Jista' il-Ministru jgħid kemm saru placements ta' xogħol sena b'sena minn kemm ilha mwaqqfa t-taqsima għal-persuni b'diżabilita' fl-ETC?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għamlet dawn il-placements ta' xogħol għal persuni b'diżabilita' minn Ottubru 1995 sa Settembru 2002.
Ottubru sa Settembru Total
1995-1996 66
1996-1997 64
1997-1998 59
1998-1999 40
1999-2000 27
2000-2001 45
2001-2002 67
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-arranġamenti tal-Programme Yours għal dawk iż-żgħażagħ li qed jiġu rijabilitati fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin mil lat biex jiġu rijabilitati fil-qasam tax-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Intern, li taħtu jaqa' l-Programme Yours.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'appointments ġodda ngħataw matul din l-aħħar sena fl-Aġenzija Appoġġ? Xi kwalifiki għandhom il-persuni li ġew appuntati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul din l-ahhar sena gewwa l-Agenzija APPOGG kien hemm dawn l-appointments godda:
5 - Service Area Leaders. Il-kandidati li mlew dawn l-appointments ghandhom Diploma fis-Social Work u wahda bid-degree fis-social work, kif ukoll esperjenza bhala Co-ordinators.
3 - Co-ordinators. Tnejn mill-kandidati ghandhom Bachelor's Degree fis-Social Work ghalkemm wahda minnhom ghandha ic-certifika fl-livell intermedju tal-Family Therapy. L-ahhar kandidata ghandha Diploma fis-Social Work, kif ukoll certifikat fit-Terapija tal-Gestalt.
3 - Managers. It-tlieta li huma ghandhom Bachelor's Degree kif ukoll Master's Degree u wahda minnhom qed tkompli taghmel id-Dottorat.
27 - Child Care Workers.
6 - Ufficjali tal-Psikologija kollha bid-Degree fil-Psikologija u wahda minhom qed taghmel Masters fil-Psikologija kriminali.
1 - Ufficjal ghall-Komunikazzjoni u Marketing bid-Degree fil-Communications.
1 - Ufficjal fit-Tahrig bid-Degree fil-Youth Studies kif ukoll bid-Degree fl-Edukazzjoni.
14 - Social Workers kollha bid-Degrees fis-Social Work.
3 - Clerks b'edukazzjoni fl-livell avvanzat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-farms bl-annimali se jitneħħew mill-abitat? Jekk iva, dawk milquta se jingħataw post jew art alternattiva?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Se jsir Master Plan flimkien mal-Koperattivi biex jiġu ndirizzati problemi li għandhom xi rziezet u jekk ikun hemm bżonn jinstabu xi siti alternattivi skond il-każ.
Ħal Qormi — Triq San Bartolomeo - Ħruġ ta' drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx bil-leakage ta' drenaġġ f'kantina fi Triq San Bartolomeo, Ħal Qormi fl-area tal-fond bin-numru 155?
X'għamel u x'qed jagħmel id-dipartiment biex tissolva din il-problema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni li saret mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dranaġġ fuq il-main tal-Gvern, irriżulta li m'hemmx ħsara. L-indikazzjonijiet huma li l-ħsara hija fil-house connection tal-fond imsemmi, għalhekk il-ħsara trid tissewwa mill-inkwilini nfushom.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti break-down ta' l-etajiet ta' l-1939 ommijiet xebbiet (statistika mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 99 tas-17 ta' Ġunju 2003)
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qieghda tingabar u risposta ser tinghata f'xi Seduta ohra.
Jista' il-Ministru x'sar mir-rapport dwar l-għargħar fl-area tal-Wied f'Ħal Qormi? X'sar s'issa? X'inhu ppjanat biex il-wied jiġi rijabilitat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien ninsab infurmat illi mil-1990 'l hawn, sar bosta xogħol ta' titjieb fil-korsa ta' l-ilma minn Ħal Qormi sal-Marsa, biex tonqos il-problema ta' l-għargħar.
Riċentement barra li tkompla x-xogħol ta' tindif fil-culverts, tkabbar il-kanal ta' ħdejn il-fabbriki u sar pont ġdid fl-area ta' l-Erbgħa Qaddisin. Tneħħew l-obstructions li kien hemm fit-tarf tas-sistema tal-kanali fil-Marsa fejn tnaddfet ukoll il-bokka tal-kanal minn fejn tneħħew il-biċċiet tal-baħar mgħarrqa li kienu jostakulaw il-bokka.
