Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum, kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-Gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. iridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-Onor. Interpellant japprezza li din l-informazzjoni tinbidel minn jum għall-ieħor. Għaldaqstant nitolbu biex jindika għal liema data qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal s’issa għand l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, xahar b’xahar, u kemm minnhom ġew riżolti? Minn dawn il-każijiet riżolti, kemm minnhom inqatgħu favur il-konsumatur u kemm le?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont tagħrif li ngħata lili mill-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji – li beda jirċievi l-ilmenti mill-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju 2016 – il-każijiet li daħlu quddiem l-Awtorità fil-perjodu msemmi kienu kif jidhru hawn taħt:
Xahar
Każijiet
ġodda
Ġunju (2016)
349
Lulju
110
Awwissu
30
Settembru
20
Ottubru
19
Novembru
22
Diċembru
14
Jannar (2017)
22
Frar
14
Marzu
15
Ta’ min isemmi li 80% tal-każijiet li tressqu fl-2016 inġabru f’każ wieħed peress li l-mertu hu identiku.
Ninsab infurmat li mill-każijiet kollha li jidhru fit-tabella ta’ hawn fuq, 13-il każ ġew riżolti permezz tal-medjazzjoni waqt li 20 każ ieħor ġew deċiżi wara li s-sottomissjonijiet dwarhom nstemgħu mill-Arbitru.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li biex l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji jaċċetta li jisma’ l-ilmenti tal-konsumaturi, qed jitlob ħlas? Jekk iva, kemm hu dan il-ħlas?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm tariffa ta’ €25 biex jitressaq ilment quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji. Dan il-ħlas jingħata kollu lura jekk min jagħmel l-ilment jiddeċiedi li jirtirah jew jekk il-partijiet involuti jilħqu ftehim bejniethom dwar l-ilment. Inżid ngħid li fiż-żewġ istanzi, l-Arbitru jrid jiġi notifikat bil-miktub bid-deċiżjoni qabel ma jkun qatagħha jekk l-ilment jaqax fil-kompetenza tiegħu jew le.
Extra Budgetary Units – korporazzjonijiet u entitajiet governattivi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-Extra Budgetary Units (EBU), inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi kollha? Jista' jagħti dettalji dwar kemm irċevew fondi mingħand il-Gvern f'forma ta' sussidju u/jew transfers oħra sena b'sena bejn l-2013 u l-2016? Jista' jagħti lista minn min dawn l-EBUs kollha li kkontribwew flus lill-Gvern mir-revenue tagħhom u ċjoè ma ħadux sussidju imma kkontribwew lill-Gvern, sena b'sena bejn l-2013 u l-2016 ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li:
a) lista tal-
Extra Budgetary Units
(EBU), inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi, għas-sena 2015 tinsab f’tabelli 1 u 2 rispettivament;
b) it-trasferimenti għal spiża rikorrenti li saru mill-Gvern Ċentrali għal
Extra Budgetary Units
(EBU), inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi, bejn l-2013 u l-2015 jidhru f’tabelli 3 u 4;
c) it-tagħrif mitlub fit-tielet parti tal-mistoqsija jinsab f’tabella 5.
Dawn it-tabelli qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għas-sena 2016 għadha mhux finalizzata.
Attachments:29840 papers laid Table 1.pdf29840 papers laid Table 2.pdf29840 papers laid Table 3.pdf29840 papers laid Table 4.pdf29840 papers laid Table 5.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2013, fl-aħħar ta’ Diċembru 2014, fl-aħħar ta’ Diċembru 2015 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2016? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif li qed jitlob dwaru jinstab fil-pubblikazzjonijiet li joħorġu regolarment mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġiet sospiża l-provvista tal-ilma f'Malta u f’Għawdex kemm kawża ta' ħsarat kif ukoll għal raġuni ta' manutenzjoni, separatament lokalità b'lokalità, matul dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Sena
Sospensjoni minħabba Manutenzjoni
Sospensjoni minħabba Ħsarat
2014
214
383
2015
264
384
2016
295
388
Il-livelli ta’ sospensjonijiet minħabba manutenzjoni u ħsarat hija fl-istess livell tat-tlett snin ta’ qabel.
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li 99% tal-qtugħ fil-provvista tal-ilma jkunu ta’ perjodu qasir ħafna u jkunu jaffetwaw triq waħda biss minn raħal jew belt. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali u d-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tiegħi ma tawx xogħol legali jew talab konsulenzi mid-ditta legali u jew mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għad-drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, is-Segretarjat Parlamentari u l-Entitajiet u Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-istess Segretarjat u Ministeru, ma tax xogħol legali jew talab konsulenzi mid-ditta legali u jew mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat.
Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas- Servizzi ġie mwaqqaf fid-29 t’April, 2016 u minn dakinhar sal-lum ma ngħata l-ebda xogħlijiet lill-Abela Advocates fosthom lill- Avukat Robert Abela.
Ministeru għad-Djalogu Soċjlai, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenzi minn individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-persuna msemmija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenzi minn persuna
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq iċ-Child and Youth Development Centre li nbena mill-Ministeru għal Għawdex ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hux lest? Jista’ jagħti l-ispiża totali kemm sewa dan iċ-ċentru u jgħid din l-ispiża kif kienet maqsuna? Jista’ jgħid għal kull nefqa jew servizzi sarux wara tender, kwotazzjoni jew direct order u min għamel l-istess xogħol u kemm tħallas? Jista’ jgħid illum din il-binja għalxiex qed tintuża?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq iċ-Child and Youth Development Centre li nbena ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tlesta. L-ispiża totali minfuqa fuq dan il-proġett kienet ta’ €1,333,384.82 u l-breakdown ta’ din l-ispiża hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-pensjoni tad-diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ bolol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Inserraħ ras l-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ġa għamlu kuntatt mal-persuna indikata minnu biex id-diffikultà tagħha tiġi indirizzata. Inżid ngħid li d-dipartiment qed jagħmel il-verifiki meħtieġa dwar l-employer ta’ din il-persuna u qed jieħu l-azzjoni li fiċ-ċirkostanzi jidhirlu li hi xierqa.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-iskejjel fejn hemm defibrillator?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi tal-iskejjel fejn hemm defibrillator, kif se nsemmi:
Lista 'A' - Skejjel tal-Istat
Lista 'B' - Skejjel tal-Knisja u Indipendenti
Attachments:PQ 32498 - Lista 'A' - skejjel tal-Istat - defibrillator.pdfPQ 32498 - Lista 'B' - skejjel tal-Knisja u Indipendenti - defibrillator.pdf
Skejjel Pubbliċi – għalliema u ħaddiema – taħriġ fl-ewwel għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema u ħaddiema fl-iskejjel pubbliċi mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni u jagħti l-informazzjoni għal kull skola pubblika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm hemm għalliema u ħaddiema fl-iskejjel pubbliċi mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) hu kif muri fiż-żewġ tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Tabella 'A' - Skejjel tal-Istat
Tabella 'B' - Skejjel tal-Knisja u Indipendenti
Attachments:PQ 32499 - Tabella 'A'- Skejjel tal-Istat - Għalliema u ħaddiema - taħriġ fl-ewwel għajnuna.pdfPQ 32499 - Tabella 'B' - Skejjel tal-Knisja u Indipendenti - Għalliema u ħaddiema - taħriġ fl-ewwel għajnuna.pdf