Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema impjegati part-time
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Ħaddiema impjegati part-time
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar tard.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ħaddiema impjegati part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktaar tard.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Ħaddiema impjegati part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar tard.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ħaddiema impjegati part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar tard.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ħaddiema impjegati part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar tard.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-istate aid li ġejja mill-Unjoni Ewropea li ngħatat lill-importaturi jew lil dawk li jużaw il-qamħirrun u xgħir, u kif ġew allokati l-ammonti lil kull wieħed minnhom? Għaliex din l-għajnuna ma ngħatatx lill-importaturi jew lil dawk kollha li jużaw dawn il-prodotti? Jista' jikkonferma jekk ngħatax xi ammont ikbar ta' state aid lil xi importaturi iżjed milli kien juża l-istess importatur sakemm kienet teżisti l-Medigrain?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għajnuna (Temporary State Aid) li qed tingħata għal xgħir u qamħirrum tlaħħaq għal 2,928,500 Euros li ġiet allokata hekk : 1,984,604 Euros - Qamħirrum u 922,717 Euros – Xgħir.
L-għajnuna ngħatat lill-applikanti skond l-ammont ta’ l-applikazzjoni iżda fil-każ ta’ oversubscription, l-għajnuna ġiet allokata skond kemm l-applikanti storikament xtraw mill-Medigrain. Kulħadd seta’ japplika u l-għajnuna ngħatat skond kriterji approvati mill-Kabinett u bi trasparenza.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3034 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jgħid jekk it-triq magħrufa bħala Spinola Hill li tagħti minn Spinola bus terminus għal Paceville sal-bini tal-Maltacom hux se tingħata resurfacing jew jekk hux se tiġi rranġata bħala parti mill-proġett ta' upgrading ta' Paceville? Jekk le, jista' jgħid jekk din it-triq hux se tingħata priorita' mill-gvern u jistax il-Ministru jagħti indikazzjoni jekk u meta dawn ix-xogħlijiet se jsiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm applikazzjoni għand l-Awtorita' tal-Ippjanar sabiex tiġi rranġata Pjazza Spinola li qiegħda f'tarf din it-triq u għalhekk ix-xogħol ta' resurfacing ikun jista' jsir inkonnesjoni ma' dak il-proġett.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-triq magħrufa bħala Spinola Hill li tagħti minn Spinola bus terminus għal Paceville sal-bini tal-Maltacom hux se tingħata resurfacing jew jekk hux se tiġi rranġata bħala parti mill-proġett ta' upgrading ta' Paceville? Jekk le, jista' jgħid jekk din it-triq hux se tingħata priorita' mill-gvern u jistax il-Ministru jagħti indikazzjoni jekk u meta dawn ix-xogħlijiet se jsiru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid n-numru ta' lukandi u postijiet oħra ta' akkommodazzjoni preżentament fis-suq.
Numru ta' sodod f'kull kategorija ta' akkomodazzjoni sa Jannar 2001
Numru ta' sodod u numru ta' proġetti ġodda jew estensjonijiet:
1) approvati jew taħt kostruzzjoni
2) approvati mill-MTA/PA u mhux immnedija
3) u qed jiġu kkunsidrati mill-MTA u PA
4) proġetti governattivi bħal Cottonera/ Tigne u Manoel Island / White Rocks / Chambray
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' sodod f'kull kategorija ta' akkomodazzjoni sa Jannar 2001 kien ta' 40,688. Din ma tinkludix, madankollu, sodod f'holiday flats u dik akkomodazzjoni għand host families. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta' kif inhuma mqassmin dawn is-sodod.
It-tagħrif dwar il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija qed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tingħata xi għajnuna lill-GTA mill-Ministru ta' Għawdex? Jekk iva, jista' jgħid f'hiex tikkonsisti din l-għajnuna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li minn meta twaqqfet il-Gozo Tourism Association l-għajnuna li ngħatat mill-Ministeru għal Għawdex tinkludi:
· l-użu ta’ uffiċċju;
· tgħammir ta’ l-uffiċċju;
· servizzi segretarjali;
· għen lill-GTA sabiex l-MV Xlendi jiġi mgħarraq bħala attrazzjoni ġdida għad-divers;
· għajnuna biex jiġi kkummissjonat studju fuq it-turiżmu f’Għawdex lill-kumpanija Stevens & Associates kif ukoll għajnuna biex jiġi llanċjat dan l-istudju;
· għajnuna għall-pubblikazzjoni ta’ guide book intitolat “Gozo, Island of Myth and Miracles”;
· għajnuna taħt l-iskema finanzjarja għall-għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi f’Għawdex;
· għoti ta’ l-istand mill-Ministeru ta’ kull sena fil-fieri internazzjonali, jiġifieri l-ITB ta’ Berlin, il-BIT ta’Milan u l-World Travel Market ta’ Londra kif ukoll għajnuna għat-tmexxija tagħhom fl-2001, għall-ewwel darba, il-Ministeru, għen ukoll lill-GTA billi taha l-għajnuna finanzjarja biex tieħu sehem fil-fiera Destinations 2001 f’Londra;
· l-għoti ta’ l-istand tal-Ministeru fil-fiera internazzjonali li saret f’Malta fis-sena 1999.
· koperazzjoni u konsultazzjoni kontinwa.
Seduta Nru 607
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-istatistika dwar:
1) numru ta' arrivals kemm Maltin u barranin f'Għawdex għal dawn l-aħħar ħames snin (jew tlieta jekk ta' ħames snin ma teżistiex)
2) numru ta' bednights f'Għawdex ta' Maltin u barranin fl-istess perjodu
3) Occupancy Rates ta' Maltin u barranin fl-akkommodazjoni f'Għawdex fl-istess perjodu
4) numru ta' sodod u f'liema livell ta' stilel fl-istess perjodu.
