Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #800 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Bars u Pubs — Malta, Għawdex u Kemmuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-Bars, Pub's u stabilimenti simili li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita', u x'klassifikazzjoni għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #801 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Leisure Clubs — Malta, Għawdex u Kemmuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-Leisure Clubs/Centres u stabilimenti simili li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita', u x'klassifikazzjoni għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega eżattament għal liema stabbilimenti qed jirreferi minħabba li, kif ninsab infurmat, il-kategorija ta' Leisure Clubs/Centres ma teżistix taħt ir-regolamenti ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta.
Leg 10 PQ #802 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Aġenziji ta' l-Ivjaġġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw l-Aġenziji ta’ l-Ivjaġġar li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita' ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' 229 aġenziji ta' l-ivjaġġar reġistrati u liċenzjati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta, li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #520 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Host families

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm host families f'Malta u Għawdex separatament, lokalita' b'lokalita'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li, din is-sena, s'issa hemm 993 applikazzjonijiet li ġew reġistrati bħala 'host families' - 968 f'Malta u 25 f'Għawdex. Applikazzjonijiet oħra għadhom deħlin. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta' 'host families' lokalita' b'lokalita'.
Leg 10 PQ #514 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Flus minfuqa fuq kampanji ta' marketing

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm l-MTA nefqet flus f'kampanji ta' marketing barra minn Malta fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002? Jista' jgħid ukoll kemm hemm ivvotati fondi għal dan l-iskop għas-sena kurrenti (2003)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #515 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Ħaddiema jaħdmu fil-lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li kienu jaħdmu fil-lukandi fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn ħadmu f'Malta u kemm minnhom ħadmu f'Għawdex? Jista' jgħid x'kienet il-medja ta' l-eta' ta' dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu fuq kuntratt definit, indefinit u part-timers?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li jidher li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jinġabar it-tagħrif kollu mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Taxxi diretti/indiretti

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal kemm kien jammonta d-dħul tal-gvern minn taxxi diretti u ndiretti mis-settur turistiku matul is-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #519 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lukandi f'Malta u Għawdex u Kemmuna separatament? Jista' jgħid ukoll ta' liema stilel huma dawn il-lukandi, liema huma u f'liema lokalita' jinsabu? Jista' jgħid x'inhi l-kapaċita' tal-beds/sleeping capacity f'kull lukanda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #38519 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

San Ġiljan — Artijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk art f'San Ġiljan immarkata fuq dokument li qed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija hijiex art tal-Gvern? Jista' jgħid jekk din l-art ħarġitx b'tender jew le u jekk fl-affermattiv meta? Jista' jgħid ukoll minn min intrebħet din it-tender jekk huwa l-każ u għal-liema prezz? Jista' jgħid x'kien il-prezz mitlub fit-tender maħruġa mid-dipartiment ikkonċernat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-arkivji tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern jidher li l-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija proprjeta` tal-Gvern, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor. It-Taqsima ma ħarġet l-ebda tender fuq il-proprjeta` in kwistjoni.
Leg 9 PQ #38520 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

San Ġiljan — Artijiet tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk art f'San Ġiljan immarkata fuq dokument li qiegħed nibgħat separatament ma din il-mistoqsija hijiex art tal-Gvern? Jista' jgħid jekk din l-art ħarġitx b'tender jew le u jekk fl-affermattiv meta? Jista' jgħid ukoll minn min intrebħet din it-tender jekk huwa l-każ u għal-liema prezz? Jista' jgħid x'kien il-przz mitlub fit-tender maħruġa mid-dipartiment ikkonċernat?

Response (BORG, TONIO)

Nikkonferma li l-art f`San Ġiljan li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant fil-fatt hija proprjeta` tal-Gvern. It-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern kienet qasmet din l-art fi tnax-il plot differenti bi skop li dawn ikunu jistgħu jinbiegħu. Fil-fatt minn dawn il-plots it-Taqsima ħarġet disgħa għall-bejgħ bit-tender, tnejn tħallew għal żmien iżjed opportun, u waħda nbiegħet direttament lil Enemalta sabiex tinbena substation. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi, skond kif applikabbli, id-dati ta` meta nħarġu it-tenders, min rebaħ it-tender, il-prezz tal-art u meta ġie iffirmat il-kuntratt.

