Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #580 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali żammew il-laqgħa tal-lokalità tagħhom għal din is-sena? Liema kunsilli, għalkemm għadhom ma żammewx din il-laqgħa għandhom id-data tagħhom iffissata? X'suppost tkun l-aġenda ta' tali laqgħat għal-lokalità u kif tinfirex l-informazzjoni dwar tali laqgħat fost ir-residenti? F'liema ġurnali hemm l-avviżi dwar il-laqgħat fejn dawn il-laqgħat diġà nżammu?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija Parlamentari qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba għal din il-parti tingħata f’seduta oħra. Intant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Artiklu 70 tal-Liġi tal-Kunsilli Lokali li jirregola l-laqgħat tal-lokalità li jispeċifika li “avviż ta’ dik il-laqgħa (annwali) għandu jkun pubblikat darba fil-gazzetti kollha ta’ kuljum u mxandar darba fuq ir-radjijiet kollha nazzjonali.” Intant l-istess Artiklu 70 ikompli li “l-aġenda diskussa fil-laqgħa annwali tal-lokalità għandha tinkludi rapport amministrattiv fuq l-andament tal-Kunsill matul is-sena ta’ qabel u l-pjan ta’ attività għas-sena ta’ wara.”
Leg 12 PQ #595 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u s-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #681 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskemi li se jkunu qed jiġu launched jew konfermati matul din is-sena għall-kunsilli lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mis-Segretarjat Parlamentari li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u ser nkun qiegħed nippreżentha lill-Kamra f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #682 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

JKIPK — membri tal-grupp

Question

Wara li fl-aħħar jiem is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera ħabbar t-twaqqif ta’ grupp rappreżentattiv li se jkun magħruf bħala JKIPK u qal li dan se jkun qed jara x’mar tajjeb u x’mar ħażin filwaqt li se jaraw li jkun hemm kontinwazzjoni ma’ dak li diġà seħħ, u se jara li jkun hemm inklużjoni ta’ ideat ġodda`, jista` l-Ministru jgħid minn huma l-membri ta' dan il-grupp?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għadu qiegħed jiġi iffurmat dan il-grupp u l-laqgħat li saru kienu fuq bażi informali.
Leg 12 PQ #683 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Fondi kulturali — Review

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ried ifisser meta reċentament is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera qal li se jsir review tal-fondi kulturali? Jista' jikkonferma li l-vot approvat għall-kultura se jibqa' kollu kif inhu ddedikat għal dan il-qasam għal matul is-sena li qegħdin fiha (2013)?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta s-Segretarju Parlamentari ghall-Kultura u l-Gvern Lokali, l-Onorevoli Josè Herrera qal li se ssir review tal-fondi kulturali, kien qiegħed ifisser li se ssir audit. Is-Segretarju Parlamentari jikkonferma li l-vot approvat għall-kultura se jibqa` kollu kif inhu iddedikat għal dan il-qasam għal matul is-sena li qegħdin fiha.
Leg 12 PQ #684 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — tneħħija ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' karozzi li tneħħew mit-toroq ta' San Pawl il-Baħar, mill-Kunsill Lokali matul l-aħħar 12-il xahar? F'kull każ minn fejn tneħħew, x'kien it-tip u n-numru tal-karozza li tneħħiet, kif ġew infurmati s-sidien tal-istess vetturi, kemm minnhom kellhom il-liċenzja tagħhom magħluqa u kemm kien ilha hekk magħluqa? X'sar mill-istess karozzi/vetturi ladarba tneħħew minn fejn kienu?

Response (VELLA, KARMENU)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Sadanittant ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-imsemmija vetturi tneħħew skont l-Artikolu 8A tal-Avviż Legali 94 tal-1977 kif emendat bl-Avviż Legali 123 tal-2001.
Leg 12 PQ #685 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS — numru ta' studenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu xi kors fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) bħalissa, u li ġejjin mil-lokalitajiet, lokal lokal tas-7, id-9 u t-12-il distrett elettorali?

