Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #212 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Childcare centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid il-ħinijiet li jkun miftuħ iċ-childcare centre ta' l-Isptar Sun Luqa? Jista' jgħid in-numru ta' tfal li jibqgħu sa fil-għaxija? Jista' jgħid in-numru ta' child minders li jibqgħu sa fil-għaxija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 211.
Leg 10 PQ #213 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Nursery

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal li jattendu n-nursery ta' l-Isptar San Luqa ġurnata b'ġurnata, jiġifieri jgħid kemm ikun hemm tfal kull ġurnata partikolari, mit-Tnejn sal-Ħadd?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mit-Tnejn sal-Ġimgħa n-numru ta' tfal li jattendu ċ-'Child Care Centre' varja minn 20 sa 35. Pero s-Sibtijiet u l-Ħdud in-numru jinżel konsiderevolment. Tfal li jattendu ċ-Ċentru hemm miktubin b'kollox 55.
Leg 10 PQ #214 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Childcare centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-etajiet tat-tfal li jistgħu jattendu ċ-childcare centre ta' l-Isptar San Luqa? Jista' jgħid jekk ikunx hemm eċċezzjonijiet għall-eta' massima stipulata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li normalment jattendu tfal bejn sena u 3 snin, Eċċezjonijiet isiru wara talba li issir bil-miktub u permess jingħata kemm il-darba jkun hemm post.
Leg 10 PQ #232 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Karta għall-ġbir ta' pilloli

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini Maltin li għandhom drug users card?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 232, nixtieq nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega xi jrid ifisser bi 'drug users card'.
Leg 10 PQ #40 Sitting 4 2003-05-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Attivita' Move for Health

Question

Wara s-suċċess miksub fil-“Move for Health” organizzata mill-Health Promotion Unit tad-Dipartiment tas-Saħħa, liema attivita’ saret fil-bidu ta’ Mejju 2003 u li fiha ħadu sehem kważi 100 ruħ, jaħseb il-Ministru li mixjiet simili fil-kampanja Maltija għandhom jibqgħu jiġu organizzati regolarmanet matul is-sena (barra s-sajf ovvjament)?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa organizza l-mixja fil-kampanja dan ix-xahar (Mejju) sabiex isaħħaħ il-kuxjenza pubblika dwar l-importanza ta` l-attivita` fiżika għall-ħajja b'saħħitha u l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi marbuta ma` l-attivita` fiżika. Madankollu, l-istess dipartiment għamel appell sabiex jistieden lid-dipartimenti, setturi oħra fil-gvern u liċ-ċivil, il-media u ukoll lis-setturi privati biex huma ukoll jagħtu l-appoġġ, jieħdu azzjoni u joħolqu inċentivi ħalli tiżdied il-kultura ta` l-attivita` fiżika fost il-poplu Malti u Għawdxi. Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa jinsab lest li jikkollabora ma` dipartimenti, kunsilli lokali, u setturi (kemm tal-gvern, kif ukoll tal-privat) li jixtiequ jaħdmu flimkien ħalli jinkiseb l-istess għan. Dan hu l-mod l-iktar sostenibbli li bih wieħed jista` jsaħħaħ is-saħħa pubblika fil-gżejjer Maltin. Sadanittant, id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa lest li jibqa` jorganizza regolarment sa fejn hu possibbli l-mixjiet fil-kampanja Maltija matul is-sena.
Leg 9 PQ #38701 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Ħsarat fil-bini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-pilastri tal-basement ta' Blokk D tal-isptar Mater Dei għandhom xi ħsarat u qed iċedu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mhux minnu li xi pilastru ta' Block D fl-isptar Mater Dei se jċedi jew għandu xi forma ta' ħsara.
Leg 9 PQ #38700 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Bricks

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-bricks li tneħħew mid-diviżorji ta' ċerti blokki tal-isptar Mater Dei?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Meta d-diviżorji twaqqgħu, l-bricks ma kellhomx użu ieħor u ġew distrutti.
Leg 9 PQ #38560 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Liġi tas-Sanita`

