Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza St Vincent de Paule — Maintenance

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali ġewwa r-Residenza St Vincent de Paule li talbu li sirilhom maintenance tas-sala u x' kienet ir-risposta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li talbiet minn swali f'San Vincenz biex issirilhom maintenance jsiru ta' kuljum. Dawn jigu processati fuq il-mertu ta' kull kaz skond l-urgenza tax-xoghol mitlub. F'certi kazi ix-xoghol ma jsirx fil-pront minhabba li jkun irid jinxtara materjal apposta ghal dak ix-xoghol partikulari.

Dipartiment tal-Mużewijiet — Vetturi

Question

Jista' il-Ministru jara xi żvilupp kien hemm dwar il-każ li korrispondenza dwaru tinsab ma' din il-mistoqsija? (Id-dettalji annessi flimkien ma' kopja ta' ittra in konnessjoni ma' din il-mistoqsija qed jintbagħtu separatament).

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun trattat mis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali u r-rappreżentant f'Malta tal-persuna konċernata. Dawn it-trattattivi qed isiru skond il-provedimenti tal-liġi l-ġdida dwar il-Ħarsien tal-Wirt Kulturali.

Żejtun — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dar ta' l-anzjani taż-Żejtun tilqa' fiha residenti bed ridden? Bħalissa hemm persuni li huma bed ridden?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond il-fethim li jkopri l-operat tad-Dar ta' l-Anzjani ta]-}ejtun, biex persuna ti;i ammessa f'din ir-residenza ma tridx tkun di;a' bedridden. Ninsab infurmat li fil-pre]ent hemm persuna wa[da, li da[let f'din id-Dar disa snin ilu, li hi klassifikata b[ala bedridden.
Leg 10 PQ #277 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Xiri ta' oqbra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet biex persuni jixtru oqbra? Hemm permessi biex jitħaffru oqbra? Jekk iva, kemm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet biex persuni jixtru qabar f'Ċimiterji tal-Gvern rispettivi huma kif ġej: Żebbuġ (Malta) 201 Mosta 441 Rabat 605 Addolorata 2238 Ta' Braxia 94 Mġarr (Malta) 17 Kalkara 26 Mellieħa 109 Qormi 190 Burmarrad 362 Ninforma li għaċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata teżisti applikazzjoni għal bini ta' madwar 1500 qabar, liema applikazzjoni qegħda fl-aħħar fażi tagħha, f' Burmarrad qegħdin jinbnew madwar 128, waqt li fil-Mellieħa, fiċ-Ċimiterju magħruf bħala tal-Jugoslavi, tlestaw 84 qabar.

Raħal Ġdid — Reserved Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti biex isir reserved parking f' Sacred Heart Street, Raħal Ġdid u quddiem liema residenza?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immanigjar tat-Traffiku ma nstabet l-ebda applikazzjoni pendenti għal reserved parking f'Sacred Heart Street, Raħal Ġdid.

Raħal Ġdid — Servizz ta' telecare

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tingħata s-servizzi ta' telecare u linja tat-telefon l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni g[as-servizz tat-Telecare tal-persuna ndikata waslet fid-Dipartiment fl-4 ta' April 2003. Il-Maltacom ;iet notifikata fis-17 ta' April 2003 biex isiru l-installazzjonijiet me[tie;a.

Tarxien — Każ dwar ħlas ta' flus mit-Tarzna

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li anzjana armla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tieħu l-flus tal-ftehim mit-Tarzna? Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' So/jali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-ka] tagh[a.`

Raħal Ġdid — Anzjana li qed tistenna biex tidħol fl-SVPR

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara fiex wasal il-każ ta' anzjana- id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - li tinsab fis-sodda u li qegħda tistenna li tidħol fir-residenza San Vinċenz de Paule minħabba t-tbatija li qiegħda ssofri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni ta' l-anzjana msemmija waslet fir-Residenza ta' San Vin/enz fis-27 ta' Marzu 2003 u tpo;;iet fil-Waiting List.

Raħal Ġdid — Servizz tat-telefon

Question

Jista' il-Ministru jara li l-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-linja tat-telefon?

Response (GATT, AUSTIN)

Minħabba n-natura kummerċjali ta` Maltacom p.l.c., mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata t-tagħrif mitlub mil-Onor. Interpellant.

Raħal Ġdid — Reserved Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti biex isir reserved parking f' Sacred Heart Street, Raħal Ġdid u quddiem liema residenza?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Saint Vincent De Paule — Applikazzjoni għad-dħul

Question

Jista' il-Ministru jara li l-każ ta' anzjana (Ref No 121/03) biex tidħol f' Saint Vincent De Paule jitmexxa minħabba l-urġenza tal-każ? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni ta' l-anzjana (Ref no 121!03) g[addiet mill-Board ta' l-g[a]la tad-D[ul ta' San Vin/enz fil-15 ta' Mejju li g[adda u ;ie approvat li titqieg[ed fuq il-waiting list biex l-applikanta tid[ol fir-Residenza mill-aktar fis possibbli.

Marsa — Persuna li qed titlob biex tiġi boarded out

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara x'sar mill-każ ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qiegħda tintalab li toħroġ boarded out? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' So/jali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-ka] tag[ha.

Birżebbugia — Każ dwar pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qegħda titlob li tingħata l-pensjoni peress li għamlet żmien twil taħdem? Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' So/jali nforma bil-miktub lill-persuna ndikat mill-Onor. Interpellant dwar il-ka] tag[ha.

Marsa — Benefiċċju tal-wens

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-każ ta' bint li applikat għall-benefiċċju tal-wens jitmexxa peress li għadha ma rċeviet xejn? Id-dettalji tal-persuna qed jintbagħtu separatament.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' So/jali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-ka] tag[ha.

Tarxien — Każ dwar pensjoni

Question

Jista' il-Ministru jara li tinħareġ il-pensjoni lill-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li ilha aktar minn xahar li applikat għaliha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' So/jali informa bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-ka] tag[ha.
Leg 9 PQ #38636 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Direttur televiżiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa d-Direttur televiżiv

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.