Response (VELLA, KARMENU)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru totali ta’ studenti li bħalissa qiegħdin jattendu l-ITS mis-sebgħa, id-disa’ u t-tnax-il distrett hu ta’ 80, 76 u 95 rispettivament.
Leg 12 PQ #686 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

lukandi li se jerġgħu jibdew joperaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm lukandi hu mistenni li jerġgħu jkunu qed joperaw matul din is-sena wara li kienu magħluqa għal xi żmien fil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali? Meta avżaw li se jerġgħu jifthu għan-negozju? Komplessivament kemm hu n-numru ta' kmamar/sodod li se jiżdiedu b'riżultat ta' dan it-tibdil?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent hemm żewg lukandi fit-tnax id-distrett li huma intenzjonati li jerġgħu jibdew joperaw din is-sena wara li kienu magħluqa għal xi żmien. L-avviż biex jibdew joperaw ġie mibgħut fid-9 ta’ Jannar 2013. Komplessivament ser ikun hemm żieda ta’ 424 kamra li għandhom total ta’ 848 sodda.
Leg 12 PQ #143 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

MCCA — bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #139 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Ara dokument Nru. 157 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 12 tal-Erbgħa, 24 ta' April 2013)
Leg 12 PQ #217 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Transfers

Question

Jista'’ l-Ministru jagħti lista ta'’ impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta'’ Marzu 2013 ‘'l hawn? Jista'’ jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħdha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 12 PQ #321 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — talbiet lid-direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru lid-direttur tal-kunsilli lokali fix-xhur ta' Marzu u April 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

L-Onorevoli Interpellant tifhem u tapprezza li kull kap ta’ dipartiment jirċievi bosta talbiet b’mod naturali fir-rutina ta’ kuljum. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant tkun aktar speċifika għal liema u tip ta’ talbiet qed tirreferi għalihom.
Leg 12 PQ #327 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — membri tas-segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabbilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari Numru 324.
Leg 12 PQ #38 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida inxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tat-Turiżmu ma xtara l-ebda vettura u lanqas ordna vetturi biex jinxtraw mill-11 ta' Marzu 2013
Leg 12 PQ #39 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tat-Turiżmu kera tliet vetturi mill-11 ta’ Marzu 2013.
Leg 12 PQ #125 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Heritage Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Heritage Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #126 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #127 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Air Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #128 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

MCC — bord tad-Diretturi u chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Mediterrean Conference Centre fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #4782 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorita' Maltija tat-turiżmu

Question

Ladarba qegħdin f'Marzu, jista' il-Ministru jinformani x'inhuma l-miri tal-Malta tourism authority għas-sena 2004, ċifri ta' turisti li se jiġu fis-sena 2004 u dan minn kull suq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Miri ta' l-MTA huma li l-industrija tat-turiżmu f'Malta tirkupra minn nuqqasijçt f'volumi ta' turisti li kçnu ġew reġistrati f'dawn l-aħħar tlett snin. Dan it-tnaqqis fil-volum għandu jkun evalwat fil-kuntest ta' żçdçt fl-infçq mit-turisti kif kçn iddikjarat mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. Fuq bażi ta' informazzjoni miġbura minn operaturi ta' linji ta' l-ajru, tour operators u sorsi oħra fis-settur, il-projections għas-sena 2004 huma kif ġej: Renju Unit 467,000 Ġermanja 127,000 Italja 100,000 Franza 76,000 Olanda 40,000 Belġju 23,000 Awstrija 28,000 Svizzera 22,000 Pajjiżi Skandinavi 43,000 Spanja 12,000 Oħrajn 199,000 Total 1,137,000 Wieħed għandu jħares lejn dawn iċ-ċifri fl-isfond ta' suq li sejjer iħalli ħafna għall-aħħar biex jiddeċçdi, u anke fid-dawl ta' impatti bħal-dawk li seħħew fi Spanja il-ġimgħa l-oħra jistgħu ikollhom fuq vjaġġi lejn destinazzjonjçt Ewropej.