In vista tal-fatt li riċentement l-idea ta' faċilita' finanzjarja internazzjonali bħala għajnuna għal żvilupp kienet milqugħa tajjeb ħafna minn ħafna pajjiżi Ewropej, u anke in vista tal-fatt li l-Prim Ministru u Ministru tal-Finazni tal-Lussemburgu Jean Claude Junker qal li l-biċċa l-kbira tal-ministri tal-finanzi ta' stati membri ta' l-Unjoni Ewropea huma favur id-dħul ta' taxxa fuq il-pitrolju u/jew biljetti ta' l-ajru, u li huwa kien se jagħmel suġġerimenti biex taxxa bħal din tiddaħħal biex mid-dħul tiġi ffinazjata din l-għajnuna għall-iżviluppi, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk din il-proposta kenitx fuq l-agenda ta' l-aħħar laqgħa ta' l-ECOFIN? Jista' jgħid x'reazzjoni għandu l-Gvern tiegħu għal proposta bħal din, stante l-fatt li proprju ftit ġranet ilu pajjiżna diġa' kellu żieda sostanzjali fuq il-prezz tal-pitrolju u fuq it-taxxa għall-biljetti ta' l-ajru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 34066, jista' jgħid jekk l-applikanti kollha ssejħux għall-intervista? Jekk fin-negattiv, kemm kien hemm li ma sejħulhomx u għaliex? Min ħa d-deċiżjoni? Jista' jgħid dik id-deċiżjoni tistax tiġi kkontestata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
In-nomina ta’ uffiċjali pubbliċi biex jimtlew postijiet ta’ Diretturi u Diretturi Ġenerali ssir mis-“Senior Appointments Advisory Committee.”
Dan il-Kumitat jintervista biss lil dawk l-applikanti li jidhirlu hu skond l-applikazzjoni tagħhom. Applikanti li jkunu magħrufa mill-Kumitat mhux dejjem ikun hemm bżonn jiġu intervistati.
Kull uffiċjal pubbliku għandu dritt iressaq petizzjoni dwar ħatriet fis-Servizz Pubbliku, inklużi ħatriet f’karigi għola, quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku skond it-termini ta’ Sezzjoni 1.1.10 tal-“Public Service Management Code.”
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija 34088, ladarba d-direttorati li kien baqa' fi skala 5 ġew upgraded għal skala 4 minnħabba l-ħatra ta' l-assistenti diretturi, jista' jgħid 'il għala, bl-istess kriterju, id-direttorat tal-customer services f'Għawdex ma ġiex upgraded qabel, ladarba f'dan id-direttorat diġa kien hemm assistent direttur u tliet kapijiet oħra ta' sezzjoni fi skala 5? Jista' jgħid ukoll għaliex meta l-ewwel okkupant ta' din il-ħatra kien jagħmel talbiet għall-upgrading qatt ma ġie infurmat b'xejn, imma t-talbiet tiegħu kienu jiġu injorati għal kollox?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-każ tad-Direttorat tal-“Customer Services” f’Għawdex ma kienx differenti minn dawk ta’ Direttorati oħra fi skala 5 u li d-Diretturi li ħadu dik il-ħatra kienu applikaw minn rajhom għal dik il-pożizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta kienu nħolqu d-direttorati ta' l-office of review tad-diversi ministeri u l-għala dak ta' Għawdex inħoloq wara?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Id-direttorati ta’ l-“Office of Review” f’numru ta’ Ministeri nħolqu f’Ottubru 2000 mal-ħarġa taċ-Ċirkulari Nru OPM/37/2000 tas-6 t’Ottubru, 2000.
Dak iż-żmien ma nħassitx il-ħtieġa li għandu jkun hemm Diretturi ‘Office of Review” f’xi Ministeri nkluż dak t’Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-ex-direttur tal-customer services intgħażel biex jieħu l-ħatra diretta ta' direttur ta' l-office of review fil-ministeru għal Għawdex? Għaliex intgħażel huwa u mhux id-direttur tal-corporate services jew id-direttur tal-projects and development?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 34256 nhar l-24 ta’ Ġunju 2002 f’Seduta numru 760.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-mili tal-post ta' direttur corporate services fil-ministeru għal Għawdex? Kemm minn dawn ma ssejħux biex jersqu għall-intervista u għaliex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kien hemm 4 applikanti għall-pożizzjoni ta’ Direttur, Servizzi Korporattivi fil-Ministeru għal Għawdex.
