Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2310 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — Interviews

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaleix għadha ma ġietx ippubblikata u meta se tkun ippubblikata l-lista bir-riżultat ta' l-interviews ta' l-għalliema li ggradwaw din is-sena u kif ġew klassifikati?

Response (GALEA, LOUIS)

Ir-riżultat tal-għażla wara is-sejħa għal għalliema fl-iskejjel tal-Gvern ġie pubblikat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u il-Ministeru informa lill-pubbliku b'dan bi stqarrija tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.
Leg 10 PQ #2328 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaż-Żabbar — Skola primarja Dr Frans Chetcuti - tfal li jużaw it-trasport

Question

Peress li dħejn l-iskola primarja ta' Ħaż-Żabbar Dr Frans Chetcuti lanqas biss pulizija ma jkun hemm meta jidħlu u joħorġu tt-fal; u peress li s-sitwazzjoni llum hi li dawk biss li jmorru bit-trasport provdut mill-gvern ikunu supervised; u peress li l-ġenituri tat-tfal iż-żgħar ma jużawx dan it-trasport minħabba li jqisuh perikoluż għat-tfal ċkejknin, jista' il-Ministru jgħid għalfejn tfal li jattendu din l-iskola u li l-ġenituri tagħhom jibagħtuhom bit-trasport li jħallsu għalih huma, mhux se jibqgħu jkunu supervised meta jaslu l-iskola u meta jiġu biex imorru lura d-dar?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #1944 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Tqassim ta' dqiq

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex id-dqiq li jingħata mid-dipartiment tas-saħħa lil nies b'allerġija għad-dqiq normali - li minnu dawn iridu jagħmlu l-ħobż - imbidel u l-kwalita' ta' dqiq li qed jingħata ma hux tajjeb għall-ħobż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa jipprovdi ħobż (diġa' maħdum), kif ukoll dqiq lill-pazjenti li jbatu mis-coeliac disease. Il-provisti jitqassmu kull xahar skond l-għażla li jkun għamel il-pazjent. Dan l-aħħar ġie mogħti kuntratt ġdid u inġiebet kunsinna ta' dqiq Gluten Free li jissodisfa l-kriterji u l-ispeċifikazzjonijiet kif ċertifikati mid-dietician tad-dipartiment. Infurmat mingħand id-dietician, l-għoti ta' taħlita ta' ħobż lest u dqiq biex jinħadmu l-prodotti msemmija hija adegwata u għandha tkun sodisfaċenti għall-bżonnijiet ta' dawn il-persuni.

Kordin — Proġetti - IPSE

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm imprendituri nisa li għandhom proġetti fl-inkubatur tal-buisness li l-IPSE għandhom f'Kordin (KBIC)? Jista' jgħid, x'inhu il-ġeneru ta' proġetti li qed jaħdmu fuqhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa llum, fil-KBIC ftit ġie irreġistrat interess minn imprendituri nisa b'potenzjal. Kien hemm biss xi rikjesti għal informazzjoni u xi laqgħat ma' nisa diġa fil-kummerċ. Il-KBIC ma irceviex applikazzjonijiet minn għand l-ebda mara. Il-klijenti tal-KBIC huma eliġibli għal kumpens fuq spejjeż ta' 'Child-care Services' professjonali, sa mhux aktar minn Lm1000 fis-sena, għaż-żmien li jagħmlu użu mill-KBIC. It-tipi ta' setturi li bħalissa huma koperti mit-'tenants' jistgħu jiġu kategorizzatti hekk: 'Information and communication technology', 'equipment design and development', 'renewable energy resources', 'biotechnology and advanced digital printing technology'.
Leg 10 PQ #1798 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors ta' ECDL

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kors ta' ECDL hux se jingħata bħala evening classes? Jekk iva, jista' jgħid f'liema lokalitajiet, ġranet u ħinijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-kors ta' l-ECDL se jerġa' jingħata bħala wieħed mis-suġġetti offruti mis-sezzjoni tat-Tagħlim ta' l-Adulti. Tant kienet qawwija d-domanda għal dan il-kors li saru sforzi biex jinstabu aktar għalliema biex jagħtu lezzjonijiet. Il-lezzjonijiet fl-ECDL se jingħataw kif ġej: Giovanni Curmi Higher Secondary Naxxar It-Tnejn 5:00 - 8:00 (klassi 1) It-Tlieta 5:00 - 8:00 (klassi 1) Il-Ġimgħa 5:00 - 8:00 (klassi 1) Maria Reġina Junior Lyceum Blata l-Bajda It-Tnejn 5:00 - 8:00 (klassijiet 2) It-Tlieta 5:00 - 8:00 (klassijiet 5) L-Erbgħa 5:00 - 8:00 (klassijiet 4) Il- Ħamis 5:00 - 8:00 (klassijiet 4) Il- Ġimgħa 5:00 - 8:00 (klassijiet 4) Is-Sibt 5:00 - 8:00 (klassijiet 4) I.C.T. Education Division Floriana It-Tnejn 12:30 - 2:30 (klassi 1) L-Erbgħa 12:30 - 2:30 (klassi 1) Il-Ġimgħa 12:30 - 2:30 (klassi 1) Ta' Paris Annexe Naxxar It-Tlieta 5:00 - 8:00 (klassi 1) L-Erbgħa 5:00 - 8:00 (klassi 1) Il-Ħamis 5:00 - 8:00 (klassi 1) Il-Ġimgħa 5:00 - 8:00 (klassi 1) SIS Centre Blata l-Bajda Il-Ġimgħa 9:00 - 11:00 (klassijiet 2) Il-Ġimgħa 11:00 - 1:00 (klassijiet 2) B'kollox se jkun hemm sebgħa u tletin klassi. Dawn minbarra l-klassijiet ta' 'Computer Awareness', Advance Computer Awareness' u 'Computer Studies'.
Leg 10 PQ #1414 Sitting 29 2003-09-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ċentru Malti ta' l-arbitraġġ

