sess femminil filwaqt li 1,254 huma ta’ sess maskil.
Jista’ l-Ministru jgħid, mil-liema età persuna hija kkunsidrata bħala mature student u għalhekk ma jkollhiex għalfejn ikollha l-kwalifiki kollha neċessarji, skont il-proċedura tal-MCAST?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
· Ikunu fil-pussess ta’ Ċertifikat tat-Tmiem tal-Iskola jew ċertifikati oħra miksuba f’livelli differenti – skont il-livell tal-kors li qed jaspiraw li jsegwu.
· Ikollhom, sal-bidu tas-sena akkademika:
a. l-età ta’ 27 sena għal dħul fi programmi fil-Livell 7 tal-MQF
b. l-età ta’ 23 sena għal dħul fi programmi fil-Livelli 5/6 tal-MQF
c. l-età ta’ 21 sena għal dħul fi programmi fil-Livell 4 tal-MQF
d. l-età ta’ 19-il sena għal dħul fi programmi fil-Livell 3 tal-MQF
· Juru li jifhmu u li jistgħu jibbenefikaw u jsegwu l-programm ta’ studju magħżul. Dan isir permezz ta’ intervista li ssir għal dan l-iskop u permezz ta’ dokumentazzjoni oħra, inklużi dawk li juru esperjenza ta’ xogħol u preparazzjoni għall-programm magħżul ta’ studji. Applikanti li jiġu shortlisted jiġu mistiedna għal intervista biex tiġi evalwata l-idoneità tagħhom għall-programm magħżul. L-età mhijiex l-uniku kriterju għall-eliġibbiltà. Il-Bord tal-Għażla taħt il-Klawsola tal-Maturità jista’ jitlob lill-kandidati jwettqu studji addizzjonali bħala parti mill-aċċettazzjoni tagħhom. Il-Bord jista’ jirrakkomanda programm alternattiv fejn dan jitqies xieraq. Il-Bord jirriserva d-dritt li jevalwa l-kompetenzi tal-applikant permezz ta’ diversi modi ta’ assessjar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li meta ggradwaw mill-Università ta’ Malta kellhom iktar minn 60 sena f’dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-aħħar 10 snin gradwaw total ta’ 220 student li kellhom iktar minn 60 sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx sospiżi jew posposti xi proġetti ta’ housing soċjali taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk ġew sospiżi jew posposti xi proġetti ta’ housing soċjali, kemm huma l-proġetti affettwati, f’liema lokalitajiet jinsabu u x’kien ir-raġunament uffiċjali għas-sospensjoni tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex topera b’telf jew profitt u x’kien ir-riżultat finanzjarju tagħha fl-aħħar sena rappurtata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-livelli ta’ cash reserves tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal kull sena finanzjarja fl-aħħar tliet snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, naqqsitx b’mod sinifikanti r-riżervi ta’ flus kontanti tagħha fl-aħħar sentejn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti jew ir-riżoluzzjonijiet tal-bord li bihom ġew approvati ż-żidiet fl-onorarja lid-diretturi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Diretturi ta’ kumpanija – Żieda fl-onorarja – Approvazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min approva formalment iż-żidiet fl-onorarja lid-diretturi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u f’liema data ttieħdet id-deċiżjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mediċina ‘Jext 300 micrograms’ hijiex ser titpoġġa fuq il-lista ta’ mediċini b’xejn għal dawk il-pazjenti li jikkwalifikaw għaliha, u jekk iva, meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-mediċina li qed issir referenza għaliha hi isem għal ditta kummerċjali tal- Adrenaline auto-injector, liema auto-injector iddaħħal fil-formularju f’Marzu ta’ din is-sena, f’ żewġ dożi: 150 u 300 micrograms.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS)? Jista' jgħid ukoll kemm ilu li skada l-aħħar ftehim?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Infrastructure Malta u Transport Malta - Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’reklamar u/jew avviżi fuq televiżjoni, billboards, media soċjali, radju u gazzetti/pubblikazzjonijiet oħra, elenkati separatament mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Infrastructure Malta u Transport Malta, minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
B’referenza għall-billboards li ttellgħu fl-aħħar jiem minn Infrastructure Malta illi jgħidu “1000 triq fl-aħħar sentejn”, jista’ l-Ministru jgħid:
i. għal liema toroq qed jagħmlu referenza dawn il-billboards u ċjoè, jindika f’lista dettaljata l-isem ta’ kull triq u l-lokalità; u
ii. x’tip ta’ xogħlijiet saru f’kull triq u t-tul, f’metri, tal-istess xogħlijiet f’kull triq?
Peress li fi studju riċenti bl-isem ‘Temperature-sensitive incubation, transmissibility and risk of Aedes albopictus-borne chikungunya virus in Europe’, Malta ngħatat riskju għoli għat-tixrid taċ-Chikungunya Virus permezz tan-nemus, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hawn xi każijiet irrappurtati u jekk hemmx xi pjanijiet ta’ mitigazzjoni għal dan ir-riskju?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sa llum ma ġew irrappurtati l-ebda każijiet ta’ Chikungunya virus akkwistati lokalment f’Malta.
Madankollu, fid-dawl tal-istudji xjentifiċi riċenti li jindikaw riskju potenzjali għat-trasmissjoni ta’ mard li jinġarr min-nemus, inkluż permezz tan-nemus Aedes albopictus, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika qed ikomplu jsaħħu s-sorveljanza epidemioloġika u entomoloġika, kif ukoll il-kollaborazzjoni mal-entitajiet rilevanti responsabbli mill-kontroll tan-nemus.
F’dan il-kuntest, Malta kisbet għotja mill-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) sabiex tissaħħaħ is-sorveljanza tal-vetturi, inkluż il-monitoraġġ tan-nemus u l-kapaċità nazzjonali ta’ tħejjija u rispons għal mard li jinġarr mill-vetturi. Barra minn hekk, Malta qed tipparteċipa f’Azzjoni Konġunta tal-Unjoni Ewropea ffukata fuq il-prevenzjoni, il-preparazzjoni u l-kontroll ta’ mard li jinġarr mill-vetturi, bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jitqassmu l-aħjar prattiki f’dan il-qasam.
Is-sitwazzjoni tibqa’ qed tiġi valutata b’mod kontinwu, u kull żvilupp rilevanti jiġi indirizzat b’mod proporzjonat u skont ir-riskju għas-saħħa pubblika.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm importaturi li rreġistraw mal-Awtorità dwar l-Azzjoni Klimatika fil-kuntest tal-Carbon Border Adjustment Mechanism? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew irrappurtati tunnellati ta’ emissjonijiet għall-ewwel tliet xhur ta’ din s-sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li s’issa rreġistraw 73 importatur mal-Awtorità dwar l-Azzjoni Klimatika fir-reġistru tal- Carbon Border Adjustment Mechanism. It-tunnellati ta’ emissjonijiet ser jiġu rappurtati għall-ewwel darba f’Settembru tal-2027 meta l-importaturi stess itellgħu d-dikjarazzjoni ta’ CBAM fuq ir-reġistru, li tkopri l-importazzjonijiet kollha relatati ma’ CBAM għas-sena 2026.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – Użu mhux awtorizzat ta’ indirizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ħareġ numru tas-sigurtà soċjali lil persuna mhux awtorizzata li tuża l-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista’ jgħid ukoll min se jinżamm responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u x’passi se jittieħdu biex l-użu mhux awtorizzat ta’ dan l-indirizz residenzjali jitwaqqaf immedjatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.