Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ismijiet u l-grad ta’ kull membru ta’ staff fis-segretarjati tal-ministeri kollha, inkluż l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u tas-segretarji parlamentari? Kemm minn dawn l-istaff ma ġewx ingaġġati mis-servizz pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 529 u 838.
Jista’ l-Prim Minsitru jgħid jekk ġietx stabilita gwida ta’ kemm Ministri u Segretarji Parlamentari jistgħu jimpjegaw nies minn barra is-servizz pubbliku magħhom fil-Minsiteri?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan huwa diġà regolat hekk kif deskritt mid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta numru 7 tal-15 ta’ April 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid tul ix-xahar ta’ April kemm pazjenti damu jistennew sodda fis-sala fl-Isptar Mater Dei wara li ġie deċiż li kellhom bżonn admission wara li daħlu l-Emerġenza?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Trasferiment ta’ pazjenti mill-Isptar Mater Dei għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti pazjenti għar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-Isptar Mater Dei mill-10 ta’ Marzu sal-lum ġimgħa b’ġimgħa? Kemm hemm pazjenti bħalissa fl-Isptar Mater Dei jistennew biex jiġu trasferiti għal-long term care?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba tingħata f’xi seduta oħra
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li servizzi għall-anzjani bħall-Home Help, Meals on Wheels u Telecare jsiru means-tested kif ġie rrapurtat li qal is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva?
Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, tista’ tgħid liema minn dawn is-servizzi hemm il-ħsieb li jsiru means-tested?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jagħmel reviżjoni tas-servizzi kollha inkwistjoni, fejn irid jassigura li dawn jiġu pprovduti fit-tul b’mod sostenibbli. L-għan ta’ dan il-Gvern hu li jkollna soċjetà ġusta u għalhekk irridu nassiguraw li dawn is-servizzi jkunu ta’ sosten għal dawk li huma l-aktar dgħajfa fis-soċjetà tagħna.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Licensing Appeal Board hux kostitwit? Jekk le, meta hemm il-ħsieb li jerġa’ jiġi kostitwit u dan fid-dawl ta’ każijiet pendenti li hemm quddiem dan il-bord?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord in kwistjoni se jkun kostitwit fil-futur mhux imbiegħed.
Residenza San Vinċenz de Paul — rwol ta' deputat parlamentari
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’se jkunu d-dmirijiet tad-deputat parlamentari, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fir-residenza San Vinċenz de Paul? Jekk dan mhux se jkun involut fil-management ta’ din ir-residenza x’se jkun qed jagħmel eżatt?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – dmirijiet ta’ staff nurses u health assistant
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma d-dmirijiet eżatti ta’ staff nurses u health assistants fir-Residenza San Vinċenz de Paul, li mill-anqas darbtejn fil-ġimgħa qed jitilqu mis-swali tagħhom u jkunu allokati fl-uffiċċju tad-deputat parlamentari, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Qed jintalab replacement ta’ dawn l-istaff meta dawn jitilqu mis-swali rispettivi tagħhom biex imorru jagħmlu xogħol fl-uffiċċju tad-deputat parlamentari, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn ġie jew se jiġi posted kull segretarju permanenti li tneħħa mill-kariga tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Isem
Responsabilitajiet Ġodda
Dr Godwin Grima
Head Data Management
Is-Sur John Inguanez
Proġetti kbar fil-Ministeru t’Għawdex
Is-Sur Frans Borg
Proġetti fi ħdan il-Ministeri għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali
Is-Sur John Gatt
Policies
ta’ Koeżjoni MITA
Is-Sur Anthony Camilleri
Fondi Ewropej
Is-Sur Chris Ciantar u is-Sur Peter Portelli
Għadhom jithallsu ta’ Segretarji Permanent għal 90 jum kif diġa’ ingħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 354.