Ta' Ġiorni

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi biex żewġt irħamiet tat-taraġ, waħda fl-indana t'isfel u l-oħra quddiem bieb numru 8 fi Block B triq Bertha K . IIg, Ta' Ġiorni jiġu mibdula peress li jinsabu imkissrin b'periklu għal min juża l-istess taraġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Gżira — Problema tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi biex problema tad-drenaġġ li hemm fi Triq Cameron Gżira partikolarment għan-nies li joqogħdu fil-fond numru 5 tiġi msewwija mill-aktar fis possibli biex jitneħħa l-inkonvenjent eżistenti kif ukoll bi prekawzjoni għas-saħħa pubblika?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-ħsara fir-residenza numru 5, Triq Cameron Gzira tinsab fil-lower house drain u mhux problema konness mal-main tal-gvern. Madankollu d-Dipartiment ipprova jgħin lill-individwi konċernati billi bgħattna bowser biex nippruvaw niftħu lis-stoppage. Madankollu jidher illi hemm ħsara fil-lower house drain u l-istoppage ma nfetaħx. Għalhekk il-ħsara għandha tissewwa mill-individwi konċernati.
Leg 9 PQ #38523 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Bill boards

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA għamlitx xi studju tal-impatt tal-bill boards fuq il-livell tas-sewwieqa fit-toroq? Jekk fl-affermattiv jista' jpoġġi kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma sarux studji speċifiċi dwar l-impatt imsemmi. Iżda qabel ma` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tawtorizza billboards kummerċjali, tiżgura li dawn mhux se jitqiegħdu f`postijiet li jkunu ta` periklu għas-sewwieqa bħal, ngħidu aħna, f`roundabouts jew f`salib it-toroq. Billboards oħrajn, bħalma huma dawk politiċi, ma jeħtiġux awtorizzazjoni mingħand l-Awtorita`. Billi uħud minn dawn qegħdin f`postijiet li jistgħu jkunu ta` tiġrib għas-sewwieqa, l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qegħda wkoll tiddiskuti ma` l-Aworita` dwar it-Trasport sabiex tinstab soluzzjoni usa` għall-problema.

Ta' Giorni — Kaxxa postali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kaxxa postali li hemm f' Ta' Giorni biswit il-Merħba Pharmacy ġiet issiġilata biex ma tintużax aktar? Peress li din il-kaxxa postali kienet ta' użu għall-mijiet ta' familji u anzjani li jgħixu fil-Qasam residenzjali ta' Ta' Giorni, jista' il-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex dan is-servizz jerġa' jibda għall-benefiċċju ta' dawn il-persuni?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-ilment ta' l-Onor. Interpellant ser jiġi nvestigat mill-Maltapost.

Pembroke — Stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet applikazzjoni għall-istallazjoni ta' lift f'Juno Flats Pembroke? Jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-proċess ta' din l-applikazzjoni jiġi mħaffef peress li hemm numru ta' residenti li minħabba l-kundizzjoni ta' saħħithom jeħtiġilhom l-użu ta' dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar għandha xi applikazzjoni pendenti għal installar ta' lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37636, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni aktar ċara? Jista' jgħid jekk l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva għadhiex valida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tiġa tajt f'Mistoqsija Numru 37636.0-
Leg 9 PQ #37823 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti barranin jagħmlu xogħol fil-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn, kemm qed jitħallsu u minn min qed jirċievu l-ħlas? Jista' jgħid ukoll x'nazzjonalita' huma dawn il-konsulenti?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal mistoqsija parlamentari nru. 37683 f'seduta 837.
Leg 9 PQ #37837 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kunsilli lokali — Proġetti ta' public/partnership

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġie miftiehem bejn il-Ministeru tal-Kunsilli Lokali u l-Ministeru ta' l-Intern dwar il-proposti mressqa mill-Kunsilli Lokali għal proġetti ta' public partnership? Jista' jgħid meta se joħorġu dawn il-kondizzjonijiet li bihom jitħalla li jsiru dawn il-proġetti? Jista' jgħid jekk hux veru li d-Dipartiment ta' l-Artijiet m'aċċettax li jingħata ċens għal dawn l-artijiet biex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jibqgħu mexjin b'dawn il-proġetti? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li joħroġ it-tenders hu minflok? Jista' jgħid x'commitment se jagħti lill-Kunsilli Lokali biex dawn il-proġetti jsiru? Jista' jgħid għaliex mhux qed jagħti l-awtonomija sħiħa lill-kunsilli lokali f'dawn il-proġetti?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li, fil-prinċipju, kemm il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, kif ukoll il-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent jaqblu u jinkoraġixxu l-kunċett li Kunsilli Lokali jidħlu fi sħab ma` imprendituri privati, huma tal-fehma li fil-proġetti li ġew proposti s`issa minn numru żgħir ta` Kunsilli Lokali, jkun aħjar jekk tintuża l-esperjenza u r-riżorsi ġia` eżisteni fit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern biex joħorġu sejħiet għall-offerti li permezz tagħhom il-Kunsilli Lokali jkollhom garanzija li dawn il-proġetti ser isiru. Ġie deċiż illi l-istess Kunsilli li għamlu l-proposti jiġu kkonsultati fit-tfassil tal-kundizzjonijiet tas-sejħiet, proċedura li diġa` ntużat f`sejħa għall-offerti li saret reċentament f`Pembroke. Huwa l-ħsieb ukoll li l-istess Kunsilli jkunu jistgħu jagħmlu monitoring ta` l-istess proġett waqt l-eżekuzzjoni tiegħu.