Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodi msemmija fil-mistoqsija ma ngħatat ebda Direct Order.
Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38174 u cioe' peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq il-kompetittivita' ta' l-industrija tat-turiżmu?
Response (REFALO, MICHAEL)
M’għandi xejn xi nżid ma’ dak li qal il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi għall-Mistoqsija 38172.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38406 u cioe' jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-liċenzji kollha relattivi għan-negozju li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nistieden lill-Onor. Membru jindika, anki b’mod kunfidenzjali għaliex qed jitlob dan it-tagħrif.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Numru 38415.
Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq il-kompetittivita' ta' l-industrija tat-turiżmu?
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru?
Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm kuntratt wieħed biss għal securities privati li għandha l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu.
Iċ-ċifra ta’ sigħat u ta’ flus li tħallsu għall-kuntratti ta’ securities kif mitluba mill-Onor. Interpellant huma kif ġej:-
Sena 2000
Sigħ
at
Flus
Ministeru
Xejn
Xejn
Dipartiment
12960
Lm26,073.35
MTA
Xejn
Xejn
Sena 2001
Sigħ
at
Flus
Ministeru
Xejn
Xejn
Dipartiment
13038
Lm26,240.19
MTA
Xejn
Xejn
Sena 2002
Sigħ
at
Flus
Ministeru
Xejn
Xejn
Dipartiment
3550
Lm7144.26
MTA
360
Lm931.50
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema xogħol u kemm spejjeż huwa previst li jsir bl-għajnuna ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur, il-Birgu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu nediet skema ta’ investiment f’proġett ta’ restawr bl-iskop li tieħu sehem b’mod konkret fit-titjib tal-prodott storiku Malti.
Dawn il-proġetti huma kollha fl-ibliet storiċi qed jiġu mplimentati mat-Taqsima tar-Restawr tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet, kif ukoll bl-għajnuna ta’ restawraturi Taljani.
Ix-xogħol fil-Palazz tal-Inkwiżitur, Birgu, jikkonsisti fir-restawr tal-faċċata prinċipali. L-ispiża totali mistennija tlaħħaq mal-erbgħin elf lira li minnhom l-Awtorita’ tat-Turiżmu ser tikkontribwixxi aktar minn nofs.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm fir-relazzjonijiet ta' pajjiżna maċ-Ċina f'dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu u jista' jinforma lill-Kamra wkoll kemm hemm gwidi liċenzjati fid-djaletti u lingwi Ċiniżi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu qed tħaddem Marketing Plan għas-suq Ċiniż li jinkludi:
· Ftuħ ta’ uffiċċju tal-MTA fl-Ambaxxata ta’ Malta ta’ Beijing
· Żjarat ta’ Tour Operators u ġurnalisti Ċiniżi
· Parteċipazzjoni fi Promotional Tours fi bliet kbar Ċiniżi
· Parteċipazzjoni ġo fieri
· Produzzjoni ta’ Website biċ-Ċiniż
· Produzzjoni ta’ materjal publiċitarju u gwida biċ-Ċiniż
Bħalissa persuna waħda għandha l-liċenzja biex tiggwida bil-lingwa uffiċċjali Ċiniża iżda hu maħsub li n-numru ta’ gwidi jiżdied.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti qegħdin isiru għal dawk l-operaturi tad-dgħajjes għall-ġarr ta' turisti bejn Malta u Kemmuna, li minnhom hemm madwar sitt kumpanniji, meta skond kif qed jingħad mhumiex se jitħallew jirmiġġjaw ma' Kemunett?
Jaf il-Ministru li din hija problema li għandha tiġi indirizzata mill-ewwel mingħajr telf ta' ħin fl-interess ta' l-industrija tat-turiżmu u dik ta' l-istess operaturi li magħhom jgħixu ħafna familji?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 37629?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li fl-ITS Qala hemm żewġ persuni fuq xogħol amministrattiv. Wieħed huwa għalliem li ġie misluf mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni u għandu t-tmexxija tal-Istitut f’idejh u l-oħra hija Executive Officer (impjegata tal-Gvern) li tagħmel xogħol klerikali.
Minn naħa Akkademika fl-ITS Qala hemm full-time Assistant Lecturer li ġiet impjegata ma’ l-ITS Malta wara sejħa għall-applikazzjonijiet. Ġiet trasferita l-Qala sabiex tkopri modules li jingħataw lill-istudenti f’Għawdex. Il-kwalifiki tagħha jinkludu Diploma ta’ l-ITS f’Hotel Administration kif ukoll għaxar snin esperjenza fil-qasam tat-turiżmu.
Hemm ukoll erba’ part-time lecturers, tnejn fil-Food Preparation & Production (kċina) u tnejn fil-Food and Beverage Service (servizz). Dawn għandhom kuntratt definit ta’ ħmistax il-ġimgħa (semestru). Tlieta minnhom igħallmu mhux aktar minn għaxar siegħat fil-ġimgħa u l-ieħor mhux aktar minn ħmistax il-siegħa fil-ġimgħa. Ma saret l-ebda sejħa speċifika għal dawn il-part-timers li kollha kienu applikaw għall-aħħar sejħa għall-impieg full-time. Huma ġew impjegati wara li sarilhom interview mid-Direttur Ġenerali ta’ l-ITS. Tlieta minnhom għandhom kwalifiki ta’ Diploma tal-ITS fil-Food Preparation & Production jew fil-Food & Beverage Service jew inkella Diploma fil-Hotel Administration barra snin twal ta’ esperjenza fil-qasam tat-turiżmu. Il-part-timers kollha għandhom kuntratt definit li jiskadi fi Frar 2003.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qala, Għawdex ma hemmx korsijiet full-time imma biss kors taħt l-iskema ta’ ESTS u ieħor part-time.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena?
X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.
Response (REFALO, MICHAEL)
Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara’ l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti u, iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema u għalliema full-time u part-time fl-ITS Qala Training Centre?
Jista’ jgħid min huma dawn il-ħaddiema u għalliema? Jista’ jgħid ukoll meta dawn ġew ingaġġati u f’kull każ ħarġitx call for applications?
Jista’ jgħid xi kwalifiki professjonali u akkademiċi għandhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema u għalliema full-time u part-time fl-ITS Qala Training Centre?
Jista’ jgħid min huma dawn il-ħaddiema u għalliema? Jista’ jgħid ukoll meta dawn ġew ingaġġati u f’kull każ ħarġitx call for applications?
Jista’ jgħid xi kwalifiki professjonali u akkademiċi għandhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghada qed tingabar. Ghalhekk twegiba tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?
Response (REFALO, MICHAEL)
Sakemm ma ninghatax raguni konvincenti 'l ghala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinhela hafna hin biex tingabar
Awtorita' ta' Malta dwar it-Turiżmu — Flus mislufa
Question
Mil-liema bank isselfet flus l-Awtorita' ta' Malta dwar it-Turiżmu minn kemm ilha mwaqqfa? Kemm isselfet? B'liema kundizzjonijiet? Tista' tpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta tat-Turiżmu sselfet is-somma ta’ Lm2,757,032 mill-Bank of Valletta. Il-kundizzjonijiet kummerċjali huma:
· Imgħax ta’ 5.3% (1.3% fuq il-Bank Base Rate ta’ 4.0%);
· Garantita mill-Ministeru tal-Finanzi;
· Titħallas fuq perjodu ta’ għaxar snin.
Dan is-self sar biex jiffinanzja d-deficit li tħalla mill-NTOM fil-31 ta’ Awissu, 1999.