Jista l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir Triq Orazio Diacono, iż-Żejtun li minkejja li llum hemm ħafna residenti joqogħdu fiha bi tfal żgħar, din it-triq għadha fi stat diżastruż ħafna? Jista' jindika meta hemm il-ħsieb li ssir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq taghmel parti mill-lista ta’ toroq li l-Gvern Centrali se jibni sal-2008
Jista' l-Minsitru jara li l-Enemalta tinvestiga għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, qed ikollha provvista baxxa ħafna ta' l-elettriku fir-residenza tagħha tant li electrical equipment qed jintefa'? Billi din il-mara qegħda taħt kura medika u jkollha bżonn tuża apparat ta' l-elettriku b'konessjoni mal-kundizzjoni medika tagħha possibli ssir spezzjoni fl-iqsar żmien possibbli u jittieħdu l-passi li hemm bżonn biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata? Possibbli jiġi nnutat li din l-anzjana ġabet l-electrician li ċċertifika li l-ħsarat mhumiex min-naħa tagħha iżda min-naħa ta' l-Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ilment ġie nvestigat u sar ix-xogħol meħtieġ biex titwassal provvista tal-elettriku adekwata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ADT qed tippermetti li l-karozzi tal-linja jibqgħu jipparkjaw l-karozzi tal-linja fi Pjazza Mattia Preti, z-Zurrieq bl-exhaust lejn il-bibien tar-residenti fejn hemm anke anzjani li lanqas jistgħu jħallu tieqa miftuħa jew bieb imbexxaq jew joqgħodu fil-bieb għax jibilgħu ruxxmata exhaust? Għaliex xi ħaġa loġika bħal din baqgħet ma ġietx riżolta minkejja diversi lmenti? Possibbli l-ADT tagħmel spezzjon fuq il-post u tieħdu deċiżjoni immedjata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li r-raġuni għalfejn il-karozzi tal-linja jkunu ipparkjati wiċċhom il-barra hija minħabba l-fatt, illi r-regolamenti jistabilixxu li vettura ma tistax tirriversja waqt li tkun mgħobbija bil-passiġġieri.
Minkejja dan, l-Awtorità sejra tqiegħed
road humps
f’ distanza l-bogħod biżżejjed mil-bankina, sabiex in-naħa ta’ wara tal-karozza tal-linja ma tibqax dieħla fuq il-bankina u għaldaqstant, jitnaqqas l-exhaust minn mal-bibien tar-residenti
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ftehim kollettiv sar man-nurses u l-midwives mill-1988 sal-lum? Kemm minnhom saru mill-Malta Union of Midwives and Nurses? Kemm kienet il-paga ta' enrolled nurse u ta' staff nurse fl-1988 u kemm hi llum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-1998 sal-lum saru erba' (4) Ftehim Kolletiv. Tlieta minnhom saru mill-MUMN.
1988
2007
Enrolled Nurse
Lm2575
Lm6767 *
Staff Nurse (BSc)
Lm2962
Lm7287 **
* Il-paga bażika ta' Enrolled Nurse (massimu ta' Skala 55)
** Il-paga bażika ta' Staff Nurse (massimu ta' Skala 9).
Jista' l-Minsitru jara li l-Enemalta tinvestiga għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, qed ikollha provvista baxxa ħafna ta' l-elettriku fir-residenza tagħha tant li electrical equipment qed jintefa'? Billi din il-mara qegħda taħt kura medika u jkollha bżonn tuża apparat ta' l-elettriku b'konessjoni mal-kundizzjoni medika tagħha possibli ssir spezzjoni fl-iqsar żmien possibbli u jittieħdu l-passi li hemm bżonn biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata? Possibbli jiġi nnutat li din l-anzjana ġabet l-electrician li ċċertifika li l-ħsarat mhumiex min-naħa tagħha iżda min-naħa ta' l-Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru ġentilment jikkonsidra li terġa tibda ssir l-karozza tal-linja no: 110 li kienet titlaq minn Birzebbugia kull siegħa (filgħodu) tidħol iz-Zejtun biex itella' l-istudenti tal-Junior College, Msida u kienet twaqqafhom eżatt ħdejn il-Junior College? Billi issa nbidlet ir-rotta tal-Bus No: 110 u qed tgħaddi minn St Luke's hux infurmat l-Ministru li l-istudenti tal-Junior College qed jaslu tard għal lezzjonijiet apparti li din qed twaqqafhom ix-xatt ta' l-Imsida u allura la jibda l-maltemp iridu jimxu sal-Junior Collega f'toroq fejn ikun hemm ħafan widien ta' ilma? Billi l-istudenti tal-Junior College issa qed jitilgħu mal-Bus No: 75 ta' l-Isptar jafx li ġieli din il-karozza tkun mimlija bl-istudenti tal-Junior College bil-konsegwenza li ma jkun hemm post għal passigieri ta' l-Isptar San Luqa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru diversi ħinijiet sabiex jakkomodaw id-domanda u l-esiġenzi ta’ l-istidenti. Il-ħinijiet qed isiru:-
Birżebbuġia Rotta 110 6.00am
Birżebbuġia Rotta 110 6.30am
Marsaxlokk/Zejtun Rotta 110 7.00am
Birżebbuġia Rotta 110 7.45am
Zejtun Rotta 110 7.45am
Wara dawn il-ħinijiet, ir-Rotta issir kull siegħa mid-9.00 ta’ filgħodu l-quddiem.
