Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2688 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SRE teachers

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li t-team ta' SRE Teachers li jiltaqgħu darbtejn fil-ġimgħa jingħataw premises permanenti minn fejn jistgħu joperaw? Dan jista' iservi wkoll bħala point of reference għall-ġenituri, għalliema, eċċ.?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ġiet identifikata kamra fis-sular t'isfel tal-Curriculum Centre, Furjana li qed tintuża minn Peripatetic Teachers tal-PSD. Saret talba biex isir refurbishment ħalli din il-kamra tkun tita' sservi aħjar bħala point of reference għall-għalliema, ġenituri, eċċ. Saret ukoll talba biex ikun hemm servizz ta' l-internet f'din il-kamra.
Leg 10 PQ #2689 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SRE teachers — Lap top computers

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħataw lap tops lil SRE Teachers billi dawn għandhom bżonnhom fil-qadi ta' dmirijiethom? Jista' jgħid jekk huwiex possibbli wkoll li dawn l-għalliema jingħataw unlimited access fuq l-internet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hi l-'policy' tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li 'laptops' jingħataw lill-għalliema tal-klassi primarja, lill-ICT peripatetic teachers, lis-Subject Co-Ordinators u lill-'complimentary teachers'. Rigward l-aċċess għall-internet, id-Diviżjoni qiegħdha tikkunsidra li tagħti dan l-aċċess fiċ-ċentri speċjalizzati.
Leg 10 PQ #54 Sitting 29 2003-09-22 Written · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors ta' Masters fil-Psikoġija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-kors ta' Masters fil-Psikoloġija mhux imniżżel fil-lista tal-korsijiet li l-Universita' ta' Malta qed toffri għas-sena akkademika li tibda f'Ottubru li ġej? Meta hemm il-ħsieb li jinfetaħ dan il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qiegħed jagħmel l-almu tiegħu sabiex jikseb il-fondi neċessarji ħalli il-kors jinfetaħ taħt 'open call' għall-numru limitat ta' psikoloġisti kull sena. In-numru huwa limitat għax il-kors jirrikjedi superviżjoni one-to-one, sabiex il-gradwat ikun kunsidrat li kiseb il-kompetenzi meħtieġa fl-aħħar tal-kors.

Żurrieq — Triq il-Kangu

Question

Peress li b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 252 dwar xogħol fi Triq il-Kangu,fiż-Żurrieq kien ġie ndikat li x-xogħol kien mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' Ġunju u peress li minn meta saret il-mistoqsija fid-9 ta' Ġunju sal-lum is-sitwazzjoni għadha kif kienet u x-xogħol ma tkompliex, jista' il-Ministru jindaga għaliex mhux qed jitkompla x-xogħol u meta hu maħsub li jitkompla u jitlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq qiegħed isegwi mill-qrib ix-xogħol li qed isir fit-triq imsemmija u fil-fatt ix-xogħol qed jerġa jitkompla. L-Awtorita dwar it-Trasport qed tkompli ssegwi mill-qrib dan il-proġett biex jiġi żgurat li x-xogħol meħtieġ jitlesta fl-inqas żmien possibli.
Leg 10 PQ #679 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Puluzija — Vettura miżmuma

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 336 in-numru tal- van ikkonċernat huwa KAN 179 u mhux TAN 179, għalhekk jista' il-Ministru jgħid kemm ilu miżmum mill-puluzija, u meta hemm il-ħsieb li jiġi rilaxxat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura msemmija mill-Onorevoli Interpellant hija suġġett ta` investigazzjoni kriminali u għaldaqstant mhux opportun li tagħrif dwar dan il-każ ikun pubblikat.

