Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28903, 28955, 29115 u 29225 u jgħid jekk l-Enemalta għamlitx hedging agreement għax-xiri taż-żejt li jkopri s-sena l-oħra, din is-sena u s-sena d-dieħla? Jekk iva, kemm jivvaluta li kien f'miljuni ta' liri dak li ffrankat l-Enemalta fuq il-prezz taż-żejt kif inhu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta daħlet f'diversi Hedging Agreements dawn l-aħħar sentejn kif ukoll għas-sena kurrenti.
Minħabba li l-prezz taż-żejt jitbiddel kuljum, biex jagħmel il-kalkolu rikjest mill-Onor. Interpellant wieħed ikun irid jistenna l-għeluq tal-perjodu kollu biex ikollu l-parametri kollha tal-kalkolu.
Nippreċiża wkoll, kif għamilt diversi drabi f'dan il-Parlament, li dawn it-tip ta' strumenti finanzjarji huma aktar intiżi biex jiffissaw prezz f'suq volatili milli intenzjonati biex jiffrankaw il-flus għax fil-fatt wieħed jista' jitlef il-flus ukoll iżda jkun xtara "insurance" ta' prezz stabbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28903, 28955 u 29115 u jgħid jekk l-Enemalta għamlitx hedging agreement għax-xiri taż-żejt li jkopri s-sena l-oħra, din is-sena u s-sena d-dieħla? Jekk iva, kemm jivvaluta li kien f'miljuni ta' liri dak li ffrankat l-Enemalta fuq il-prezz taż-żejt kif inhu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28903 u 28955 u jgħid jekk l-Enemalta għamlitx hedging agreement għax-xiri taż-żejt li jkopri s-sena l-oħra, din is-sena u s-sena d-dieħla? Jekk iva, kemm jivvaluta li kien f'miljuni ta' liri dak li ffrankat l-Enemalta fuq il-prezz taż-żejt kif inhu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru wara l-inizjattiva u s-suġġerimenti tiegħi matul l-aħħar xhur għar-restawr tal-Knisja ta' Santa Ubaldeska f'Raħal Ġdid, u wara l-interess personali tal-Ministru nniffsu li ġie fuq il-post fuq talba tiegħi u wara x-xogħol fejjiedi li l-ħaddiema tal-ministeru tiegħu bdew jagħmlu fil-Knisja imsemmija, jispjega fid-dettall fhiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar s'issa u x'inhu x-xogħol li fadal isir minn issa 'l quddiem? Kemm intnefqu flus s'issa u kemm huwa maħsub li l-proġett kollu ser ikun jiswa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab inurmat illi l-faċċati tal-knisja l-antika kienu fi stat ħażin ħafna, bi kwantita’ ta’ ġebel kontinwament nieżel mill-faċċati. Għalhekk inħasset il-ħtiega li jitneħħa l-periklu u tiġi restawrata l-eqdem parti tal-knisja.
Il-faċċati tal-parti l-antika, s-sagristija u l-ġenb ta’ l-altar maġġur, ġew imnaddfa minn lega sewda fejn kien hemm l-aktar ħmieġ bioloġiku. Ġew ukoll imkaħħla l-fili kollha ta’ l-istess partijiet sabiex titnaqqas il-ħsara mill-ilma. Barra minn hekk sar bdil ta’ ġebel limitat fil-partijiet l-aktar deterjorati, filwaqt li ġew konsolidati partijiet li kienu fraġli permezz ta’ injezzjoni b’materjal magħmul mill-ġir. Ġie mneħħi wkoll zokklatura tal-konkos, ta’ madwar sular fuq wara tal-knisja sabiex il-ġebla setgħet terġa’ tieħu n-nifs.
Il-bjut tas-sagristija u anke tal-ġenb l-ieħor ġew mħallba tajjeb permezz ta’ taħlita tad-deffun sabiex nevitaw li jidħol ilma minnhom. Fuq il-bejt il-kbir ukoll sar xogħol ta’ tiswija fuq areas fejn kien hemm ħsarat fid-deffun.
Minbarra dan twaħħlu monitors fil-knisja sabiex jiġi stabbilit jekk il-konsenturi li hemm humiex stabbli jew għad hemm iċ-ċaqlieq. Dawn hemm bżonn li jiġu investigati fuq medda ta’ sena sabiex wieħed ikollu idea ċara tal-problemi strutturali. Huwa biss wara dan il-proċess li wieħed jista’ jibda jaħseb fuq kif nistgħu nieħdu azzjoni fuq il-problemi jekk dawn jeżistu.