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li n-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament m'għandux shaft skond il-Liġi tas-Sanita`? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fl-istabbiliment indikat irriżulta li dan huwa konformi mal-liġi sanitarja.
Leg 9 PQ #38621 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Gżira — Tniġġiż ta' l-arja

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta' bosta residenti fil-Gżira, speċjalment dawk li jbatu bl-asthma, dwar it-tniġġiż tal-arja ikkawżat mill-impjant tal-Golden Harvest li jinsab fl-abitat, b'mod partikulari fir-rigward ta' residenti fi Triq Luqa Briffa Street, Gżira?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li l-ebda lment dwar tniġġiż ta' l-arja kkawżat mill-impjant tal-Golden Harvest ma ġie riferut lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika din l-aħħar sena. Il-monitoraġġ dwar tniġġiż ta' l-arja jsir mid-Direttorat għall-Protezzjoni Ambjentali fi ħdan il-MEPA u nissuġġerixxi li tali mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #38536 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Passive smoking — Studju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx sar xi studju dwar l-effetti ta' tipjip (passive smoking) f'Malta? Jekk fl-affermattiv jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li studji epidemjoloġiċi ta' din ix-xeħta qatt ma saru hawn Malta.
Leg 9 PQ #38560 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Liġi tas-Sanita`

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li n-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament m'għandux shaft skond il-Liġi tas-Sanita`? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #38551 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Pazjenti

Question

F'liema stadju wasal il-bini ta' l-Isptar Mater Dei? Meta hu maħsub li jibdew jingħataw servizzi lill-pazjenti:- i)out-patient u ii)in-patient?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tliet fażijiet tal-bini huma maħsuba li jitlestew kollha sal-2010. Hu ppjanat li l-outpatients jiftaħ Ġunju 2003, waqt li l-inpatients jibdew jemigraw lejn l-ipstar Mater Dei fl-2005.
Leg 9 PQ #38553 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Inċeneratur

Question

F'liema stadju wasal is-shut down ta' l-inċineratur fl-isptar San Luqa sabiex jibda jitħaddem minfloku dak b'sistema microwave? Jaqbel il-Ministru li l-proċess ittawwal iżżejjed għad-detriment tas-saħħa tar-residenti Tal-Pieta' u l-inħawi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Onorevoli Membru jaf żgur li kwalunkwe tender tal-gvern trid tgħaddi minn numru kumpless ta' proċeduri li għandhom l-għan li jiggarantixxu it-trasparenza f'dan il-proċess. Dawn il-proċeduri jagħtu faċilta` lit-tenderer sabiex joġġezzjona matul il-proċess. Fil-każ tas-sistema ta' l-ipproċessar ta' l-iskart kliniku (liema sistema mhux bilfors kellha tkun microwave) saru żewġ oġġezzjonijiet li tefgħu lura il-proċess b'aktar minn sena għaliex irrikjedew li jinġabu l-esperti barranin mill-Amerika u f'każ minnhom riedu jsiru modifikazzjonijiet fis-sottomissjoni ta' tenderer minnhom. Il-proċess ta' l-għażla ġie konkluż numru ta' ġimgħat ilu iżda qabel ma seta' jingħata t-tender sar impediment fil-qorti ċivili minn tenderer li reġa' waqqaf il-proċess. Bħalissa d-Diviżjoni tas-Saħħa qegħda tistenna id-deċiżjoni tal-qorti f'dan il-każ. L-Onorevoli Membru jifhem li sakemm tiddaħħal is-sistema l-ġdida, minkejja x-xewqa tad-Diviżjoni, ma jistax jingħalaq l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa għaliex dan huwa l-uniku metodu kif skart kliniku jista' jiġi pproċessat bħalissa.
Leg 9 PQ #38426 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija Nru: 38415.
Leg 9 PQ #38310 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kartuna safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li meta tapplika għall-kartuna s-safra, trid tistenna xi sitt xhur qabel ma din tkun approvata, meta sa ftit żmien ilu din kienet tingħata lill-pazjent tliet ġimgħat wara li tkun saret l-applikazzjoni mill-konsulent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fil-mument il-kartuna s-safra qed toħroġ wara madwar tliet xhur mill-applikazzjoni minħabba tibdil fil-lista ta' mediċini provduti. Din is-sitwazzjoni tirriżulta minħabba li żdied il-ħruġ tal-kartuna s-safra (mediċini għal mard kardjovaskulari li qabel kienu jinkisbu permezz tal-kartuna r-roża issa jinkisbu bil-kartuna s-safra), kif ukoll minħabba nuqqas temporanju ta' żewġ skrivani fuq dan ix-xogħol għal xi perjodu ta' żmien. Madanakollu, huwa ittamat li s-sitwazzjoni terġa' tiġi għan-normal fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #38397 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Awtonomija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Isptar Boffa, li suppost huwa awtonomu, ilu ma jintalab iħallas għall-ikel li jiġi pprovdut mill-kċina ta' St Luke's għal diversi xhur? Dan ma jmurx kontra l-ispirtu ta' l-awtonomija li suppost għandu dan l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li l-isptar Boffa għal dawn l-aħħar snin kien qed jopera bħala 'cost centre' bħal cost centres oħra fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Huwa minnu li minħabba raġunijiet amministrattivi ċertu trasferimenti ta' fondi minn cost-centre għal ieħor ma sarux. Nassigura lill-Onor Interpellant li qed jittieħdu l-passi kollha biex dan jiġi indirizzat.
Leg 9 PQ #38410 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Studji fuq il-problema ta' l-asthma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx flus ibbaġittjati biex isiru studji fuq il-problema ta' l-asthma? Jekk iva, kemm u min qed jagħmel dan l-istudju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jekk wieħed iħares lejn l-Estimi Ġenerali jara li m'hemm l-ebda flus ibbaġittjati biex isiru studji fuq il-problema ta' l-asthma.
Leg 9 PQ #38210 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Xiri ta' mediċini