Djar ta' l-anzjani privati — Sodod mikrija

Question

Il-Gvern kien nieda skema fejn inkrew numru ta' sodod fi djar tal-anzjani fil-privat. Jista' il-Ministru jgħid i) liema djar intużaw? ii) Kemm kien hemm flus allokati u kemm intefqu minnhom? iii) Kemm ibbenefikaw anzjani kemm ilha li nbdiet din l-iskema? iv) Meta daħlu dawn l-anzjani u mil-liema rħula ġejjin? v) Hemm ħsieb li din l-iskema titkompla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema fejn inkrew sodod fi djar tal-anzjani fil-privat huma dawk immexxija mill-Care Services Ltd u mill-Care Malta Ltd. Il-flus allokati ghal dan il-programm hu Lm150,000 (5029 - Residential Care in Private Homes) li maghhom jizdiedu l-kontribuzzjonijiet ta' l-istess anzjani. S'issa ntefqu Lm149,750. In-numru ta' anzjani li bbenefikaw minn din l-iskema hu ta' 101. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tindika meta dahlu u minn fejn gejjien. Din l-iskema mistennija titkompla.
Leg 10 PQ #335 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Pazjenti — Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jieħdu LUSTRAL jew sostitut tiegħu taħt schedule V?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-introduzzjoni tal-mediċina Sertraline (Lustral) fil-Formularju tad-Dipartiment tas-Saħħa kienet diskussa waqt il-laqgħa tad-Drug and Therapeutics Committee f'April 2001. Din it-talba ma gietx irrakkomandata, għax kien meqjus li kien hemm diġa' varjeta` konsiderevoli ta' mediċini għall-kura tad-dipressjoni fil-formularju u li mhux possibli li jiġu nklużi l-mediċini kollha ta' din il-kategorija. Hemm 4,089 pazjent li qegħdin jieħdu b'xejn mediċini minn din il-kategorija. Il-mediċini ta' din il-kategorija jingħataw biss taħt Schedule V.
Leg 10 PQ #336 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Vettura miżmuma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu miżmum mill-pulizija il-van Landrover TAN 179? Meta hemm il-ħsieb li jiġi rilaxxat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi hemm xi vettura bin-numru tar-reġistrazzjoni TAN 179 li qed tkun miżmuma mill-Pulizija.

Żurrieq — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla t-twessiegħ ta' Triq il-Kanġu Żurrieq fejn il-Boundary Wall ġie mibni filwaqt li t-twessiegħ ma tlestiex u ma ngħatax wiċċ? Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir fir-rigward ta' traffic managment fi Blue Grotto Avenue Żurrieq flok ir-round about li tneħħiet? Ta' min jinnota li kif inhi fil-preżent it-triq qed toħloq periklu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' kif hija pjanata li ssir Blue Grotto Avenue flimkien ma' Triq il-Kanġu kantuniera magħha. Il-kulur aħdar muri fuq il-pjanta juri Triq il-Kanġu kif kienet oriġinarjament, qabel ma ġiet imwessa t-triq filwaqt li l-kulur blue juri kif hi pjanata li tiġi ffurmata triq il-Kanġu ma' Vjal Blue Grotto u kif ser jiġi mmexxi l-immaniġjar tat-traffiku. Il-kulur iswed fuq il-pjanta juri kif kienet it-triq qabel ma beda jsir ix-xogħol fiha. Jien infurmat li l-Junction mistennija titlesta sa' l-aħħar ta' Ġunju.

Residenti fi djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm residenti ġewwa San Vinċenz de Paule u d-djar l-oħra ta' l-anzjani (waħda b'waħda) li huma ġejjin minn; Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Safi, Kirkop, Għaxaq, B'Buġia u Marsaxlokk (separatament għal kull raħal)

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Ħal Għaxaq — Kamra tan-nar

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 37179 fuq il-karma tan-nar ta' San Ġużepp f'tal-Garda l/o Għaxaq, jista' il-Ministru jgħid x'rakkomandazzjonijiet kellu wara li hu rrefera l-każ lill-Awtorita' tat-Trasport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi wara saret spezzjoni fil-lokalita' mill-Awtorita' dwar it-Trasport irriżulta li hemm żewġ toroq illi jwasslu għall-kamra tan-nar. Peress illi ż-żewġ toroq huma outside development zone ser isiru diskussjonijiet ma' l-Awtorita' għall-Ambejnt u l-ippjanar biex ikun jista' jiġi deċiż x'l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #37139 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — M'Xlokk - Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu issa li l-ħajt ta' l-iskola primarja ta' M'Xlokk waqa'? Meta nbena dan il-ħajt? Min kien responsabbli meta nbena il-ħajt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħajt in kwistjoni nbena matul l-1998, taħt id-direzzjoni tal-Project Manager imqabbad mill-Kunsill Lokali. Il-ħajt qed jerġa jiġi ddisinjat b'mod aktar attrajenti. Għaldaqstant, ser titwaqqa' parti oħra perikoluża u ser jinbena b'mod aktar b'saħħtu.

