Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mill-Awtorita' tad-Djar matul l-aħħar tnax- il xahar u kemm fil-fatt saru applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul l-a[[ar tnax-il xahar l-Awtorita' tad-Djar ir/eviet 896 applikazzjoni konnessi ma' Avvi] Numru 67 u 913 applikazzjoni konnessi ma' Avvi] Numru 68.
Ninsab infurmat ukoll li, fl-istess perijodu, l-Awtorita' allokat 35 post ta[t Avvi] Numru 66 u 218 post ta[t Avvi] Numru 67. In-numru ta' postijiet allokati ta[t Avvi] Numru 66 jinkludi 23 ri-allokazzjoni li kienu ;ew rifjutati ori;inarjament.
Jista' l-Onorevoli Ministru jibgħat ħaddiema jirranġaw Brewery Street, Ħamrun peress li din mimlija ħofor u hija perikoluża?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex terġa tispezzjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant, wara li din kienet ġiet spezzjonata żmien ilu, biex jiġi stabbilit jekk sarx aktar żvilupp biex it-triq tkun tista' tiġi asfaltata.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw taħt seperate cover jistax jiġi trasferit permanentament mix-Shipbuilding għat-tarzna? Jaf il-Ministru li din il-persuna diġa tagħmel żewġ terzi tas-sena taħdem it-Tarzna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li t-Tarznari qed jaddottaw politika ta' flessibbilta' sħiħa fost il ħaddiema taż-żewġ tarznari u ta' Manoel Island. Dan jimplika li l-ħaddiema jistgħu, minn żmien għal żmien, jintbagħtu jaħdmu f'postijiet diversi skond il-ħtieġa.
Għaldaqstant mhux possibbli li xi ħaddiem jingħata garanzija li ser jibqa' jaħdem f'post wieħed għal dejjem. In vista ta' dan, it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ma tistax tintlaqa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta ser ikun lest il-lift fil-blokk li jinsab numru 16, Triq il-Kapuċċini, Floriana? Jaf il-Ministru li l-permess għal dan il-lift ilu li ħareġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-tender għall-lift li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ingħatat reċentement u mistenni jiġi stallat għall-aħħar ta' Lulju ta' din is-sena.
Jafx il-Ministru li l-Flat 8, Blk B, St Joseph Street, Valletta ġie maħruq u għandu ħsara estensiva, liema fond jappartjeni lill-Gvern? Jafx il-Ministru wkoll li l-persuna li isimha qed jingħata separatament u tirrisjedi fil-blokk adjaċenti qed isofri preġudizzju minħabba tali ħsarat? Jista' l-Mnistru jgħid x'possibilita' hemm li l-gvern jirranġa dan il-fond b'mod espedit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ fil-post indikat għalqet ftit ġranet ilu. L-offerti qed jiġu ġġudikati u x-xogħol mistenni jibda fi żmien qasir.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex il-persuna li isimha qed jingħata under seperate cover qed tintalab tħallas l-ammont ta' Lm650 għall-użu ta' lift fil-blokk fejn tgħix, sempliċiment għaliex żmien ilu kienet xtrat il-flat tagħha b'sussidju offrut mill-gvern? Jaf il-Ministru li din hija persuna ta' 78 sena li l-introjtu tiegħu hija biss il-pensjoni u għalhekk ma jistax iħallas dan l-ammont? Jafx il-Ministru li din il-persuna anzjana tirrisjedi fuq nett tal-blokk fejn tgħix u qed ikollha tuża t-taraġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Meta jiġi nstallat lift fi blokk ta' appartamenti tal-Gvern, is-sidien ta' appartamenti f'dak il-blokk ikunu meħtieġa li jħallsu sehemhom minn dawn l-ispejjeż. Madankollu l-Awtorita' tad-Djar tissussidja dan is-sehem b'50%,
Fil-każ indikat mill-Onor. Interpellant, is-sehem dovut minn kull sid hu ta' Lm1,300 iżda meta ġie kkalkulat is-sussidju mill-Awtorita' dan tniżżel għal Lm650. Ninsab infurmat li l-Awtorita' offriet li l-persuna ndikata tħallas dawn is-Lm650 permezz ta' rati mensili. Minkejja li rrifjutat li tagħmel dan baqgħet tinsisti li tingħata ċ-ċwievet tal-lift mingħajr ma tħallas sehemha. Wieħed ma jridx jinsa li l-valur ta' l-appartament jogħla bis-saħħa ta' l-installar ta' lift u dan jibbenefika minnhu s-sid rispettiv.
