Legislature:
Category:
Reset
Active:

25 ta' Marzu bħala "Jum it-tarbija qabel it-twelid"

Question

Peress li xi pajjiżi demokratiċi ħadu deċiżjoni li jiddikjaraw l-25 ta' Marzu bħala "Jum it-tarbija qabel it-twelid" (unborn child) u peress illi l-Maltin u l-Għawdxin huma magħrufin għal kemm jgħożżu u jirrispettaw il-ħajja umana sa mit-tnissil tagħha, tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern ikunx lest jistabbilixxi dan l-istess 25 ta' Marzu bħala "Jum it-tarbija qabel it-twelid" jew "Jum it-tarbija mhux imwielda f'Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sena l-Gvern fakkar għall-ewwel darba Jum il-Ħajja nhar l-ewwel Ħadd ta' Frar li għadda. Il-gvern hu tal-fehma li jiġi ċċelebrat Jum il-Ħajja wieħed fis-sens wiesa tagħha. Din id-data ġiet magħżula peress li dan il-jum hu diġa' iċċelebrat internazzjonalment bħala tali.

Labar ta' l-insulina

Question

Billi bħalissa il-labar ta' l-insulina tat-tfal 0.25x6 mm huma out of stock u qed jingħataw dawk ta' l-8 mm u billi dawn huma ftit kbar, jistgħu jerġgħu jinġiebu dawk tas-6 mm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern qatt ma kellhom talba biex jinxtraw il-labar ta' l-insulina tat-tfal 0.25x6mm. Id-Dipartiment tas-Saħħa jixtri labar tal-8mm.

Mediċina Plavix

Question

F'każ ta' sitwazzjonijiet fejn pazjenti huma allerġiċi għat-Ticlopedine, jista' isir xi arranġament li l-mediċina Plavix tingħata minflok u jekk le jistgħu l-pazjenti jħallsu d-differenza bejn it-Ticlopedine u l-Plavix u jieħdu l-Plavix b'xejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa sa issa ma rċieva l-ebda rapport ta' reazzjoni allerġika għall-mediċina Ticlopidine.

Birkirkara — Skejjel primarji tal-gvern

Question

Billi ħafna ommijiet f'Birkirkara jaħdmu, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li fil-klassijiet tal-primarja fl-iskejjel tal-gvern ikun hemm xi ħadd li jżomm it-tfal sakemm jibdew il-lezzjonijiet, almenu fit-8.00 a.m. ħalli l-ommijiet jew il-missirijiet ilaħħqu x-xogħol fit-8.30 a.m.?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li taħt l-arranġamenti preżenti mhux possibli titwettaq it-talba ta' l-Onor. kollega ser inżomm is-suġġett fuq l-aġenda tiegħi għal aktar konsiderazzjoni.

Birkirkara — Triq Mannarino - parking

Question

Jista' il-Ministru jindaga jekk fi Triq Mannarino, f'Birkirkara jistax isir parking temporanju minħabba l-ħwienet fuq in-naħa ta' Singer, għaliex nies li jridu jixtru minn dawn l-inħawi mhux qed isibu fejn jipparkjaw?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-iSteering Committee for the Creation of Residents' Parking Schemes nieda terms of reference ġodda għall-implimentazzjoni ta' controlled residents' parking schemes. Dawn intbagħtu lil kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex u fid-19 ta' Mejju 2004 se tiġi organizzata laqgħa mill-awtorita' dar it-trasport ta' Malta fejn kull kunsill huwa mistieden sabiex jiġu spjegati u diskussi dawn it-terms of reference. L-għan ta' dawn it-terms of reference huwa sabiex meta kunsill lokali japplika sabiex fil-lokalita' rispettiva tiegħu issir controlled residents' parking scheme, l-istess kunsill ikun informat rigward l-informazzjoni li għandu jippreżenta lill-kumitat bħala parti mill-applikazzjoni. Din l-informazzjoni hija neċessarja sabiex il-kumitat ikun jista' jevalwa r-rikjesta tal-kunsill u jipproponi skema addattata li tindirizza l-problema tal-parkeġġ fil-lokal. It-talba mill-kunsill lokali ta' Birkirkara għall-Timed Parking fi Triq Mannarino qed tiġi evalwata.

Palazz tal-President — Irħama tifkira tad-dħul ta' Malta fl-UE

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li titwaħħal irħama mal-faċċata tal-Palazz biex bħall-avvenimenti l-oħra ewlenin ta' pajjiżna, titfakkar il-kisba ta' dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea mill-poplu tagħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li naqbel mas-suġġeriment li ssir tifkira ta’ din il-ġrajja storika. Biss, din id-deċiżjoni m’għandhiex tkun limitata biss għall-faċċata tal-Palazz kemm fid-dawl tan-numru ta’ irħam ġa mwaħħlin mal-faċċata kif ukoll għall-effett li jista’ ikun hemm fuq l-estetika ta’ dan il-post storiku.

Belt Valletta — Vened tal-karozzini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsiru aktar vened tal-karozzini fil-belt Valletta għaliex m'għandhomx fejn joqogħdu u qed iħarrkuhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien informat illi qegħdin isiru diskussjonijiet mar-rappreżentanti tas-sidien tal-karozzini rigward xi proposti li saru biex il-vened jiġu rilokati. L-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta se jkollha laqgħat dwar dan is-suġġett mal-kunsill lokali tal-Belt sabiex jiġu regolati l-vened meħtieġa fil-Belt Valletta.