Question

In vista tas-sitwazzjoni finanzjarja taċ-ċentru Malti ta' l-arbitraġġ, jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux pjani li jagħlaq iċ-ċentru jew jekk hux se jgħaddilu s-subvention li kien wiegħdu?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern ma għandu ebda intenzjoni li jagħlaq iċ-ċentru, anzi ta` min isemmi li kien proprju fil-leġislatura l-oħra li dan beda jopera. Mhux biss, iżda bl-Att XXXI ta` l-2002 saru numru ta` emendi sabiex dan jiġi aġġornat maż-żminijiet u l-ħtiġijiet. Għalkemm ir-riżultati ma humiex kompletament sodisfaċenti fis-sens li n-numru ta` persuni li rrikorrew għall-arbitraġġ huwa żgħir, pero` l-Gvern huwa kommess sabiex isostnih u jissudah billi huwa post tajjeb fejn jiġu meħlusa aktar malajr pendenzi legali. Għalhekk għandhom jittieħdu numru ta` miżuri għal dan il-għan.
Leg 10 PQ #210 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Skrivani

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati li għamlu l-aħħar eżami għall-clerks maċ-Ċivil? Jista' jgħid kemm għaddew minnhom? Jista' jgħid kemm minnhom bdew jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1 f’Seduta numru 4 tat-28 ta’Mejju 2003. Sa issa ħadd minn dawk li għaddew ma ġie msejjaħ.
Leg 10 PQ #211 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Childcare centre - child minders

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ikun hemm child minders fiċ-childcare centre ta' l-Isptar San Luqa ġurnata b'ġurnata, jiġifieri kemm ikun hemm careworkers kull ġurnata partikolari - mit-Tnejn sal-Ħadd? Jista' jgħid il-ħinijiet li jaħdmu dawn iċ-child minders?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mit-Tnejn sas-Sibt in-numru ta' 'careworkers' ikun hekk: 10 'careworkers' jibdew il-ġurnata li 6 minnhom jispiċċaw fis-2.00pm u 4 jibqgħu sas-7.30pm. Nhar ta' Ħadd ikun hemm 6 'careworkers' li jispiċċaw fis-2.00pm u 4 jispiċċaw fis-7.30pm. B'kollox hemm 15 -il 'careworker' li 11 minnhom jaħdmu fuq roster ta CDODO (C: 7.00am sa 2.00pm, D: 6.45am sa 7.30pm) u 4 jaħdmu mit-Tnejn sas-Sibt mis-7.00am sa 2.00pm.
Leg 10 PQ #212 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Childcare centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid il-ħinijiet li jkun miftuħ iċ-childcare centre ta' l-Isptar Sun Luqa? Jista' jgħid in-numru ta' tfal li jibqgħu sa fil-għaxija? Jista' jgħid in-numru ta' child minders li jibqgħu sa fil-għaxija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 211.
Leg 10 PQ #213 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Nursery

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal li jattendu n-nursery ta' l-Isptar San Luqa ġurnata b'ġurnata, jiġifieri jgħid kemm ikun hemm tfal kull ġurnata partikolari, mit-Tnejn sal-Ħadd?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mit-Tnejn sal-Ġimgħa n-numru ta' tfal li jattendu ċ-'Child Care Centre' varja minn 20 sa 35. Pero s-Sibtijiet u l-Ħdud in-numru jinżel konsiderevolment. Tfal li jattendu ċ-Ċentru hemm miktubin b'kollox 55.
Leg 10 PQ #214 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Childcare centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-etajiet tat-tfal li jistgħu jattendu ċ-childcare centre ta' l-Isptar San Luqa? Jista' jgħid jekk ikunx hemm eċċezzjonijiet għall-eta' massima stipulata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li normalment jattendu tfal bejn sena u 3 snin, Eċċezjonijiet isiru wara talba li issir bil-miktub u permess jingħata kemm il-darba jkun hemm post.
Leg 9 PQ #38081 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Childcare centre