In segwitu għad-domanda parlamentari numru 38375, jista' il-Prim Ministru jgħid u jfiehem għaliex dawn is-suldati li huma ċċertifikati li qed isofru minn diżabilita' permanenti u li għandhom jaħdmu nofs ta' nhar kull nhar ta' Sibt minħabba li jaħdmu biss matul il-ġurnata m'humiex jibbenefikaw minn l-ebda ħlas u l-ebda duty leave? Ma jaħsibx il-Prim Ministru li dan huwa preġudikali għalihom? Nofs ta' nhar is-Sibt ifisser xogħol sa l-4.00pm?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fil-Forzi Armati d-“duty leave” jingħata biss lil dawk is-suldati li jaħdmu għassa bil-lejl. Għalhekk, iż-żewġ suldati msemmija ma jistgħux jieħdu “duty leave” peress li huma ma jagħmlux għassa bil-lejl.
Jien infurmat li ż-żewġ suldati jirċievu “allowance” ta’ Lm10 fix-xahar bħal kull membru ieħor fil-Forzi Armati mill-grad ta’ Maġġur l-isfel. It-tnejn jirċievu pensjoni ta’ diżabilità u wieħed minnhom jirċievi wkoll “allowance” tas-sengħa li fiha hu kkwalifikat.
B’riferenza għall-ħin li jqattgħu għax-xogħol kull nhar ta’ Sibt, irrid nippreċiża li fil-ħinijiet tax-xitwa, dawn huma mis-sebgħa ta’ fil-għodu sa l-erbgħa ta’ wara nofs inhar u fil-ħinijiet tas-sajf, mis-sebgħa ta’ fil-għodu sas-siegħa ta’ wara nofs inhar.
Pulizija — Proċeduri kontra s-sidien ta' Cafe' Jubilee
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċeduri fil-Qorti kontra s-sidien ta' Cafe' Jubilee li jinsab fi Triq Santa Luċija, il-Belt minħabba inkonvenjent lir-residenti ġewx konklużi? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hux qegħda tieħu passi meta jsirulha rapporti dwar storbju esaġerat f'ċertu ħinijiet, speċjalment matul il-lejl bħal għajjat barra tan-nies, ħoss ta' mużika għolja u tisbit tax-shutters wara s-1.00 a.m.?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent ma hemmx proċeduri kriminali mill-Pulizija pendenti quddiem il-Qorti kontra s-sidien ta` l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu is-sena li għaddiet proċeduri li inbdew mill-Pulizija kontra s-sidien tal-fond imsemmi kienu deċiżi mill-Qorti. Infurmat ukoll illi l-Pulizija tinvestiga kull rapport li jkollha u tieħu passi skond dak li jirriżulta.
Jista' l-Prim Ministru jintervjeni u jissuġġerixxi rimedju lill-persuni msemmija separatament li huma żewġ suldati li sofrew diżabilita' permanenti waqt ix-xogħol peress li wieħed minnhom qiegħed jaħdem is-sibtijiet bla ħlas u qiegħed anke jispara minkejja d-diżabilia' li sofra waqt ix-xogħol u l-ieħor qed ikollu jaħdem siegħa żejda bla ħlas kuljum? Jaħseb il-Prim Ministru li hu l-każ li jiġu sekondati jew trasferiti f'dipartiment ieħor kif ġieli sar?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li ż-żewġ suldati msemmija ġew skużati milli jaħdmu għases bil-lejl bħalma jagħmlu suldati oħrajn minħabba l-kundizzjoni medika tagħhom. Peress li suldat huwa marbut li jaħdem 47 siegħa fil-ġimgħa u minħabba li dawn it-tnejn jaħdmu biss matul il-ġurnata, iridu jidħlu nofs ta’ nhar is-Sibt biex iġibu s-sigħat meħtieġa. Din hija prattika normali u kull suldat li jkun maqlugħ mill-għases irid jaħdem is-Sibt b’dan il-mod.
Ma jidhirlix li hu l-każ li jiġu sekondati jew trasferiti kif suġġerit minn l-Onorevoli Membru.
Jaf l-Onorevoli Ministru li t-taraġ tal-Labour Office tal-Ħamrun huwa kollu mkisser u għalhekk huwa ta’ periklu għal min juża dan l-uffiċċju? Jista’ il-Ministru jibgħat ħaddiema sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni ser jinvestiga dan il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'jistgħu jagħmlu persuni li għandhom esebiti fl-atti ta' inkjesti li kien qed imexxi l-Maġistrat Cuschieri li illum ġie elevat għal Imħallef peress li l-ebda maġistrat m'hu qed isegwi x-xogħol tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond l-istanding orders 27 (5), Mistoqsija Parlamentari ma tistax tkun maghmula b'tali mod li l-interpellant jitlob parir legali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fhiex waslet l-applikazzjoni li kienet saret sabiex jiġi nstallat lift fi Block B1, Housing Estate, Pieta`?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Taħt Skema V ta' l-Awtorita' tad-Djar, talba għal installar ta' lift fi blokki tal-Gvern tkun ikkunsidrata kemm il-darba dawn il-blokki jkunu fil-lokalitajiet tal-Kottonera, Kalkara, Floriana u Valletta jew f'lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex fejn fil-blokk tal-Gvern tkun tabita persuna b'diżabilita' ta' mobilita'.