Question

Kemm għandu jagħti l-Gvern għax-xiri tal-mediċina akkwistati tul is-sena 2002? Kemm hemm il-ħsieb li jsiru minn dawn il-ħlasijiet fis-sena 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa totali fuq il-mediċina, surgical materials u prosthetic/orthotics matul is-sena 2002 kienet ta' Lm16,277,145. Il-ħlas bħala regola jsir bi tliet xhur lura. Infurmat ukoll li sa l-aħħar ta' Diċembru 2002, il-Gvern kellu jagħti s-somma ta' Lm6,845,613.88. Huwa ppjanat li l-ammont dovut pendenti jitħallas kollu matul is-sena 2003.
Leg 9 PQ #38307 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Reġistrazzjoni tal-mediċini

Question

F'hiex wasal il-proċess il-ġdid tar-reġistrazzjoni tal-mediċini? Minn min qed isir dan ix-xogħol preparatorju? Tista' tagħti indikazzjoni tar-range tar-registration fees li ser ikunu nvoluti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-proċess il-ġdid tar-reġistrazzjoni ta' mediċini li qed isir mill-Medicines Regulatory Unit fid-Diviżjoni tas-Saħħa wasal fi stat avvanzat u jkun lest biex jinbeda meta jiġu stabbiliti l-fees. F'dak li għandu x'jaqsam ma fees ġew mħejjija diversi għazliet li fil-preżent qed jiġu studjati u analizzati.
Leg 9 PQ #38080 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn oqbra vojta ġewwa Malta u Għawdex? Kemm jinbiegħ qabar? Kemm jiġi jiswa funeral bejn wieħed u ieħor?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'Malta u Għawdex, bħalissa fiċ-Ċimiterju tal-Gvern m'hawnx oqbra vojta (għal bejgħ), ħlief għal dawk tal-komun li jintużaw skond il-bżonn. Il-prezz tax-xiri għal sit ta' qabar huwa stabbilit mill-'Burials Ordinance' Chapter 17 Para. 3, għal prezz ta' LM25. Il-prezz tal-qabar proprju f'ċimiterju tal-Gvern jiġi determinat minn kemm tiġi l-ispiża totali biex tali oqbra jinbnew. Il-prezz ta' funeral jiġi determinat minn min qiegħed jorganizzah, u tali responsabilita` ma taqax taħt dan id-Dipartiment.