President ta' Din l-Art Ħelwa — Passi dwar l-ambjent
Question
Il-Gvern beħsiebu jieħu xi passi konkreti dwar l-ambjent fid-dawl tas-suġġerimenti u rakkmandazzjonijiet speċifċi li għadu kif għamel il-president ta' Din l-Art Ħelwa waqt business breakfast riċenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Gvern jieħu konjizzjoni ta’ dak kollu li jiġi rappurtat mill-media lokali li jkun ingħad minn għaqdiet ambjentali u jaġixxi fuq proposti li huma prattici.
Azzjonijiet oħra jittieħdu skond il-programm elettorali u skond l-obligazzjonijiet li Malta għanda biex ittejjeb l-ambjent skond il-ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar xi problemi li allegatament inqalgħu dwar il-privatizzazzjoni tal-lottu pubbliku? Dawn jinvolvu xi differenzi bejn ix-shareholders prospettivi Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess wasal fl-istadju finali tiegħu u qegħdin naħdmu sabiex jintlaħaq ftehim bejn il-Maltco Consortium u r-riċevituri tal-lottu.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, il-Privatisation Unit mhuwiex infurmat li hemm xi differenzi bejn ix-shareholders prospettivi Maltin.
Il-Gvern Malti ma jħossx li huwa opportun li jagħmel pubbliku ir-riżervi u l-qbil tiegħu dwar diversi aspetti ta' l-abbozz tal-kostituzzjoni Ewropea li ġiet imxandra dan l-aħħar?
Response (BORG, JOE)
Il-membru tal-Konvenzjoni nominat mill-Gvern Malti diversi drabi esprima ruħu pubblikament dwar il-pożizzjoni tal-Gvern fuq diversi oqsma matul dawn l-aħħar sittax-il-xahar. Fir-rigward ta' l-abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea, il-Gvern, filwaqt li qed janalizza l-abbozz fl-aspetti kollha tiegħu, qieghed jiffoka l-attenzjoni tçgħu, in partikolari, fuq l-aspett istituzzjonali, li jidher le ser ikun is-suggett ta' trattattivi twal. Fuq din il-materja, ir-rappreżentant tal-Gvern kien issottometta emendi bil-miktub għall-proposti oriġinali tal-Presidju, liema emendi jinsabu fuq il-website tal-Konvenzjoni. Issa li għadhom kif ġew ippubblikati proposti riveduti dwar l-istituzzjonijiet, il-Gvern qed jerġa' jevalwa l-pożizzjoni li għandu jaddotta anke fid-dawl ta' dik meħuda minn stati oħra u b'mod partikolariu stati żgħar u stati li għandhom similaritajiet għal Malta. Il-Gvern irid li l-Kostituzzjoni Ewropea tħares id-drittijiet tal-pajjiżi u l-popli kollha ta' l-Unjoni u in partikolari li l-interessi nazzjonali tagħna ma jigux inwarrba. Ta min wçħed jinnota il-Gvern jçħu l-pożizzjoni finali tçgħu waqt il-Konferenza Inter-Governattiva (IGC) li ser tiltaqa' wara li l-Konvezjoni tkun spiċċat ix-xogħol tagħha.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-istatus reports li ġab il-gvern dwar interessi barranin li se jkunu nvoluti fil-proġett dwar super yachts fit-tarzna humiex kollha pożittivi? Il-Ministru huwa konxju li din il-kumpannija Amerikana kellha problemi ta' cash flow fix-xhur li għaddew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija amerikana li l-Onorevoli Interpellant jista' jkun qed jirreferi ghaliha, u li kellha xi problemi ta' cash flow m'hix dik li maghha l-Malta Drydocks se tkun involuta fil-progett dwar is-Super Yachts.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni li jiġi ppubblikat ir-rapport ta' l-IMF dwar Malta fid-dawl taż-żjara riċenti tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa mistenni li r-rapport jiġi ppubblikat lejn l-aħħar tas-sajf wara li dan jiġi diskuss kif ġara fil-passat fi ħdan l-IMF
Billi l-UE għadha kif ħabbret li qed tinvestiga 156 każ ta' frodi fil-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-UE permess ta' OLAF, l-European Anti Fraud Office, tista' tgħid jekk fosthom hemmx każi li jikkonċernaw lil pajjiżna, u jekk iva, taħt liema kategorija jaqgħu l-EU Customs Cases Cigarette Smuggling Cases, etc?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat ta' l-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet, li hu l-interlokutur tad-Direttorat Ġenerali Kontra l-Frodi (DG OLAF) ma jaf bl-ebda każ ta' investigazzjoni li qed issir mid-DG OLAF dwar pre-accession funds ta' l-UE fejn hemm konnessjoni ma' Malta.
Kemm kien hemm applikanti għall postijiet vakanti fis-Servizz Diplomatiku Malti? Kemm hemm postijiet x'jimtlew? F'hiex wasal il-proċess tar-reklutaġġ?
