Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żvilupp qed iseħħu bħalissa fil-kwestjoni tar-riforma tal-Pitkalija? Meta hu maħsub li din ir-riforma titwettaq u jekk intlaħaqx xi ftehim mal-Pitkala dwar din ir-riforma?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li minkejja għaddew diversi snin minn meta tħabbret ir-riforma fil-Pitkalija, fir-realtà jidher li s’issa sar ftit li xejn sabiex din titwettaq għal ġid tas-settur agrikolu u taċ-ċittadin. Fil-fatt, fl-2004, f’dokument ippubblikat mill-PPCD (Planning and Priorities Co-ordination Division) tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ġew ikkwotati flejjes mill-Unjoni Ewropea allokati għal dan il-għan.
Waqt li kulħadd jaqbel li r-riforma hija ferm importanti u għandha ssir fl-iqsar żmien possibli, jidher li ma kienx hemm dak l-impenn mill-amministrazzjoni preċedenti u għadna ferm il-bogħod milli jintlaħaq ftehim. Saru bosta diskusjonijiet fejn ġew preżentati diversi pjanti, madanakollu m’hemm l-ebda qbil bejn il-bdiewa, il-pitkala u x-xerrejja kif ser taħdem din ir-riforma.
Jista' l-Ministru jindika meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fuq Triq Ġulju ċ-Ċentrujun, f'Buġibba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant x-xogħlijiet fit-triq imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u mhux taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn il-proġetti/xogħlijiet li bħalissa huma għaddejjin fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u Buġibba mill-Ministeru tiegħu? Meta hu mistenni li kull biċċa xogħol/proġett jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Il-proġetti li għandu l-Ministeru f’Buġibba/San Pawl il-Baħar fil-preżent huma:
1. Il-proġett ta’ restawr tas-Salini . Dan il-proġett mistenni jitlesta sal-ahhar tal-2014.
2. Il-manutenzjoni tal-promenade ta’ Buġibba – xogħol ta’ manutenzjoni li jkun għaddej matul is-sena kollha.
3. Xogħol ta’ manutenzjoni fuq żewġ slipways fil-Qawra (in-naħa tas-Suncrest) li mistenni jitlesta fi ftit ġimgħat. It-twettieq ta’ dan ix-xogħol jiddependi mill-kundizzjoni tat -temp kif ukoll minn xi diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol.
Hu pjanat ukoll li jinbeda x-xogħol fuq it-tindif tas-Sukkors tas-Salina u bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-uffiċjali tal-MEPA dwar dan.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19800, jista' l-Ministru ġentilment jgħid kif dan il-materjal se jiġi trattat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19800 is-‘sludge’ se jiġi ittrattat b’sistema ta’ ‘anearobic digestion’ li jipproduċi ‘biogas’. Dan is-sors ta’ enerġija alternattiva ser jiġi utilizzat f’ġeneraturi li hemm installati fuq l-impjant sabiex jiġġeneraw enerġija elettrika u termika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti f'Malta li jbatu mill-kundizjoni bullous pemphigoid ? Jista' jgħid meta din il-kundizzjoni se tiddaħħal fix-Schedule V ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent attenda l-emergenza fl-ewwel ġimgħa ta' Ottubru? Kemm minn dawn kienu ta' priorità 1, 2 u 3? Kemm kienu il-pazjenti li f' dik il-ġimgħa ġew admitted fis-swali? X'kien l-average waiting time ta' dawn il-pazjenti u x inhu l-average treatment-time ta' pazjenti f' priority 1, priority 2 , priority 3?
Jista' jgħid kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti mill-health centres, mit-tobba privati u self referred?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Ras il-Wied Wardija hijiex proġettata li ssir bil-cold asphalt wara li saru diversi xogħlijiet ta' manutenzjoni mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi xogħlijiet ta' resurfacing fl-akwata msemmija huma r-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Ras il-Wied Wardija hijiex proġettata li ssir bil-cold asphalt wara li saru diversi xogħlijiet ta' manutenzjoni mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx faċilità biex tiġi kkontrollata l-infestazzjoni tal-wirdien mit-toroq tagħna? Naf li l-Pest Control Unit jikkura l-infestazzjoni tal-ġrieden u l-bergħud.