Filwaqt li x-xogħol tar-restawr s’issa ġie jiswa Lm13,000, wieħed għadu ma jistax joħroġ figura għal xogħlijiet strutturali peress li ma nistgħux ngħidu għal issa x’ser ikun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28902 u jikkwantifika f'miljuni ta' liri Maltin kemm tiswa sija s-surcharge u sija n-nofs tas-surcharge bil-prezz taż-żejt kif inhu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li jekk wieħed jieħu l-prezzijiet taż-żejt ta' nhar 8 ta' Novembru 2007 li kienu Fuel Oil USD 522.00/MTon, Gas Oil USD 874.25/MTon u r-rata tad-dollaru 3.4074 is-surcharge hija kalkulata li tammonta għal 132%. Din tiswa Lm62 miljun (in-nofs jiġi Lm31 miljun).
Ta' min jinnota li s-surcharge hija maħduma abbażi tal-mudell ta' operat tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena li għaddiet 30/09/07. Il-mudell tas-surcharge irrid jiġi aġġustat biex jirrifletti l-operat għas-sena li tagħlaq 30/09/08.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28902 u jikkwantifika f'miljuni ta' liri Maltin kemm tiswa sija s-surcharge u sija n-nofs tas-surcharge bil-prezz taż-żejt kif inhu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28903 u jgħid jekk l-Enemalta għamlitx hedging agreement għax-xiri taż-żejt li jkopri s-sena l-oħra, din is-sena u s-sena d-dieħla? Jekk iva, kemm jivvaluta li kien f'miljuni ta' liri dak li ffrankat l-Enemalta fuq il-prezz taż-żejt kif inhu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għamlitx hedging agreement għax-xiri taż-żejt li jkopri s-sena l-oħra, din is-sena u s-sena d-dieħla? Jekk iva, kemm jivvaluta li kien f'miljuni ta' liri dak li ffrankat l-Enemalta fuq il-prezz taż-żejt kif inhu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonsidra dan is-suġġeriment li wasalli minn kostitwenti tiegħi li l-iskejjel ta' l-istat jibdew ikunu attrezzati b'fitness centres (fejn ikun jippermetti l-ispazju fiżiku) u dawn imbagħad jibdew ikunu miftuħin għall-komunita' wara l-ħin ta' l-iskola, anke bi ħlas żgħir simboliku?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed nieħu nota tas-suġġeriment ta' l-Onor. Kollega.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li z-zuntier tal-knisja ta' Kristu Re f'Raħal Ġdid ikun mogħni b'pavimentar ġdid u modern?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-pavimentar kif ukoll xogħlijiet oħra relatati maz-zuntier tal-Knisja ta' Kristu Re f'Raħal Ġdid huwa inkluż fil-programm ta' xogħlijiet għas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili li jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Guzeppi Agius, Paola, tiġi asfaltata fil-futur qarib, in vista tal-prijoritajiet ta' l-ADT f'dan ir-rigward u in vista ta' l-inkonvenjent kbir u sever li r-residenti tagħha ilhom isofru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-imsemmija triq ma tagħmilx parti mill-lista ta’ toroq li ser jinbnew mill-ADT sal-2008.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li wara iktar minn sena li jien stess irrimarkajt fuq dan, jitwaħħal kurċifiss fil-kamra fejn jiltaqa' l-Bord ta' l-Appelli tal-MEPA peress li sal-lum m'hemmx?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li għalkemm mhemmx kurċifiss imwaħħal mal-ħajt fil-Kamra fejn jiltaqa’ l-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), hemm kurċifiss espost fuq il-mejda ta’ l-istess Bord.
Jista' l-Ministru jara u jintervjeni sabiex Triq Kelinu Cachia, f'Hal Tarxien tiġi mnaddfa mmedjatament mill-ħafna ħmieġ, xewk, skart eċċ li hemm u li ilu hemm mhux ħażin u li qed jaffettwa ħażin il-kwalita' tal-ħajja tar-residenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi għalkemm it-tindif tat-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabbilita’ tal-Gvern Ċentrali, id-Dipartiment għas-Servizzi tal-Indafa ser jieħu passi sabiex dan l-inkonvenjent jitneħħa.