Response (BORG, JOE)
Jiena nfurmat illi l-Ministeru rċieva 123 applikazzjoni għall-mili ta' postijiet ta' Second Secretary fis-Servizz Diplomatiku Malti. Minn dawn, 84 attendew għall-ewwl stadju ta' l-Intervista Estiża, skond l-avviż li ħareġ għal dan il-għan fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta' Settembru 2002.
In-numru ta' vakanzi li jridu jimtlew f'din il-kariga qed jiġi stabbilit a bażi tal-ħtiġijiet tal-Ministeru anke fid-dawl tal-għeluq b'suċċess tan-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Jiena nfurmat illi l-Bord ta' l-Għażla kkonkluda r-rapport tiegħu nhar il-Ġimgħa li għaddiet, u issa dan ir-rapport se jitressaq għall-attenzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, skond il-proċedura uffiċċjali.
Jista' l-Ministru jara li ssir bankina fuq in-naħa tar-residenzi San Josetto u Unicorn f'Misraħ il-Barrieri, Msida minħabba l-flooding li spiss jiġi kkawżat fid-djar kull meta jkun il-maltemp?
Response (GALEA, ĊENSU)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37982, jiena nfurmat li jekk il-bankina ssir il-bieb tar-remissa msemmija ma jkunx jista' jinfetaħ. Madankollu d-Direttorat tat-Toroq lesta
survey
tal-lokalita' u qed jirriżulta li hu possibbli titqaxxar ħotba li hemm fit-triq biex l-ilma jkun jista jimxi bla xkiel. Dan ix-xogħol hu mistenni li jitlesta fi żmien qasir skond il-prijoritajiet li jkollu d-Direttorat.
Jista' il-Ministru jara li ssir zebra crossing fi Sliema Road, Gżira quddiem Luqa Briffa Street, Gżira minħabba l-għadd ta' inċidenti li jiġru hemmhekk?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku huwa ta' l-opinjoni li ma ssirx zebra crossing fi Sliema Road, Gzira junction ma' Triq Luqa Briffa minħabba li diġa hemm pelican crossing fi Sliema Road off junction ma' Triq Nazju Ellul li tiġi 100 metru bogħod mis-sit hawn fuq imsemmi.
Tista' il-MEPA tinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar l-istrutturi perikolużi tar-resident ta' fond ieħor fl-istess triq li dwarhom diġa' saru rapporti mill-istess familja kemm lill-MEPA kif ukoll lill-għassa tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret minn uffiċjal tal-MEPA irriżulta li riċentament saru xi ilmenti mill-persuna msemmija rigward allegat perikolu li inħoloq minn struttura fuq il-bejt tal-fond soprapost u kif ukoll minn gallerija li tesporġi għal fuq it-triq. Wara diversi tentattivi mill-uffiċjal inkarigat sabiex isir kuntatt mal-okkupant tal-post, u dan sabiex issir l-ispezzjoni neċessarja, saru arranġamenti sabiex jinfetaħ il-post iżjed tard din il-ġimgħa. Is-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` tieħu dawk il-passi li jidhrilha li huma xierqa skond il-liġi jekk verament jirriżulta xi żvilupp bla permess. Irrid ngħid illi allegazzjonijiet rigward perikoli minn strutturi m`huwiex kompetenza ta` l-istess Awtorita` li tivverifikahom iżda għandu jitqabbad perit privatament biex jivverifika jekk jeżistix periklu jew le.
Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta' bosta residenti fil-Gżira, speċjalment dawk li jbatu bl-asthma, dwar it-tniġġiż tal-arja ikkawżat mill-impjant tal-Golden Harvest li jinsab fl-abitat, b'mod partikulari fir-rigward ta' residenti fi Triq Luqa Briffa Street, Gżira?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jien infurmat li l-ebda lment dwar tniġġiż ta' l-arja kkawżat mill-impjant tal-Golden Harvest ma ġie riferut lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika din l-aħħar sena.
Il-monitoraġġ dwar tniġġiż ta' l-arja jsir mid-Direttorat għall-Protezzjoni Ambjentali fi ħdan il-MEPA u nissuġġerixxi li tali mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' it-traffic control board jieħu deċiżjoni dwar it-talba li kellha titressaq quddiemu mill-Kunsill Lokali Gżira f'isem il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex ma jkunx hemm parking quddiem il-garage tagħhom fl-istess triq billi ċerti drabi lanqas ikunu jistgħu joħorġu il-karozza tagħhom mill-garage minħabba l-parking bl-addoċċ li jsir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-problema riferuta hija waħda ta' enforcement li taqa' taħt ir-reponsabilita' tal-Pulizija u/jew tal-Gwardjani Lokali skond ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, 1994, Paragrafu 77.
Jistgħu jittieħdu passi dwar il-bankina għolja żżejjed li hemm ħdejn il-bus stop fi Sliema Road, il-Gżira billi din qed tkun ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' il-Ministru jinvestiga l-każ urġenti ta' housing ta' familja ta' ħamsa minn nies li tinsab tgħammar f'fond b'kamra tas-sodda waħda fl-indirizz li qed nibgħat separatament?
