Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-prodotti farmaċewtiċi (jiġifieri mediċini – kull forma u doża) kif ukoll apparat mediku u disposables li huma out of stock f'kull entità tas-saħħa li taqa' taħtu kif ukoll mill-ispiżeriji kollha tal-POYC? Kemm ilhom out of stock u x'inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas? Meta hu stmat li dawn il-prodotti jkunu in stock?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li sal-15 ta’ April 2013, kien hemm 38 mediċina, u 4 apparat mediku fuq il-lista tal-out of stock. Hemm 5 mediċini li huma affettwati minħabba n-nuqqas ta’ manifattura. Il-fatt li hemm 38 mediċina mniżżlin fuq din il-lista ma jfissirx li l-mediċini mhumiex disponibbli fl-ispiżerija. Xi wħud mill-mediċina msemmija fil-lista, hemm alternattiva għaliha. Oħrajn se jkunu in stock sal-aħħar ta’ April 2013.
F’dan ir-rigward, huwa evidenti l-bżonn biex tiġi indirizzata l-problema li writna flimkien mad-diffikultajiet kollha li qatt ma ġew solvuti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-mediċini li jinsabu out of stock.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex il-problema tal-prodotti out of stock tiġi indirizzata u ma jibqax ikun hawn aktar nuqqas ta' mediċini u prodotti oħra?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Hu evidenti li din il-problema li writna hemm bżonn li tiġi indirizzata b’abilità u b’mod għaqli biex noħolqu aktar cost and effectiveness biex il-pazjent ikun moqdi kif xieraq.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz ta' emergenza b'xejn li kien beda jingħata minn sptar privat matul il-weekends għadux jingħata? Xi pjanijiet hemm għall-futur rigward dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Iva, dan is-servizz għadu qed jingħata. Bħalissa għaddej studju biex naraw jekk dan għamilx impatt fuq is-servizz lejn il-pazjent.
Peress li fil-passat riċenti kienet issir kritika ħarxa rigward il-fatt li xi ċentri tas-saħħa ma kenux jipprovdu servizz fuq medda ta' 24 siegħa kuljum, jista' l-Ministru jinforma meta ċ-ċentri tas-saħħa kollha se jibdew joperaw fuq medda ta' 24 siegħa kuljum il-ġimgħa kollha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Din hija prijorità u parti mill-Manifest Elettorali li se nwettqu fiż-żmien li ġej.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk il-pilloli Paracetamol li jingħataw mis-sistema nazzjonali tas-saħħa humiex out of stock? X'wassal għal dan in-nuqqas? Meta se jkunu disponibbli għall-pazjenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-pilloli Paracetamol qatt ma kienu out of stock.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi mod kif jista' jiżgura li Triq r-Rebbiegħa fil-Mosta ma tibqax tintlaqat minn għargħar meta tagħmel ix-xita u dan għaliex f'din it-triq jinżel l-ilma kollu minn Triq E.B. Vella? Jista' jgħid jekk jistgħux isiru culverts fi Triq ir-Rebbiegħa biex dawn l-għargħar jiġu evitati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel spezzjoni fl-imsemmija triq sabiex tevalwa s-sitważżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir restawr ta' l-istatwa ta' San Ġużepp tat-Tarġa li qiegħed fi bżonn kbir ta' ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima tar-Restawr fi ħdan it-Taqsima tax-Xoghlijiet tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ser tinkludi x-xogħol ta' restawr ta' din l-istatwa fil-programm ta' xogħlijiet għas-sena d-dieħla.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-MEPA fuq re-development tal-Jerma Palace Hotel f'Wied il-Għajn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-pjan għan-Nofsinhar ta' Malta li ġie approvat hemm policy speċifika li tirrigwarda dan is-sit. Il-policy tgħid hekk:
SMMS 15 - Development Brief for Jerma Palace Hotel site
Any development proposals on the Jerma Palace Hotel site will be subject to the submission of a Development Brief to be drawn up following Terms of Reference provided by MEPA. Whilst the development of the site should focus primarily on the provision of tourist accommodation, MEPA will consider other development options which would include residential and commercial development, provided these are part of a comprehensive development of the area and should include sufficient public urban open space whilst retaining access to the foreshore.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tat-tisħiħ tal-pumping stationtal-Marsa u x'rabta se jkollu mal-bini ta' l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fin-nofsinhar tal-pajjiż? Fiex se jkun jikkonsisti dan it-tisħiħ, għaliex kien hemm il-ħtieġa li jsir u kemm se jiswa l-investiment li mistenni jsir? Jikkonferma li dan it-tisħiħ se jkun finanzjat ukoll minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett tat-tisħieħ tal-pumping station tal-Marsa jifforma parti minn pjan estensiv li jikkonsisti fi tqegħid ta’ mejnijiet ġodda u mina tad-drenaġġ li testendi minn Paola sa l-impjant il-gdid ta’ tisfija ta’ drenaġġ fin-nofsinhar ta’ Malta. Dan huwa meħtieġ biex tissaħħaħ is-sistema prezenti tad-drenaġġ fin-nofsinhar ta’ Malta.
Il-kuntrattur għadu ma ssottomettiex id-disinji tat-tgħamir mekkaniku u elettriku. Darba dawn id-disinji jkunu approvati, ix-xogħol fuq dan it-tgħamir ikun jista jinbeda.
L-investiment mistenni jammonta għal madwar Lm3.2 miljuni (ca €7.4 miljuni) li 73% tiegħu hu iffinanzjat minn fondi strutturali tal-Unjoni Ewropeja 2004/2006.