Għaxaq — Twessigħ ta' triq

Question

B'referenza għal żewġ ittri li qed nippreżenta separatament dwar twessigħ ta' triq li tagħti għall-kamra tan-nar ta' San Ġużepp, f'Tal-Garda l/o Għaxaq, Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir f'dan il-każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt l-ittri ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex ikun jista' jiġi kkunsidrat x'l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #36087 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet — Waiting Lists

Question

Il-Ministru tas-saħħa kemm-il darba semma li qed isiru sessjonijiet ta' investigazzjonijiet u operazzjonijiet nhar ta' Ħadd u festi pubbliċi bil-għan li jitnaqqsu l-waiting lists, jista' il-Ministru jispeċifika f'liema taqsimiet qed isiru dawn l-investigazzjonijiet u operazzjonijiet u f'kull każ kemm qed isiru? Jista' jgħid kif tnaqqsu l-waiting lists f'dixxiplini diversi mqabbla ma' l-1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #36182 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Naxxar — Vjal 21 ta' Settembru

Question

B'referenza għall-file no 325/10/2000 u file no 130/4413/86, jista' il-Ministru jinforma meta l-bozoz li kien hemm ħdejn il-monument fi Vjal il-21 ta' Settembru Naxxar se jerġgħu jitwaħħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #36183 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

L-Isptar Mater Dei — Ċumnija

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'użu se jkollha ċ-ċumnija li għadha kif inbniet fl-isptar Mater Dei? Jista' jiżgura lill-Kamra u lill-pubbliku li din mhix ċumnija ta' inċeneratur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-imsemmija ċumnija hija struttura neċessarja f'dak li huwa magħruf bħala Utility Building (Block F) li jinkorpora fih installazzjonijiet mekkaniċi bħal boilers u generators. It-tul taċ-ċumnija (li huwa ta` 42 metru), kif ukoll il-kulur kienu t-tnejn approvati mill-MEPA fit-30 t'Awwissu 2000. Sptar Mater Dei se jkollu sistemi moderni ta` kif jiddisponi mill-iskart li jeskludu l-użu ta` inċineratur.
Leg 9 PQ #36184 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

MRI — Ħsara

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-ħsara li kien hemm fl-MRI? Meta hemm il-ħsieb li titranġa? U x'passi ttieħdu biex il-pazjenti jibqgħu jinqdew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-MRI unit waqfet taħdem kif avżat fis-27 ta` Settembru 2002 minħabba ħsara fis-sistema magnetica ta` din il-unit. Qegħda issir ħidma esstenzjali ta` tiswija tas-sistema. Fejn meħtieġ hemm arranġamenti speċjali biex pazjenti jista` jsirilhom MRI f'post ieħor f'Malta. Tul il-ġimgħat li ġejjin ser isiru extra sessions ta` MRI anke fil-Ħdud hekk kif l-MRI fid-dipartiment tar-Radjoloġija terġa` taħdem sewwa.
Leg 9 PQ #36207 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kopja ta' Ittra ta' Rakkomandazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija 34884 jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-imsemmija ittra ta' rakkomandazzjoni billi fir-risposta ma saret l-ebda referenza għaliha?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhux ser inpoġġi d-dokument fuq il-Mejda peress li t-tqegħid ta' kopja ta' l-ittra ta' rakkomandazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra jista' joħloq preċedent stante li korrispondenza bħal din mal-PSC hi meqjusa konfidenzjali.
Leg 9 PQ #36087 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Interim From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet — Waiting Lists

Question

Il-Ministru tas-saħħa kemm-il darba semma li qed isiru sessjonijiet ta' investigazzjonijiet u operazzjonijiet nhar ta' Ħadd u festi pubbliċi bil-għan li jitnaqqsu l-waiting lists, jista' il-Ministru jispeċifika f'liema taqsimiet qed isiru dawn l-investigazzjonijiet u operazzjonijiet u f'kull każ kemm qed isiru? Jista' jgħid kif tnaqqsu l-waiting lists f'dixxiplini diversi mqabbla ma' l-1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #35822 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 33918, jista' il-Ministru jinformani jekk hemmx aktar żviluppi fil-każ imsemmi? Jista' wkoll jinforma lill-Kamra jekk hemmx kawża l-qorti għaddejja u jekk le, meta hemm il-ħsieb li l-art involuta terġa' toħroġ għall-offerti?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` għedt fit-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33918, għalissa id-Dipartiment tal-Artijiet ma għandu l-ebda ħsieb li din l-art terġa` toħroġ bl-offerti. Ma hemm ebda kawża il-Qorti kontra il-Kummissarju tal-Artijiet rigward din l-art.