Timber Carriers — Malta Shipbuilding

Question

Rigward il-Timber Carriers Russi l-Malta Shipbuilding kif kienet baqgħet il-kwestjoni tal-pagamenti tagħhom u kemm hu l-ammont dovut inkluż l-imgħaxx sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ammont dovut fuq it-Timber Carriers Russi Numri 169,170,171,172,173 u 174 huma ta' USD 70,725,000. L-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD 50,718,261.

Birkirkara — Triq il-Qattus - asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jara li x-xogħlijiet tat-tarmak li saru n-naħa t'isfel ta' Triq il-Qattus, f'Birkirkara jitkomplew wara li għaddew xi pajpijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi x-xogħlijiet ta' servizzi minn naħa ta' Vodafone Ltd. tlestew. Il-wiċċ tat-triq se jingħata kollu mill-ġdid sa nofs il-ġimgħa d-dieħla, skond il-kondizzjonijiet maħruġa mill-awtorita' dwar it-trasport, biex ix-xogħol ikun konformi ma' l-istandards il-ġodda maħruġa mill-ADT.

Sta. Venera — Triq Dun Frans Camilleri

Question

Minħabba l-istat li tinsab fih Triq Dun Frans Camilleri, f'Sta. Venera, jista' il-Ministru jindaga għaliex għadha ma ngħatatx it-tarmac?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi Triq Dun Frans Camilleri qegħda nkuluża mal-lista ta' toroq li jridu jiġu asfaltati u x-xogħlijiet isiru aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet tax-xogħol li għandha quddiemha l-awtorita' dwar it-trasport.

Birkirkara — Triq l-Għabex

Question

Jista' il-Ministru jindaga għaliex il-biċċa minn Triq l-Għabex li fadal f'Birkirkara għadha ma saritx meta l-biċċa li hemm fl-Imsida, li hija l-akbar biċċa, saret?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi fil-preżent l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta qed tipprepara biex toħroġ avviż fuq il-gazzetta, b'liema avviż tinforma lill-proprjetarji ta' l-artijiet li għandhom aċċess mit-triq in kwestjoni biex jiffurmaw il-parti tat-triq li tmiss ma' l-art tagħhom. Meta dan il-proċess jiġi konkluż u t-triq tiġi ffurmata hekk kif mitlub, l-awtorita' tkompli bil-proċess biex isiru x-xogħlijiet f'din il-parti tat-triq.

Nies li jkunu qed jagħmlu xogħol ta' ħatt

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindaga jekk jistax isir xi arranġament mal-kummissarju tal-pulizija biex id-delivery vans tal-kumpanniji jkunu temporanjament skużati milli jsegwu l-linji tal-parking meta qegħdin fuq xogħol tal-ħatt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fejn huwa permess li vetturi jistgħu jieqfu sakemm jgħabbu jew iħottu f'postijiet fejn il-parkeġġ jew waqfien ta' vetturi huwa projbit, dan ikun hekk indikat fuq it-tabelli tat-traffiku fuq il-post.

Tal-Pieta' — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' il-Ministru jara li s-siġar li hemm neqsin fil-bankina ta' Triq il-Prinċipessa Melita, f'Tal-Pieta', jiġu mħawla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-siġar li hemm neqsin fuq il-bankina ta’ Triq il-Prinċipessa Melita f’ Tal-Pieta’ ġie mgħarraf bihom il-Consortium Ltd. Dawn is-siġar sejrin jitwaħħlu aktar tard skond il-programm tat-taħwil tas-siġar.

Pulizija — Każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account

Question

Minħabba l-inkonvenjenza fil-każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account, tista' sseħħ emenda fil-kodiċi ċivili sabiex fil-każ imsemmi fuq, il-joint account ma jinżammx?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jemenda l-liġi fis-sens indikat fil-mistoqsija iżda qabel kollox irid jara l-veduti tal-banek kummerċjali.
Leg 9 PQ #38663 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsorzju — landscaping

Question

Billi l-konsorzju biex jagħmel landscaping fil-pajjiż qed ikun daqshekk suċċess, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jaħtar konsorzju ieħor biex iħaffef ix-xogħol u jservi wkoll ta' kompetizzjoni għall-konsorzju l-ieħor?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda ħsieb biex jinħatar konsorzju ieħor.
Leg 9 PQ #38722 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Hawkers — Liċenzja

Question

Jaf il-Ministru jekk il-kondizzjonijiet tal-hawkers licence hux se tinbidel minn kif inhi llum ħalli dawn ikunu jistgħu jieqfu f'postijiet għal ċertu tul ta' żmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultax li hemm il-ħsieb li jsir xi tibdil fil-kundizzjonijiet tal-liċenzji tal-hawkers.
Leg 9 PQ #38723 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

President's award — Uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra uffiċċju għall-istaff u office equipment tal-president's award għaliex il-bżonn għal dan huwa urġenti? Huwa possibbli li kamra fl-underpass ta' Birkirkara li hija vojta tintuża għal dan l-iskop?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li naqbel ma' l-Onor. Michael Asciak, li minħabba li l-programm tal-President's Award issa espanda konsiderevolment sew fl-iskejjel kif ukoll fl-għaqdiet taż-żgħażagħ, u għaldaqstant qed tinħass il-ħtieġa ta' ċentru biex iservi bħal uffiċċju kif ukoll bħala ċentru ta' taħriġ, inħoss li l-post indikat ma hux addattat, iżda għandhom jiġu konsidrati postijiet oħra.
Leg 9 PQ #38579 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account

Question

Minħabba l-inkonvenjenza fil-każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account, tista' sseħħ emenda fil-kodiċi ċivili sabiex fil-każ imsemmi fuq, il-joint account ma jinżammx?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.