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Pest Control Unit fi ħdan id-Dipartiment għal-Saħħa Ambjentali ma toffrix servizz biex tikkontrolla l-infestazzjoni tal-wirdien mit-toroq tagħna.
Madankollu, lmenti li dan id-Dipartiment jirċievi fuq dan ir-rigward, jiġu nvestigati biex tinsab il-kawża ta’ l-infestazzjoni.
Tobba tal-emerġenza mtellgħin il-qorti biex jixhdu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tabib tal-emerġenza ittellgħu l-Qorti jixhdu matul ix-xahar ta' April? Jekk hu possibbli dawk it-tobba li kienu xogħol u mhux fl-off tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk it-tobba li jitilgħu jixhdu l-Qorti fl-off tagħhom ikunux kumpensati sew fi flus jew f'xi benefiċċju ieħor bħalma jsir fil-każ tal-pulizija?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma hemm l-ebda kumpens kontemplat għal tobba li jitilgħu jixhdu fl-off tagħhom. Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun dan l-inkonvenjent, it-tobba jistgħu jagħmlu affidavit bl-informazzjoni meħtieġa mill-Qorti sabiex jaqdu dan id-dmir. Jekk il-Qorti ma tkunx sodisfatta bl-affidavit, it-tobba jiġu mitluba jitilgħu jixhdu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent attenda l-emerġenza fix-xahar ta' April li kienu fil-category 3 u kemm minn dawn kienu riferuti minn tabib? X'persentaġġ minn dawn kienu category 3 injury?
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra studju u d-dokumenti kollha li juru li l-Wied tal-Madonna, Mellieħa mhuwiex wied u allura jista' isir żvilupp ta' bini fuqu?
Jista' il-Ministru jirriferi l-istudju idroloġiku privat li ġie ppreżentat lill-MEPA wara li dan hu attwalment wied u allura irid jobdi r-regoli kollha tal-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-area msemmija kienet fil-limiti ta' l-iżvilupp kif definiti mill-Parlament skond l-iskemi ta' l-iżvilupp ta' l-1988. Il-Pjan Lokali kif approvat jerġa’ jikkonferma din l-pożizzjoni.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra dawn id-dokumenti:
Document Marked X - Submission of a study by an engineer entrusted by the applicant.
Document Marked Y - An objection letter with attached the submission of a Hydrology Report by an engineer entrusted by the objectors.
Document Marked Z - An orthophoto of Mellieha showing the site in question marked with an orange circle and the Area falling Outside Development Zone boundaries shaded in green.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20001, jista' il-Ministru jispjega b'liema kriterji ġie stabilit li l-istess wied ikun kopert minn policies kompletament konfliġġenti, fejn il-parti ta' fuq tal-wied tinsab fiż-żona ta' l-iżvilupp filwaqt li l-kumplament tal-wied hu protett minn policies RCO28 u RCO29?
Jista' il-Ministru jgħid kif jista' jiġi żgurat li l-parti ta' fuq tal-wied tiġi wkoll priżervata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-linja li taqsam il-wied u tagħlaq il-parti ta' fuq tiegħu ġewwa ż-żoni ta' żvilupp kienet ġiet stabbilita fil-pjan regolatur li tħejja fl-1988. Din il-parti tal-wied b'hekk titqies bħala parti miż-żona urbana, filwaqt li l-bqija tal-wied li tinsab minn din il-linja 'l barra (jiġifieri l-parti t'isfel tal-wied) tgawdi mill-ħarsien li jipprovdu l-policies dwar l-ambjent tal-kampanja (fosthom dawk dwar il-widien).