Xogħol ieħor ikompli jsir skond il-bżonn.
Jista' il-Ministru jgħid kemm il-Gvern jonfoq ras għal ras kull ġurnata għal kull inmate fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi jekk jingħaddu s-salarji ta` l-impjegati tal-Ħabs, l-ispiża ta` l-ikel, il-ħlas lill-ħabsin li jaħdmu, l-ispejjeż għal programmi ta` riabilitazzjoni, l-ispiża tas-servizzi tas-saħħa u spejjeż oħra rikorrenti u jiġi diviż it-total bin-numru tal-medja ta` priġunieri f`kull ġurnata matul is-sena, l-ispiża tiġi madwar Lm23.76 kuljum.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx bil-leakage ta' drenaġġ f'kantina fi Triq S. Bartolomeo, Ħal Qormi fl-area tal-fond bin-numru 149? X'għamel u x'qed jagħmel id-dipartiment bix tissolva din il-problema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-main tad-dranaġġ fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi ġie spezzjonat mid-Dipartiment tad-Dranaġġ u ma rriżultax li hemm leakage.
Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha ssir lid-Dipartiment tas-Saħħa biex ikun jista' jagħmel l-investigazzjonijiet fuq is-sistema privata tal-fond imsemmi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk pazjent li jkunu sarulu t-testijiet neċessarji u jirriżulta li jkollu bżonn il-hearing aid kemm irid idum jistenna sabiex jiġi mogħti dan l-istrument jekk ikun jikkwalifika għal mediċini b'xejn? Kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew biex jirċievu l-hearing aid? Veru li mill-anqas iridu jdumu jistennew 5 xhur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' serq u vendikazzjonijiet fuq karozzi ta' studenti u/jew staff ta' l-Universita' ta' Malta saru lill-awtoritajiet minn Ottubru, 2002 'il hawn?
X'passi ttieħdu kemm bħala rimedju kif ukoll azzjoni bħala deterrent kontra dawn l-offiżi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-1 ta' Ottubru 2002 l'hawn, il-Precincts Office rċieva ħames (5) rapporti ta' serq u vandaliżmu fuq karozzi stazzjonati fil-Kampus ta' l-Universita'.
Bħala prekawzjoni dan l-uffiċċju introduċa sistema ta' rondi minn persuni pajżana biex jissorveljaw kemm id-dawra tar-ringroad kif ukoll il-Car Parks ta' l-Universita'.
Il-Precincts Office ħareġ ukoll avviżi lill-membri ta' l-istaff kollu biex fejn jaraw xi ħaġa suspettuża jirrapurtaw lil dan l-uffiċċju kif ukoll lill-pulizija ta' l-Għassa ta' l-Imsida.
Dan l-uffiċċju għamel ukoll kuntatt mal-pulizija tal-Mobile Squad sabiex huma ukoll jagħmlu rondi kull tant żmien iżda mhux fuq bażi regolari, biex iservu bħala deterrent għal min jagħmel dawn l-atti vandali.
Minn meta ġiet fis-seħħ din is-sistema, naqqsu drastikament dawn l-atti vandali.
Tista' l-Ministru tgħid kif qed ikunu appuntati ċ-chairpersons u l-membri li qed jinvestigaw ir-rapporti li jkunu saru mill-ispetturi tad-dixxiplina?
Kien hemm xi uffiċjali fis-Servizz Pubbliku li jikkwalifikaw skond il-grad tagħhom li għadhom ma ġewx appuntati?
Jekk fl-affermattiv, għaliex dawn għadhom ma ġewx appuntati biex iservu fl-ebda bord?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
IċChairpersons u membri appuntati biex jinvestigaw rapporti li jkunu saru millispetturi taddixxiplina jiġu magħżula minn fost limpjegati taddipartiment rispettiv li jkunu eliġibbli skond irRegolamenti tal1999 talKummissjoni dwar isServizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina).
Ninsab infurmata li lgħażla ssir b'rotazjoni minn fost luffiċjali li jikkwalifikaw skond ilgrad tagħom. Hemm xi uffiċjali li għadhom ma ġewx appuntati biex iservu fuq bordijiet minħabba li jkunu jaħdmu f'taqsimiet li fihom ikun hemm pressjoni ta' xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport sar sa llum mill-ispettur tad-dixxiplina?
Kemm-il bord tad-dixxiplina nħatar mid-direttur Proġetti u Żvilupp?
