Legislature:
Category:
Reset
Active:

Works division — Eżami ta' security guards

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jibgħat għal dawk il-ħaddiema li għaddew mill-eżami tas-security guards tal-works division li sar bejn Marzu u Mejju ta' l-2003? Jista' jagħti l-lista tal-ħaddiema ġodda li daħlu fid-diviżjoni tal-works division bħala security guards fil-perjodu ta' bejn Jannar 2002 sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikanti li għaddew mill-ewwel parti ta' l-eżami tas-Security Guard huma mistennija li jissejħu għat-tieni parti ta' l-eżami, li tikkonsisti f'intervista, fi żmien qasir. Il-postijiet vakanti jimtlew wara li joħroġ ir-riżultat finali. Ma kien hemm ebda ħaddiem ġdid li daħal fit-Taqsima tax-Xogħlijiet bħala Security Guard minn Jannar 2002 sa llum.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Principal Officer

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 21561, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-increment li ngħata f'Jannar 1994, ta' LM 126 kienx ifisser li fis-sena ta' qabel, 1993, ix-xogħol kien jagħmlu sodisfaċjentement? F'dak iż-żmien dan il-principal officer (administrative office) kien fuq skala nru 10 bħalma kienu l-principal officers (administrative officers) kollha, kemm-il step kellu meta kien fuq skala nru. 10? Dan il-principal officer kellu xi rapport kontra tiegħu li ġie infilżat fil-file personal tiegħu mingħajr ma dan kellu l-opportunita li jikkontestah sakemm dan jaħdem fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 22070 f'Seduta Numru 462.
Leg 9 PQ #18829 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JOHN ATTARD MONTALTO To: Ministeru ta' l-Intern

Rabat — Siġar tal-ħarrub

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment li fl-inħawi ta' Ħofriet ir-Rizz u Raba' Nemel, l/o Rabat jitqaċċtu siġar tal-ħarrub? Jista' l-Ministru jinformani jekk dan ix-xogħol huwiex kopert bil-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret minn uffiċjali mis-Sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fl-inħawi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ma ġiex innutat li tqaċċtu xi siġar tal-ħarrub. Peress li l-arei msemmija jkopru area estensiva jkun ta` għajnuna jekk l-Onor. Interpellant jispeċifika s-sit in kwestjoni.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbok jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtek? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema mpjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3457.
Leg 9 PQ #1571 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JOHN ATTARD MONTALTO To: Ministeru għall-Ambjent

Koperattiva ta' l-Indafa Pubblika — Kumitat/diriġenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kumitat u l-ogħla diriġenti tal-Koperattiva ta' l-Indafa Pubblika irriżenjawx? Jista' jgħid ukoll jekk hux veru li hemm telf ta' 'l fuq minn Lm400,000 u jekk il-membri ilhomx xhur ma jitħallsu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Koperattiva ta' l-Indafa Pubblika hija entita kummerċjali privata u għalhekk ma nħossx li għandi nagħti l-inofmrazzjoni mitluba.