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 37861, jista' l-Ministru jgħid għalfejn hu personalment fetaħ iċ-childcare centre uffiċjalment jekk lanqas biss kienet għadha nħolqot struttura biex jitmexxa, liema struttura għadha ma nħolqotx minkejja li għaddew is-snin mill-ftuħ taċ-childcare centre? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk fetaħx iċ-childcare centre ta' l-AirMalta għax kien tlesta biss il-bini?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li kienet u għadha l-intenzjoni tal-kumpanija nazzjonali ta' l-ajru li ċ-Child Care Centre ikun funzjonabbli. Kif għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 37861, minn mindu ġie inawgurat dan iċ-Ċentru inqalgħu ċirkustanzi li xekklu l-progress fuq dan il-proġett.
Leg 9 PQ #37861 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Childcare Centre

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 37764?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li għad li l-bini tac-childcare centre spiċċa, xorta waħda trid tinħoloq struttura amministrattiva biex jitmexxa. Dawn l-ispejjeż iridu jiġu allokati bejn il-Kumpanija u dawk li qed jibbenefikaw mis-servizz. Għar-raġunijiet ovvji bħalissa ma kienx iż-żmien tajjeb biex il-linja ta' l-ajru iżżid l-ispejjeż tagħha. Il-proġett għadu hemm u pjan amministrattiv għalih jiġi mfassal fi żmien opportun.
Leg 9 PQ #37764 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Childcare centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn, minkejja li għadda ħafna żmien minn mindu l-Ministru ''fetaħ'' uffiċjalment iċ-childcare centre fl-Airmalta, dan għadu ma juffunzjonax?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Childcare — Skema ta' sussidju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'irid ikun id-dħul tal-ġenituri li jistgħu jibbenifikaw mill-iskema ta' sussidju fuq il-ħlas għaċ-childcare hekk kif imħabbra fil-budget?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 37334 f'Seduta Numru 823.
Leg 9 PQ #37303 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Senior Principals — Eżamijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għalfejn fl-aħħar eżami għal-senior principals il-kandidati ntalbu jiktbu isimhom minflok index number?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li wara r-rapprezentazzjonijiet li kienu saru, kien gie deciz li l-process ta’ l-ghazla ghall-hatra ta’ “Senior Principals” ma jibqax jiehu l-forma ta’ ezami tradizzjonali. Ghalhekk meta harget sejha ohra ghall-applikazzjonijiet fil-grad ta’ “Senior Principal” fl-1997, il-process ta’ l-ghazla ha l-forma ta’ “extended interview” li kien jikkonsisti f’diskussjoni bejn il-kandidati fi gruppi, rapport bil-miktub bl-Ingliz u iehor bil-Malti minn kull kandidat dwar id-diskussjoni u intervista individwali. Billi r-rapport bil-miktub kien parti integrali mill-process tal-“extended interview” u mhux ezami separat, ma kienx hemm lok li l-kandidati jinghataw “index number”. Il-proceduri li ntuzaw din id-darba kienu identici ghal dawk li ntuzaw fil-process ta’ l-ghazla ghall-hatra ta’ “Senior Principals” li sar fl-1997.

Child care centres — Ħruġ ta' liċenzji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm u liema huma c-child care centres liċenzjati li l-users tagħhom se jingħataw sussidju fuq il-ħlas? Jista' jgħid minn liema dipartiment tal-Gvern inħarġitilhom il-liċenzja? Jista' jgħid fuq liema kriterji tingħata il-liċenzja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern qiegħed fi proċess li joħloq l-istrutturi li jilliċenzjaw u jirregolaw iċ-child care centres. Dawk il-ġenituri li jibgħatu lit-tfal tagħhom f'dawn iċ-ċentri reġistrati jistgħu ikunu eliġibbli għal sussidju skond kriterji li qed jiġu mfassla.
Leg 9 PQ #36920 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħaż Żabbar — Bozoz maqtugħin

Question

Jista' il-Ministru jara li l-bozoz fi triq l-Għarar Ħaż Żabbar jinbidlu għax ilhom maqtugħin u minkejja li għalihom saru rapporti fit-8 u fl-14 ta' Ottubru mill-Kunsill baqgħu ma sarux allavolja dan in-nuqqas qed jikkawża ħafna periklu lir-residenti għax din hija area maqtugħa mill-kumplament ta' l-abitat?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #36935 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Childcare Centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal jattendu c-childcare centre ta' St Luke's Hospital? Jista' jgħid kemm hemm child-carers?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 51 tifel u tifla li jattendu ċ-childcare centre ta` l-iSptar San Luqa. Ma` dawn it-tfal hemm 15-il child carer.

Pulizija — Nisa

Question

Bħala Ministru responsabbli mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u responsabbli wkoll minn nisa, jista' il-Ministru jidħol fil-każ tal-grupp żgħir ta' pulizija nisa li ġew infurmati li ma jistgħux ikomplu jaħdmu fuq sistema ta' sigħat imnaqqsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. interpellanti li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tal-Korp tal-Pulizija huma regolati bl-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta u mhux bil-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg. Ninsab infurmat li b'dan kollu d-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta' għamel rappreżentazzjonijiet dwar il-każ ma' l-awtoritajiet tal-Pulizija.