Kemm-il bord tad-dixxiplina nħatar mid-Direttur tal-Customers Service?
Kemm-il bord tad-dixxiplina nħatar mid-direttur għal Corporate Services?
Kemm minn dawk akkużati ħarġu liberati u kemm kienu l-każijiet ta' dawk li ġew ikkastigati wara li l-bord sabhom ħatja?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li sa llum l-Ispettorat tad-Dixxiplina għamel 8785il spezzjoni. Isir rapport ta' kull spezzjoni, sew jekk jinstabu rregolaritajiet sew jekk le. S'issa b'kollox inħatru 96il bord taddixxiplina, jiġifieri 55 midDipartiment għallProġetti u Żvilupp u 41 midDipartiment talCustomer Services. Minn dawn ilKażijiet 41 ġew illiberati, 22 ikkastigati, 4 imwaqqa' filwaqt li 29 każ huma pendenti.
Skejjel — Tfal li jkollhom bżonn attenzjoni partikolari
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ssir mill-għalliema u/jew kap ta' l-iskola meta tifel/tifla jkunu ssuspettati li jkollhom bżonn ta' xi tip ta' attenzjoni partikolari biex jilqgħu għal xi learning difficulty?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema jkunu l-ewwel li jidentifikaw xi bżonn partikolari fit-tfal. L-Għalliema tal-klassi ħafna drabi jagħmlu l-ewwel kuntatt mal-'complementary teacher' li hemm f'kull skola. Meta l-għajnuna trid tkun iżjed speċjalizzata, bħal fil-każ ta' possibilita` ta' 'dyslexia', il-Kap ta' l-Iskola tibgħat rapport lill-Unit ikkonċernat u titlob li l-każ jiġi assessjat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li impjegati casual ma' l-Aġenzija Appoġġ u qabel impjegati ma' Dar il-Wens, ilhom madwar erbgħa snin b'kuntratt definit li jiġi mġedded sena b'sena?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jiġri minn dawn l-impjegati?
X'opportunitajiet hemm maħsuba għalihom?
B'liema kuntratt se jiġu mpjegati dawk li se jaħdmu fit-Taqsima tas-Supported Living?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li l-Aġenzija Appoġġ m'għandhiex impjegati casuals li kienu mpjegati ma' Dar il-Wens.
Informat ukoll li l-impjegati li ser jaħdmu fis-Supported Living Division ser ikunu mpjegati fuq kuntratt definit ta' sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qatt ma ngħata kumpens għal vjolenza fiżika li kien sofra snin ilu minħabba inċident politiku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet applikat għall-ingaġġ fl-Armata skond l-Avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, Nru. 15,732 tat-2 ta' April, 1993 qatt ma ġie intervistat jew mitlub joqgħod għal xi eżami ta' l-għażla, minkejja li minn dakinhar sa llum kienu ngaġġati diversi persuni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li l-individwu msemmi kien applika biex jingagga fil-Forzi Armati fid-19 ta’ Ottubru 1995 taht l-iskema ta’ “Open Recruitment” li kienet thabbret l-ewwel darba fil-Gazzetta tal-Gvern numru 15,732 tat-12 ta’ April 1993.
Skond din l-iskema kull applikant kien jinghata numru ta’ registrazzjoni. F’dan il-kaz, l-individwu nghata n-numru 1825. Meta l-iskema ta’ “Open Recruitment” spiccat, u dan permezz ta’ sejha ghal applikazzjonijiet ghal ingagg ta’ rekluti fil-Forzi Armati li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern numru 16,801 ta’ l-4 ta’ Gunju 1999, l-ahhar applikant li kien ibbenefika minnha kellu n-numru 1094.
Ghalhekk, l-uniku mezz kif l-individwu msemmi seta’ jingagga fil-Forzi Armati kien jerga’ japplika skond is-sejha ta’ l-4 ta’ Gunju 1999.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex kemm ilha li saret Triq Dun Mario, f'Ħal Qormi, hemm problema ta' dħul ta' drenaġġ fil-fond nru. 52?
Id-dipartiment responsabbli ħa azzjoni? Jekk le, meta se jieħu azzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-fond numru 52 jinsab taħt il-livell tat-triq. Għalhekk meta tagħmel ix-xita u l-main tad-drenaġġ ikun mimli jkun hemm backflow.
L-unika soluzzjoni prattika hija li sid il-fond jinstalla non-return valve mas-sistema tiegħu biex ma jseħħx dan il-backflow meta tagħmel ix-xita.