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, il-ħarsien tal-parti ta' fuq tal-wied jista' jitwettaq b'żewġ modi: il-Parlament jista' jibdel il-linja li timmarka l-konfini taż-żoni ta' żvilupp fil-pjan regolatur b'mod li l-wied ikun kollu kemm hu eskluż miż-żoni ta' żvilupp u għaldaqstant jitħares mill-iżvilupp; jew inkella issir tibdila fil-pjan lokali sabiex filwaqt li l-parti ta' fuq tal-wied titħalla ġewwa l-konfini taż-żoni ta' żvilupp, xorta waħda tkun indikata bħala żona mħarsa fejn ma jistax isir żvilupp.
Jista' il-Ministru jindika jekk il-Wied tal-Madonna tal-Mellieħa huwiex ikkonsidrat bħala wied u allura mhux permess li jsir bini fih jew huwiex meqjus bħala art fabbrikabbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
B’referenza għall-wied fil-Mellieħa, magħruf bħala l-Għar tal-Madonna:
Il-parti ta’ fuq ta’ dan il-wied, li jibda minn Triq Sant’ Elena fil-Mellieħa, tinstab fiż-żona ta’ l-iżvilupp kif indikata fil-Pjan Regolatur ta’ l-1988. Din iż-żona tinkludi kemm il-bini li hemm tul il-ġnub tal-wied, kif ukoll il-ġonna li jinstabu fil-qiegħ tal-wied. Iż-żona ta’ l-iżvilupp ma tinkludix il-qiegħ kollu tal-wied iżda tieqaf ftit qabel Triq Adenau. Min-naħa l-oħra, il-bini eżistenti li hemm mal-ġnub tal-wied, li jkompli sejjer matul Triq Dun Frangisk Sciberras, huwa inkluż fiż-żona ta’ l-iżvilupp. Il-pjanti annessi juru iż-żona ta’ l-iżvilupp li tinkludi parti mill-wied.
Fil-parti tal-wied illi tinstab barra ż-żona ta’ l-iżvilupp, japplikaw il-
policies
RCO 28 u RCO 29 tal-Pjan ta’ Struttura. Jiġifieri, b’mod ġenerali ma jitħalliex isir żvilupp sakemm dan ma jkollux skop ta’ prevenzjoni ta’ erozjoni tal-ħamrija jew ta’ konservazzjoni ta’ l-ilma.
Jista' il-Ministru ġentilment jindaga jekk il-passaġġ fuq in-naħa tal-Menqa, f'San Pawl il-Baħar hux se jibqa' aċċessibbli għall-pubbliku, kif kien qabel ma beda l-iżvilupp li qiegħed isir bħalissa? Dettalji tal-permess qed jintbagħtu separatament.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-permess ta' żvilupp PA 05008/04 inħareġ għall-iżvilupp mill-ġdid tas-sit. Il-bini l-ġdid għandu jżomm ma' l-impronta tal-bini eżistenti, bil-kundizzjoni li jirrispetta l-linji uffiċċjali. B'hekk, kwalunkwe passaġġ pubbliku eżistenti m'għandux jiġi affettwat mill-iżvilupp kif approvat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħidilna kemm inħarġu speeding tickets fl-1 ta' April 2006 fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan bejn it-8.00 p.m. u 12.00 p.m.? Jista' jgħid ukoll kemm ittieħdu ritratti mill-ispeeding cameras dak il-ħin u kemm minn dawn inħarġitilhom il-kontravvenzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-aħħar 4 sigħat ta' l-1 ta' April 2006 jiġifieri mit-8.00pm sa nofs il-lejl.
Ninsab infurmat mill-kuntrattur li f'dak il-ħin ittieħdu 14-il ritratt mill-ispeeding cameras, u dwar dawn inħarġu 11-il notifika ta' kontravvenzjoni peress li t-tliet ritratti l-oħra ma kienux ċari biżżejjed biex tittieħed azzjoni fuqhom.