Jista' l-Ministru jara li ssir bankina fuq in-naħa tar-residenzi San Josetto u Unicorn f'Misraħ il-Barrieri, Msida minħabba l-flooding li spiss jiġi kkawżat fid-djar kull meta jkun il-maltemp?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kostruzzjoni ta` bankini ġodda m`hux funzjoni tal-Kunsilli Lokali u għalhekk nitolbu jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 38479 u ċioe' in-negozjati mal-UE dwar proprjeta' huma ristretti għax-xiri ta' bini jew jinkludu wkoll l-akkwist ta' art? Jekk iva, dan fejn huwa definit?
Response (BORG, JOE)
Fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ġie miftiehem li jiinhemeż protokoll apposta mat-Trattat ta' Sħubija li jgħid:
"Bearing in mind the very limited number of residences in Malta and the very limited land available for construction purposes, which can only cover the basic needs created by the demographic development of the present residents, Malta may on a non-discriminatory basis maintain in force the rules on the acquisition and holding of immovable property for secondary residence purposes by nationals of the Member States who have not legally resided in Malta for at least five years laid down in the Immovable Property (Acquisition by Non-Residents) Act (Chapter 246).
Malta shall apply authorisation procedures for the acquisition of immovable property for secondary residence purposes in Malta, which shall be based on published, objective, stable and transparent criteria. These criteria shall be applied in a non-discriminatory manner and shall not differentiate between nationals of Malta and of other Member States. Malta shall ensure that in no instance shall a national of a Member State be treated in a more restrictive way than a national of a third country.
In the event that the value of one such property bought by a national of Member State exceeds the thresholds provided for in Malta's legislation, namely 30,000 Maltese lira for apartments and 50,000 Maltese lira for any type of property other than apartments and property of historical importance, authorisation shall be granted. Malta may revise the thresholds established by such legislation to reflect changes in prices in the property market in Malta."
Id-dettalji dwar dak li qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant ser jiġu koperti fl-emendi fil-liġi relevanti li għandhom jitressqu fil-Parlament.
Ċittadini tal-UE — Reġistrazzjoni ta' kumpanniji f'Malta
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 38478 u ċioe' b'riżultat tal-ftehim milħuq mal-UE, jista' jikkonferma jekk ċittadin tal-UE jistax jirreġistra kumpannija f'Malta skond il-provvedimenti tal-Companies Act, 1995? Billi l-kumpannija tkun Maltija, jikkonferma mal-wording tad-deroga li l-kumpannija ma jkollha ebda restrizzjoni dwar l-għadd ta' proprjetajiet li tista' takkwista?
Response (BORG, JOE)
Fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ġie miftiehem li jiinhemeż protokoll apposta mat-Trattat ta' Sħubija li jgħid:
"Bearing in mind the very limited number of residences in Malta and the very limited land available for construction purposes, which can only cover the basic needs created by the demographic development of the present residents, Malta may on a non-discriminatory basis maintain in force the rules on the acquisition and holding of immovable property for secondary residence purposes by nationals of the Member States who have not legally resided in Malta for at least five years laid down in the Immovable Property (Acquisition by Non-Residents) Act (Chapter 246).
Malta shall apply authorisation procedures for the acquisition of immovable property for secondary residence purposes in Malta, which shall be based on published, objective, stable and transparent criteria. These criteria shall be applied in a non-discriminatory manner and shall not differentiate between nationals of Malta and of other Member States. Malta shall ensure that in no instance shall a national of a Member State be treated in a more restrictive way than a national of a third country.
In the event that the value of one such property bought by a national of Member State exceeds the thresholds provided for in Malta's legislation, namely 30,000 Maltese lira for apartments and 50,000 Maltese lira for any type of property other than apartments and property of historical importance, authorisation shall be granted. Malta may revise the thresholds established by such legislation to reflect changes in prices in the property market in Malta."
Id-dettalji dwar dak li qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant ser jiġu koperti fl-emendi fil-liġi relevanti li għandhom jitressqu fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 38465 u ċioe' jista' jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38429 billi jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-kummerċ barrani ta' pajjiżna kemm f'dak li huwa importazzjoni kif ukoll esportazzjoni li huwa invoiced f'dollari Amerikan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kalkolu tal-perċentwali li qed jistaqsi dwarha l-Onorevoli Interpellant huwa eżerċizzju kumpless ħafna, anki minħabba li bosta miċ-ċifri rilevanti jinżammu biss fuq bażi tal-munita Maltija.
Għaldaqstant, l-aħjar stima tibqa' dik magħmula mill-Bank Ċentrali bħala bażi għad-definizzjoni tal-basket ta' muniti barranin li jiġi stabbilit sabiex jinħadem il-valur tal-Lira Maltija. Dan il-basket huwa ntiż li jirrifletti il-karatteristiċi ewlenin tal-kummerċ ta' Malta mal-kumplament tad-dinja. Fil-preżent, dan il-basket huwa kompost minn 70% tal-valur tiegħu, mill-munita Euro, 20% mill-Isterlina u 10% mid-dollaru Amerikan.