Il-Kunsill Lokali diġa’ gie mgħarraf sabiex iżomm it-triq imsemmija fi stat nadif.
Jista' l-Ministru ġentilment jara li Triq Kelinu Cachia, f'Hal Tarxien tiġi asfaltata jew jistax jgħid, imqar, meta huwa maħsub li din tiġi asfaltata tenut kont il-prioritajiet tal-Awtorita' dwar it-Trasport?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Kelinu Cachia hija nkluża fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-ADT sa l-2008.
Ix-xogħol fuq din it-triq isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-artikolu 12(1)(t) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jeżenta mit-taxxa kull assistenza finanzjarja, kif stabbilita mill-Qrati ta’ Malta jew kif miftiehem b’att pubbliku ta’ separazzjoni personali taħt l-awtorità tal-Qrati ta’ Malta, riċevuta minn xi individwu mingħand il-konjuġi relattiv mifrud jew mifruda għar-rigward tal-manteniment ta’ xi wild.
Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jara għala, minkejja x-xogħlijiet utili u fejjieda li qed isiru fi Triq Durrgħajsa, f'Paola, hemm familja (ta' John Bonello) fil-parti t'isfel ta' din it-triq, li ilha ma tista' toħroġ il-karozza tagħha minn ġol-garage tagħha għal iktar minn tliet xhur minħabba x-xogħlijiet quddiem dan il-garage, minkejja li jien infurmajt b'dan lill-Awtorita' dwar t-Trasport diversi drabi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT lestiet ix-xogħlijiet neċessarji fit-triq msemmija mill-Onorevoli Interpellant. L-ADT tibni t-triq skond il-livelli mogħtija mill-MEPA u hekk sar f’dan il-każ.
Il-bieb tal-garaxx ta’ din il-familja ma kienx skond il-livelli li ġew mogħtija mill-MEPA u għalhekk uffiċjali ta’ l-ADT għamlu diversi laqgħat ma’ din il-persuna u anke sarulu bosta proposti biex titaffa din il-problema u anke biex ikun jista’ juża l-garaxx.
Madankollu r-resident informa lill-uffiċjali ta’ l-ADT li ma ried li jsir xejn minn dak propost u li wara li jsir ix-xogħol “jagħmel fattih”.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi effetwat ħlas ieħor lid-depożitanti tal-Bical u kumpanniji oħra? B'mod partikolari, jista' jara għala persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadu qatt ma tħallas lura ċenteżmu meta l-ammont li kien iddepożita, u li allura jrid jitħallas lura, huwa wieħed żgħir ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kontrollur qiegħed jagħmel dak kollu possibbli fil-poter tiegħu biex din il-kwistjoni tiġi finalizzata fl-aktar żmien qasir sabiex il-likwidazzjoni tal-kumpaniji titkompla sal-finali u ssirdistribuzjoni ta’ dak kollu dovut fl-iqsar żmien possibbli.
Għar-rigward tal-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant, nissuġerixxi illi din il-persuna tikkunttatja dirett lilu sabiex dan jgħaddilu kopja tad-dokumenti kollha illi għandu f’idejh, sabiex il-Kontrollur ikun jista’ jivverifika u jagħti spjegazzjoni għaliex għadu qatt ma tħallas parti tal-flus lura.
Jista' l-Ministru jara li ċ-ċentru tas-saħħa f'Raħal Ġdid jingħata tindifa, fosthom anke tibjid u jinbidlu xi siġġijiet miskura peress li wasluli kummenti li hemm bżonn xogħol f'dan is-sens?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid , bħaċ-Ċentri tas-Saħħa kollha, qed jiġi mnaddaf regolarment minn kumpanija privata u s'issa qatt ma kellna rapporti la minn naħa tal-pubbliku u l-anqas minn naħa ta' min jieħu ħsieb dan iċ-ċentru li mhux qed jiġi mnaddaf sew.
It-tieni sular ta' dan iċ-ċentru ġie refurbished u beda jopera riċentement.
L-ewwel sular kien ukoll irranġat tliet snin ilu u sal-ġimgħa l-oħra sar xogħol ta' tibjid u żebgħa fuq dan is-sular.
Ma jirriżultax li hemm xi siġġijiet miksura.