Ninsab infurmat li fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant mhemmx persuna b'diżabilita' ta' mobilita' u għalhekk l-applikazzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata favorevolment.
Jista' l-Ministru jgħid x'jistgħu jagħmlu persuni li għandhom esebiti fl-atti ta' inkjesti li kien qed imexxi l-Maġistrat Cuschieri li illum ġie elevat għal Imħallef peress li l-ebda maġistrat m'hu qed isegwi x-xogħol tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif u meta ser tiġi attwata sentenza tat-Tribunal ta' l-Investigazzjoni ta' l-Ingustizzji tas-7 ta' Frar 2002 li tikkonċerna l-ħaddiema ta' Dar il-Mediterran?
Japprezza l-Ministru li issa għadda żmien konsiderevoli minn meta t-Tribunal afferma li huma kienu sofrew inġustrizzja u ta r-rakkmandazzjonijiet appożiti.
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-implimentazzjoni tas-sentenza tat-Tribunal qeghda tigi kkunsidrata.
Tribunal ta' l-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Ħaddiema ta' Dar il-Mediterran
Question
Jista' l-Onorevoli Ministru jispjega u jagħti dettalji ta' kif u meta ser jattwa sentenza tat-Tribunal ta' l-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji fis-7 ta' Frar 2002 konċernanti l-ħaddiema ta' Dar il-Mediterran. Japprezza il-Ministru li issa għadda żmien konsiderevoli minn meta t-Tribunal afferma li huma kienu sofrew inġustizzja u ta' r-rakkomandazzjonijiet appożiti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Kawżi maqtugħa
Question
Jista' l-Onorevoli Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji kontra xi dipartiment jew entita' governattiva u jagħti d-dettalji?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li minn meta twaqqaf it-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta’ Ingustizzji gew decizi 656 applikazzjoni.
Minn dawn 187 inqatghu favur Dipartimenti tal-Gvern u 203 inqatghu kontra, 113 favur entitajiet governattivi u 144 inqatghu kontra.
Kien hemm 9 applikazzjonijiet li kienu kemm kontra Dipartimenti tal-Gvern kif ukoll entitajiet governattivi. Minn dawn 6 inqatghu favur id-Dipartimenti tal-Gvern/Entitajiet Governattivi u 3 kontra.
B’kollox 306 favur Dipartimenti tal-Gvern/Entiatjiet Governattivi u 350 kontra.
Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ l-applikazzjonijiet decizi mit-Tribunal.
Jista' l-Onorevoli Ministru jispjega u jagħti dettalji dwar il-policy li qed jadepora fejn nies tiegħu qed jiġu kuntrattati lill-privat? Jista' jispjega min huma l-kuntratturi li qed jipparteċipaw f'din l-iskema? Jgħid kemm mill-ħaddiema fid-Dipartiment ġew assenjati? Jgħid taħt liema disposizzjoni ta' liġi jew regolament sar dan l-arranġament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-policy tkun addottata fil-każ ta' Public Private Partnership, hi li l-ħaddiema tal-Gvern qegħdin jiġu deployed ma' kumpannija jew konsorzju privat li jieħu r-risponsabbilta' tal-management tagħhom. Il-ħaddiema jibqgħu bl-istess kundizzjonijiet ta' impjieg li kellhom qabel id-deployment u f'ċerti każi l-ħaddiema jistgħu anki jibbenifikaw minn flexibility u/jew performance bonus.
Fir-rigward ta' l-ewwel ftehim li sar, il-konsorzju magħżul hu Environment Landscapes Consortium Limited, magħmul minn erba' kumpanniji: Peter Calamatta Garden Shop and Nursery Ltd., Dr Adrian's Garden Centre Co. Ltd., Green Supplies Ltd., u Polidano Environs Ltd.
In-numru tal-ħaddiema deployed mid-Dipartiment ta' l-Agrikultura hu 301.
Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, il-partiċipazzjoni ta' impjegati tal-Gvern f'din l-iskema qed issir skond ftehim milħuq mat-Trade Unions fil-31 ta' Ottubru 2002.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi stallat il-lift fi blk B1 Housing Estate Pieta' peress li r-residenti ta' dan il-Block ilhom żmien konsiderevoli li applikaw. (fl HAV I5/2000)
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq kostruzzjoni ta' lift shaft fi Blokk B1, Housing Estate Pieta' beda. Sadanittant ġie ordnat il-lift.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx offruta fond alternattiv għall-ħanut li qed jiġestixxi f'Pinto Wharf, Valletta? Jaf il-Ministru li s-sidien tal-ħwienet l-oħra kollha ġew akkomodati alternattivament minħabba l-proġġett tas-sea terminal?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' nies li applikaw għall-eżami għall-pulizija, ta' dawk li ġew aċċettati u xi kwalifiki kellhom dawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 254 applikant li wieġbu għas-sejħa għal applikazzjonijiet għal dħul fil-kors ta` taħriġ għal kuntistabbli rġiel u nisa li kienet ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta` Settembru 2002. Dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu ipproċessati.