Jogħġbu l-Prim Ministru jkun daqstant ġentili li jixtarr il-proposta li l-jum tad-9 ta’ Mejju, Jum l-Ewropa, jkun jum nazzjonali f’pajjiżna?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ċertament mhux il-każ li tiżdied Festa Nazzjonali oħra mal-5 Festi Nazzjonali li għandna. Jista’ jkun il-każ li jitfittex “consensus” dwar bdil fil-liġi li tistabilixxi l-Festi Nazzjonali.
Jaħseb il-Ministru li in vista ta’ sentenza riċenti tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija f’Marzu 2003, li ddikjarat li l-artiklu 581 tal-Kodiċi Kriminali jmur kontra d-drittijiet fondamentali tal-bniedem, li dan l-artiklu għandu jiġi emendat mill-aktar fis sabiex ma jibqax aktar jissussisti dan l-sitat ta’ illegalita’?
Response (BORG, TONIO)
L-artikolu 581 li għalih jirreferi l-Onorevoli Interpellant ser jiġi emendat ma` l-ewwel opportunita`.
Jaħseb il-Ministru li in vista ta’ sentenza mogħtija mill-qrati tagħna li ddikjarat li d-distinzjoni li l-Kodiċi Ċivili jagħmel bejn tfal leġittimi u dawk illeġittimi tmur kontra d-drittijiet fondamentali tal-bniedem, li dak l-artiklu partikolari għandu jiġi emendat mill-iktar fis sabiex ma tibqax isseħħ din l-inġustizzja f’isem il-ġustizzja?
Response (BORG, TONIO)
Qed jiġu ikkunsidrati diversi emendi għall-Kodiċi Ċivili li jolqtu diversi kwestjonijiet, inkluża l-liġi tas-suċċessjoni u il-kwestjoni sollevata mill-Onor. Interpellant.
Jaħseb il-Ministru li, in vista ta' diversi sentenzi li ddikjaw li diversi artikli tal-liġijiet tagħna (bħall-Kodiċi Kriminali u Ċivili) jmorru kontra u jiksru d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u li issa għaddew numru ta' snin minn fuq dawn is-sentenzi mingħajr ma tneħħew dawn l-anomaliji, għandux jiġi mwaqqaf kumitat permanenti, kompost minn ex imħallfin u rappreżentant ta' l-Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali u tal-Kamra ta' l-Avukati, sabiex ikun hu li jabbozza l-emendi neċessarji u b'hekk jiġi ffrankat ħafna ħin u trapass ta' żmien u ma jibqgħux dawn l-anomaliji fil-liġi tagħna?
Response (BORG, TONIO)
Dan hu proċess kontinwu li jiġi imexxi mill-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali, li wara li jgħarbel is-sentenzi indikati, ihejji l-abbozzi relattivi. It-tul ta` żmien mhuwiex iktar minn dak ta` pajjiżi li jkollhom sitwazzjonijiet simili.
Jogħġbu l-Ministru jitfa' ftit dawl fuq il-proposta li ssemmiet waqt seminar fil-bidu ta' Mejju 2003 dwar il-problema ta' cheques li ma jissarfux u l-proposta li ssir liġi 'ad hoc' biex tiġġieled din il-problema? Hemm fil-fatt xi ħsieb li ssir liġi dwar dan?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li diġa' saru kuntatti bejn is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Ekonomija u l-Bank Ċentrali biex jiddiskutu s-suġġett, inkluz jekk hemmx bżonn issir liġi dwar ċekkijiet li ma jissarrfux.
Single Programming Document — Finanzjar - Unjoni Ewropea
Question
Jogħġbu l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-abbozzar tas- Single Programming Document fejn Malta ser telenka l-proġetti ta' prijorita' li għalihom l-Unjoni Ewropea ser tintalab tikkofinanzja? Liema huma dawn il-proġetti?
Response (BORG, JOE)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru.
Jaħseb il-Ministru li għandu jkun projbit it-tipjip fir-ristoranti, b’mod partikolari f’dawk żgħar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' l-emendi li jridu jsiru fil-liġi dwar il-kontroll tat-Tabakk li tagħha sar l-ewwel qari fis-26 ta' Mejju 2003.
Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li l-artiklu 574A tal-Kodiċi Kriminali (li jitkellem dwar is-setgħa tal-Qorti li ex officio tiddeċiedi jekk l-avvert ta’ imputat kienx ġustifikat jew le) jidħol fis-seħħ? Jekk le, meta huwa maħsub li jidħol fis-seħħ?
Response (BORG, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali Numru 110/2003 tal-11 ta` April 2003 li jġib fis-seħħ b`effett mill-1 ta` Ottubru 2003, il-parti l-kbira ta` l-artikoli ta` l-Att ta` l-2002 li jemenda l-Kodiċi Kriminali li kienu għadhom ma nġibux fis-seħħ, fosthom l-artikolu 139 ta` l-istess Att li jintroduċi appuntu l-artikolu 574A fil-Kodiċi Kriminali.
Jista’ l-Ministru jekk jogħġbu jinformani jekk l-artikli tal-kodiċi kriminali li jittrattaw il-plea bargaining ġewx fis-seħħ jew le u f’każ li għadhom ma ġewx fis-seħħ, jista’ jgħid jekk wasalx il-mument li jidħlu fis-seħħ?
Response (BORG, TONIO)
Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-artikolu 108 tal-Att ta` l-2002 li jemenda l-Kodiċi Kriminali billi jintroduċi fl-istess Kodiċi l-artikolu ġdid 453A li jipprovdi għal sentenza fuq talba tal-partijiet. F`dan ir-rigward naghmel riferenza għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 44 f`din l-istess Seduta.
Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li tidħol fis-seħħ il-parti tal-Liġi tal-Probation il-ġdida li tittratta dwar il-community service?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa infurmat li ai termini tal-Avviż Legali 74 tal-2003, dik il-parti tal-liġi li rrefera għaliha daħlet fis-seħħ fl-1 ta` Ġunju 2003.
Valletta — Monument tifkira tal-Gran Mastru La Valette
Question
Jikkonsidra l-Ministru li ssir xi forma ta’ tifkira lill-Gran Mastru La Valette, forsi anke xi monument, peress li sal-lum ma jeżisti ebda monument, speċjalment fil-Belt Valletta li jfakkar lil din il-personalita’?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Japprezza l-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħdin infasslu l-proġetti u prioritajiet.
Jista' jkun aktar floku li l-proġett isir mill-Kunsill Lokali milli mill-Gvern Ċentrali.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienu l-klijenti ta’ l-ETC li bbenefikaw minn programmi ta’ l-UE (bħal Leonardo) u ġew mibgħuta għal perjodi ta’ taħriġ barra minn Malta, speċjalment dawk li huma bla xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-klijenti ta' l-ETC li bbenefikaw mill-programm tal-Leonardo da Vinci jammontaw għal total ta' 51. Dawn kienu maqsuma fi tliet gruppi matul l-aħħar tlett snin. 30 minnhom intbagħtu fis-sena 2000 filwaqt li l-21 l-oħra ser jintbagħtu din is-sena. Fosthom, hemm grupp ta' 15 il-persuna li jirreġistraw ma' l-ETC bħala unemployed.
i) 30 benefiċarju intbagħtu taħt il-kategorija ta' trainers fl-FAS International Consulting Ltd., fl-Irlanda. Dawn marru għal ġimgħatejn bejn Marzu 2001 u Diċembru 2002. Waqt l-exchange il-benefiċarji mit-Training Services Division ta' l-ETC irċievew informazzjoni u taħriġ dwar l-FAS apprenticeship training; il-kontenut tal-kors; kif wieħed jamministra kors; servizzi dwar id-diżabili kif ukoll interventi ma' l-unemployed.
ii) Żewġ gruppi ta' tlett persuni kull wieħed ser jakkwista esperjenza ta' ġimgħa bejn Novembru 2003 u Marzu 2004 fir-Reggio Emilia Childcare Centres, fl-Italja li huma magħrufa għall-faċilitajiet li għandhom biex iqegħdu tfal fiċ-ċentru ta' kull attivita'. Il-benefiċarji ser ukoll japprofittaw minn opportunita' biex jitgħallmu aktar dwar il-proċess pedagoġiku adattat minn dawn iċ-ċentri. Dan ser ikun ta' profitt minħabba li f'Malta għad ma hawnx standards relatati mal-preparazzjoni pedagoġika tal-ħaddiem f'dan is-settur.