Jista’ l-Ministru jara jekk jistax isir xi pelican lights minflok iż-zebra crossing fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, Malta għar-raġuni li diversi sewwieqa ma jonorawx iż-zebra crossing f’din it-triq wiesgħa b’kawża li qed ikunu ta' periklu għal dawk li jaqsmu t-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba li jsiru pelican lights minflokk iż-zebra crossing li hemm
fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat.
B’riferenza għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 28772, jista’ l-Ministru jidderieġi lill-MEPA biex dawn jaraw jekk it-triq saritx skond kif ġie stipulat minnha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li mid-data msemmija sal-lum ma jirriżultax li l-Land Survey Unit ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qatt ġie avviċinat biex jingħataw livelli għal re-surfacing f’din it-triq. Din kienet il-prattika ta’ dawk iż-żminijiet, jiġifieri li meta jsir re-surfacing ma jitqaxxarx il-wiċċ tat-triq eżistenti. Għaldaqstant, il-parir tal-MEPA f’każ ta’ re-surfacing dejjem ikun li għandhom jinżammu l-livelli oriġinali.
Jista' l-Ministru jgħid x'wera l-istudju li sar s'issa li rrefera għalih b'risposta għad-domanda parlamentari 27353?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar survey tal-livelli u bħalissa l-ADT qed taħdem fuq proposta sabiex tonqos il-problema tal-ilmijiet f’din it-triq.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24328 u 24443 u jara jekk hux possibbli li fil-pont tal-Mosta ssir xi struttura li żżid is-sigurta' tal-persuna jekk din f'mument ta' dlam tiddeċiedi li tneħħi ħajjitha b'idejha u taqbeż minn fuq il-pont peress li dan il-pont huwa post fejn isiru diversi suwiċidji matul is-sena u struttura bħal din tista' tnaqqas ir-riskju li jintilfu ħajjiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li b’kolloborażżjoni mal-Ministeru tal-Intern qed isiru studji fejn huma l-postijiet bl-izjed inċidenza ta’ disgrażżji msemmija fil-mistoqsija parlamentari. Wieħed wara jista jara xi tkun l-aħjar solużżjoni li tiskoraġġixxi deċiżżjonijiet mgħaġġla ta’ din in-natura. Wieħed jrid jqis ukoll jekk l-istess infiq ta’ flus jkollhomx effett aħjar jekk jintużaw fi proġetti ta’ fejda bħall Counselling ma persuni jew gruppi ta’ nies l-izjed susxetibili. Jekk il-miżuri li evelwalment jittieħdu jirnexxielhom jsalvaw ħajja waħda biss jkun ntlaħaq l-iskop aħħari tagħhom.
Jista' l-Ministru jassigura li l-problema li ilha minn 1991 fi Triq Emmanuele Vitale, r-Rabat Malta u cioe' li l-bankina qegħda 'l isfel mill-livell tat-tarmak tat-triq u dan b'konsegwenza li din is-sitwazzjoni hija ta' periklu kbir għas-sigurta' tar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li meta jssiru xogħlijiet ta’ bini ta’ toroq dawn issiru skond il-livelli li jiġu maħduma u mogħtija mill-MEPA.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27855 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, jista' jara jekk tistax ssir sistema ta' drenaġġ f’Zebbug Road, Attard (mill-bidu taghha li tmiss ma’ Triq l-Imdina, il-parti li taqsam Triq in-Nutar Zarb u l-bicca sa fejn l-iskola Thai Lakin) u dan għaliex jgħaddu minnha għarar kbar meta tkun xita qliel b’konsegwenza li r-residenti tal-lokal ma jkunux jistgħu joħorgu minn djarhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li bħalisssa qed issir studju taż-żona kollha sabiex tinstab solużżjoni dejjiema. Ix-xogħol huwa maħsub li jsir matul is-sena dieħla.
Jista' l-Ministru jara jekk li Triq il-Liedna, Dingli tiġi mogħtija t-tarmak u dan għax qed tkun ta' inkonvenjent serju għan-nies tal-lokal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-triq imsemmija mhix inkluża fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenżjali għall-perjodu 2006-2008 u għalhekk hija meqjusa li taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara x'kambjamenti jistgħu isiru fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Mitħna, f'Haz-Zebbuġ, Malta minħabba li meta tagħmel ix-xita din it-triq tegħreq b'detriment kbir għar-residenti u l-ħwienet tal-lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma hemmx problemi fil-main tad-drenaġġ fi Triq il-Mitħna, Ħaż-Żebbuġ. Madankollu ser isir tindif neċessarju bil-jetting/suction bowser biex ikun żgurat illi huwa nadif.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inġabru flus minn ċitazzjonijiet minn kunsilli lokali Sliema, Gzira, San Gwann u Imsida u kemm hu l-budget allokat lil kull wieħed minn dawn il-kunsilli lokali mill-Gvern ċentrali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-budget allokat lill-Kunsilli Lokali ta’ tas-Sliema, il- Gżira, San Ġwann u l-Imsida skond il-formula ta’ finanzjament li tinsab fl-Għaxar Skeda ta’ L-Att dwar il- Kunsilli Lokali, għas-sena finanzjarja kurrenti li tagħlaq fil-31 ta’ Marzu 2008 huwa ki ġej:-
Sliema Lm 283,571
Gżira Lm 149,437
San Ġwann Lm 218,128
Imsida Lm 142,790
Dwar kemm ġabru flus dawn il-Kunsilli Lokali minn ċitazzjonijiet, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi Seduta oħra.