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant teżisti biss fir-rigward ta’ lukandi, guest houses u aparthotels u tinsab fuq l-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni dwar numru ta’ arrivals f’Għawdex ma teżistix.
Ta’ min jgħid li n-numru ta’ bednights naqas biss fl-1997 u żdied kull sena minn dak inhar ‘l hawn.
Ta’ min jgħid ukoll li l-occupancy rate għas-sena 2000 hija anqas minn dik tas-sena 1999 anki jekk in-numru ta’ bed nights żdied. Dan għaliex matul l-1999 in-numru ta’ sodod fil-lukandi f’Għawdex żdied b’235.
Seduta Nru 607
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinxtegħel id-dawl kollu mal-promenade tal-Bajja ta' Birżebbuġa?
Jista' jgħid x'qed iżomm dan id-dawl milli jinxtegħel?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex, wara li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema skop se jingħalaq il-post magħruf bħala Wied ix-Xoqqa wara l-Freeport?
Jikkonferma li l-post se jiġi allokat għal skopijiet ta' raffinar ta' żejt?
Jekk dan hu minnu, jista' il-Ministru jgħid liema entitajiet lokali u barranin huma nvoluti f'dan il-proġett?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-art li qed issir riferenza għaliha ma hijiex fir-responsabbilta' ta' xi waħda mill-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Jista' l-Ministru jgħid: (a) emm-il darba nbidlet il-pajnta ta' Triq il-Port Ruman, ġewwa Marsaxlokk u għal liema raġuni?
(b) Min kien responsabbli biex jiddeċiedi dwar deċiżjonijiet tekniċi rigward id-disinn tat-triq?
(ċ) Fuq liema kriterju ġie deċiż illi l-wisa' tat-triq jibqa' irregolari billi tinżamm bankina ta' 1.6 metri?
(d) Jista' l-Ministru jikkonferma jekk din id-deċiżjoni hiex konsistenti mal-pariri ta' l-esperti Ġermaniżi impjegati bħala konsulenti fid-Dipartiment tat-Toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq il-Port Ruman qiegħda ġo BDA area li għal xi raġuni t-triq bejn id-djar f'ċertu postijiet hija dejqa aktar minn normal.
Hija policy segwita mid-Dipartiment li fejn ikun qed isiru proġetti ġodda kemm jista' jkun jinbnew service ducts biex jitqiegħdu s-servizzi ħalli t-toroq ma jerġgħux jinqalgħu. Dawn is-service ducts jinbnew barra mill-kaxxi tas-sufun, u għalhekk il-bankina ssir aktar wiesgħa. Għalhekk parti mit-triq il-Port Ruman kompliet tidjieq.
Fuq talba tar-residenti qed isiru modifikazzjonijiet f'din is-service duct. Dan f'xi postijiet ser jiġi fit-triq biex l-ispazju disponibbli jitħalla għall-karreġjata u għal parking. F'dawn il-postijiet il-bankina ser ikollha tkun ftit idjaq minn postijiet oħra fit-triq fejn l-ispazju għat-triq huwa ferm aktar wiesgħa.
Jista' l-Ministru jgħid: (a) Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal bini / extension ta' lukandi u akkomodazzjonijiet oħra quddiem il-Planning Authority?
(b) Kemm huwa n-numru ta' sodod li qed jintalab li jiżdied?
(ċ) Kemm-il kategorija ta' l-akkomodazzjoni?
(d) F'kemm-il lokalita'?
(e) Meta u jekk hemmx ħsieb jinħareġ il-permess?
(d) Data meta maħsub jitlesta x-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
a) Bħalissa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha 27 applikazzjoni li jirrigwardaw bini/estensjoni ta` lukandi u akkommodazzjoni oħra turistika.
b) Peress li ċerti applikazzjonijiet għadhom fi stadju ta` diskussjoni, l-applikanti mhux dejjem indikaw in-numru ta` sodod rikjesti. Biss għal dawk li ndikaw in-numru ta` sodod rikjesti, dan ilaħħaq il-figura ta` madwar 3,900 sodda.
c) Five-Star - 3
Four-Star - 12
Three-Star - 3
Guesthouses - 2
Complexes/Aparthotels - 2
Oħrajn li ma ndikawx il-kategorija - 5
d) San Ġiljan - 6 applikazzjonijiet
San Pawl il-Baħar - 4 applikazzjonijiet
Vittoriosa - applikazzjoni waħda
Għajn Tuffieħa - applikazzjoni waħda
Sliema - 5 applikazzjonijiet
Għajnsielem - 2 applikazzjonijiet
Salina - applikazzjoni waħda
Qala - applikazzjoni waħda
Marfa - applikazzjoni waħda
Xlendi - applikazzjoni waħda
Mellieħa - 3 applikazzjonijiet
Kemmuna - applikazzjoni waħda
e) M`huwiex possibli illi wieħed jindika meta ser jinħareġ il-permess peress li hemm applikazzjonijiet illi qed jistennew informazzjoni mill-applikant, oħrajn għadhom qed jiġu proċessati, filwaqt illi oħrajn qegħdin fi stadju ta` rekonsiderazzjoni.
Wieħed jista` jindika biss ir-rakkomandazzjoni li qed issir. Hemm 6 applikazzjonijiet li qed jiġu rakkomandati għal refusal, 2 rakkomandati għal approval, 19 oħra għadhom qed jiġu pproċessati.
f) L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma tistax tindika meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol l-ewwelnett peress illi dawn l-applikazzjonijiet għadhom pendenti quddiem l-Awtorita`, u t-tieni, huwa l-iżviluppatur illi jkun jaf meta x-xogħol jitlesta.