iii) 15-il individwu li jirreġistraw bħala unemployed ma' l-ETC ser imorru għal 12-il ġimgħa ġo lukandi u ristoranti ta' kwalita' fl-Irlanda. L-iskop ta' dan il-proġett, ,i qiegħed isir f'kollaborazzjoni ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu, huwa biex dawn l-individwi jiksbu esperjenzi ġodda f'dan is-settur kif ukoll iżidu mal-possibiltajiet tagħhom li jsibu xogħol. Dawn il-placements ser jibdew fil-bidu ta' Settembru ta' din is-sena sa l-aħħar ta' Novembru ta' l-istess sena. Dan ifisser li kull benefiċarju ser jagħmel madwar tlett xhur jaħdem fl-Irlanda u meta jirritornaw Malta ser jiġu mogħtija ċertifikat kif ukoll xogħol b'kuntratt f'wieħed mill-hotels ta' kwalita' fi xtutna.
Jogħġbu l-Ministru jindika timeframe li matulu huwa maħsub li l-local plan tan-nofsinhar ta’ Malta (tal-MEPA) jkun lest?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-MEPA mistennija toħroġ id-draft tal- Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta għall-konsultazzjoni mal-pubbliku għal madwar Ottubru 2003
Wara s-suċċess miksub fil-“Move for Health” organizzata mill-Health Promotion Unit tad-Dipartiment tas-Saħħa, liema attivita’ saret fil-bidu ta’ Mejju 2003 u li fiha ħadu sehem kważi 100 ruħ, jaħseb il-Ministru li mixjiet simili fil-kampanja Maltija għandhom jibqgħu jiġu organizzati regolarmanet matul is-sena (barra s-sajf ovvjament)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa organizza l-mixja fil-kampanja dan ix-xahar (Mejju) sabiex isaħħaħ il-kuxjenza pubblika dwar l-importanza ta` l-attivita` fiżika għall-ħajja b'saħħitha u l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi marbuta ma` l-attivita` fiżika. Madankollu, l-istess dipartiment għamel appell sabiex jistieden lid-dipartimenti, setturi oħra fil-gvern u liċ-ċivil, il-media u ukoll lis-setturi privati biex huma ukoll jagħtu l-appoġġ, jieħdu azzjoni u joħolqu inċentivi ħalli tiżdied il-kultura ta` l-attivita` fiżika fost il-poplu Malti u Għawdxi.
Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa jinsab lest li jikkollabora ma` dipartimenti, kunsilli lokali, u setturi (kemm tal-gvern, kif ukoll tal-privat) li jixtiequ jaħdmu flimkien ħalli jinkiseb l-istess għan. Dan hu l-mod l-iktar sostenibbli li bih wieħed jista` jsaħħaħ is-saħħa pubblika fil-gżejjer Maltin.
Sadanittant, id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa lest li jibqa` jorganizza regolarment sa fejn hu possibbli l-mixjiet fil-kampanja Maltija matul is-sena.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika l-persentaġġ ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol dovuti għall-ħaddiema li waqgħu mill-għoli minn fost l-inċidenti kollha matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qeg[da tin;abar u risposta ser ting[ata f'xi Seduta o[ra.
Jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jindika kemm kienu l-inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol li ġew rapportati lill-awtorita’ tas-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol mill-1 ta’ Jannar, 2003 sal-lum u kif jipparaguna ruħu dan in-numru ma’ dawk ta’ l-istess perjodu tas-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieg[da tin;abar u risposta ser ting[ata f'xi Seduta o[ra.
Jogħġbu il-Ministru jara li tiġi installata crash barrier mill aktar fis possibli fil-by pass tal-Gudja, fiti qabel il-kappella ta' Bir Miftuħ mal-faċċata peress li ġraw għexieren ta' inċidenti b'karozzi li jkunu ġejin minn Ħal Luqa lejn il-Gudja jibqgħu deħlin fil-ħajt tar-razzett li hemm, bil-periklu li jintlaqat il-bidwi li jaħdem fir-razzett?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex tara x'l-aħjar li jsir.
Jogħġbu l-Ministru jikkunsidra li tiġi nstallata letter box fi Triq San Anard f'Tarxien (n-naħa ta' fuq ħdejn Triq id-Dejma) peress li l-eqreb letter box tinsab ħafna ħafna l-bogħod?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membri ġiet mgħoddija lill-Maltapost sabiex tiġi ikkunsidrata.