Fir-rigward li l-karozza tal-linja qed twaqqafhom ix-xatt ta’ l-Imsida, jien infurmat li l-istudenti qed jieqfu fi Triq Bordin, li tiġi kantuniera bogħod mill-Junior College.
Jien infurmat ukoll li l-problema tar-Rotta 75 kienet qed iseħħ fil-bidu t’ Ottubru iżda wara li ġew irrenġati l-ħinijiet hawn fuq imsemmija, din il-problema ġiet solvuta.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li ssir karozza tal-linja minn Wied il-Għajn direttament għall-Isptar Mater Dei li tkun taqdi wkoll fost oħrajn l-istudenti ta' l-Universita'? Hu nfurmat il-Ministru li sal-lum residenti ta' Wied il-Għajn jridu jaqbdu żewġ karozzi tal-linja biex jaslu Mater Dei u l-Universita' cioe' l-ewwel jridu jitilgħu Haz-Zabbar u wara jaqbdu Bus No 300 li tkun diġa' għamlet rotta sħiħa qabel tasal Haz-Zabbar u aktar iva milli le, la jibda jiżdied l-użu ta' l-Isptar Mater Dei din se tispiċċa mimlija?
Billi hemm ħafna ilmenti minn studenti ta' l-Universita' li qed jaslu tard għal lectures u billi se jkun hemm ilmenti simili minn dawk li jkollhom bżonn jagħmlu użu minn Mater Dei, jimporta l-Ministru jikkonsidra li ssir karozza diretta minn Wied il-Għajn għal Mater Dei imqar għalissa bi prova?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-ADT irċeviet diversi ilmenti simili rigward ir-rotot ta’ l-Universita u għaldaqstant, ġew miżjuda l-ħinijiet fuq ir-rotta 300 biex ilaħqu mad-domanda eżistenti.
Preżentament il-ħinijiet ta’ filgħodu huma s-segwenti:-
6.30am mill-Isla
6.30am minn Marsaskala
6.45am minn Ħaż-Żabbar
7.45am mill-Isla
7.45am minn Marsaskala
Il-ħinijiet li jsiru wara 9.00am ma jidhirx li hemm problemi fir-rigward, madanakollu l-ADT ser tibqà tagħmel moniteraġġ fuq dawn ir-rotot sabiex jekk ikun hemm il-ħtieġa isir tibdil skond il-bżonn.
Tista' l-Ministru ġentilment tgħidli fejn qed jinbnew jew diġa nbnew djar tal-Gvern f'Hal Kirkop (liema toroq)? Liema minn dawn is-siti tlesta l-bini u liema beda diġa'? Fejn aktar hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA biex jibnew djar tal-gvern fl-istess raħal? Kull sit li qed jinbena taħt liema skema se joħorġu b'biegħ sussidjat jew b'kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-taghrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu permess li jgħabbi tfal ta' l-iskola mini van? Huwa permess li f'mini van jitgħabbew 18-il tifel uħud minnhom bil-wieqfa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li skond ir-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur fejn ikun qed isir trasport ta’ tfal li ma jkollhomx aktar minn 10 snin, jistgħu jiġu trasportati tlett’itfal fuq seats li normalment jistgħu joqogħdu fuqhom żewġ passiġġieri basta jkunu jistgħu joqogħdu bilqiegħda b’kumdità.
Ir-regolamenti jipprovdu wkoll għal meta jkun hemm taħlita ta’ studenti li jkunu qegħdin jiġu trasportati f’
minibuses,
jiġifieri taħlita ta’ tfal li jkollhom sa 10 snin u tfal li jkollhom aktar minn 10 snin. Fejn dan ikun il-każ, ikunu jistgħu jitgħabbew erbat’itfal aktar min-numru ta’ passiġġieri li jkun jidher fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura.
Fi kwalunke każ, qatt m’għandhu jkun hemm tfal bil-wieqfa.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet il-problema li kien hemm biex issir Triq il-Lampuka, Wied il-Għajn? X'passi qed jittieħdu biex din il-problema tiġi solvuta u t-triq imsemmija ssir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-parti t'isfel ta' Triq il-Lampuka u l-parti tan-nofs diġa' tlestew. Il-parti ta' fuq ta' din it-triq li tmiss ma' Triq Patri Wistin Born mistennija li ssir mal-batch li jmiss tal-Period contract fil-gimgħat li ġejjin.