Is-“Senior Appointments Advisory Committee” mhux obbligat jintervista l-applikanti kollha. Madankollu f’dan il-każ partikolari li l-ħatra eżistenti tagħlaq fit-28 ta’ Awwissu 2002, il-proċess ta’ l-għażla għadu ma bediex għax qed jiġu pproċessati ħatriet oħra.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija 34110, tista' l-Ministru tgħid fuq liema time-table huma mqassma l-40 siegħa li jaħdmu l-EU co-ordinator u l-customer co-ordinator? Jekk hux qed jittieħed kont meta dawn ma jsegwux din it-timetable u jaħdmu inqas? Jekk hux se jitħallsu meta jaħdmu extra u b'liema rata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li minħabba nnatura taxxogħol tażżewġ impjegati msemmija, ħafna drabi jaħdmu ħinijiet twal u rregolari. Nassigura lillOnor Interpellant li dawn luffiċċjali qed jaħdmu aktar minn 40 siegħa filġimgħa u ma jithallsux tassiegħat żejda li jaħdmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba sar safar mill-ambaxxaturi mhux residenti Maltin, bejn Settembru 1998 u Ġunju 2002? Liema pajjiżi żaru? Kemm kienet l-ispiża totali? Dawn l-ambaxxaturi jagħtu rendikont uffiċjali taż-żjarat li jagħmlu, u jekk iva, lil min?
Response (BORG, JOE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Dwar l-aħħar parti tad-domanda, dawn l-ambaxxaturi jaqgħu taħt ir-regolamenti tal-Gvern u għalhekk jagħtu rendikont finanzjarju uffiċċjali wara kull żjara li jagħmlu. Dan ir-rendikont jingħata lis-Segretarju Permanenti u wara jiġi mgħoddi lill-Awditur Ġenerali skond ir-regolamenti finanzjarji.
Jista' l-Ministru jinforma lil-Kama kemm swiet il-bidla sħiħa tas-sistema tat-telephones li saret lill-Ministeru? Minn fejn inxtrat is-sistema, kemm qamet, u kienx hemm aġenti involuti? Kemm hija l-ispiża rikorrenti ta' din is-sistema? X'inhuma l-vantaġġi ta' din is-sistema ġdida, fuq dik il-qadima?
Response (BORG, JOE)
Sa issa, l-bidla tas-sistema tat-telephones fil-Ministeru tiegħi swiet is-somma ta' LM2243.42, liema somma tkopri x-xiri ta' 28 apparat tat-telefon ġdid. Barra minn hekk, tħallas l-ammont ta' LM879.75 li jkopri l-kera tas-sistema għax-xhur ta' Mejju sa Lulju 2002.
Is-sistema ma nxtratx, imma nkriet mingħand l-Allcom Limited, li hija sussidjarja tal-Maltacom plc, għal sittin xahar, bl-għażla ta' xiri wara dan il-perijodu. Ebda aġent ma kien involut fl-innegozjar tat-transazzjoni.
L-ispiża rikorrenti għall-kiri tas-sistema hija ta' LM293.25 fix-xahar.
Qabel ma qaleb għal din is-sistema (li jgħidulha ISDN), il-Ministeru għamel cost and savings analysis, u minnu rriżulta li b'din is-sistema l-ġdida, il-Ministeru huwa mistenni illi jiffranka l-flus, speċjalment fejn tidħol il-kera ta' linji diretti installati, li għalihom titħallas is-somma ta' LM52 fis-sena għal kull linja. Ta' min inżid illi l-PABX kienet qdiemet meta komparata mat-teknoloġija tal-lum, u għalhekk kellha tinbidel xorta waħda.
Minbarra l-vantaġġ finanzjarju, wieħed jista' jsemmi li bis-sistema ISDN, l-uffiċċjali jistgħu jintlaħqu direttament aktar malajr, peress illi s-sistema taħdem permezz ta' pooling ta' linji diretti, minnflok linja iddedikata għal persuna waħda jew grupp żgħir ta' uffiċċjali. Naturalment, dan ifisser ukoll illi l-uffiċċjali jiksbu s-servizz ta' linja diretta b'faċilita' akbar għaliex m'għandhomx għalfejn joqgħodu jistennew sakemm il-linja tat-telefon diretta tkun libera.
Faċilita' oħra tas-sistema, meta paragunata ma' dik qadima, hija l-ħeffa u l-kwantita' ta' data li tista' tiġi trasferita, faċilita' illi s-sistema konvenzjonali ta' telefonija li kellna qabel ma kellhiex.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif jitqassam l-ispiża tal-vot allokat għas-servizzi fi ħdan il-Ministeru ta' l-affarijiet barranin? Jista' jinforma l-Kamra jekk f'dawn l-aħħar ġimgħat, xhur jew fl-aħħar tlett snin, sarux xi abbużi minn dan il-vot, fis-sens li saru ħlasijiet li suppost jidhur taħt voti rikorrenti oħrajn? F'kull każ jistgħax jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikonti tal-vot?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant dwar kif titqassam l-ispiża tal-vot allokat għas-servizzi fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin hija dik li tidher ippubblikata fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern ta' kull sena.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hija prassi aċċettabbli li jiġu spustjati flejjes minn line item tal-Vot għall-ieħor, basta dan isir f'ċirkostanzi u skond proċeduri stabiliti u bil-permessi meħtieġa fejn neċessarju. Meta dan l-ispustjar iseħħ mingħajr il-permessi meħtieġa, tinħoloq irregolarita'. F'każijiet bħal dawn, normalment ikun l-istess Awditur Ġenerali li jirrimarka fuq din l-inċidenza. Jiena nfurmat illi ma kienx hemm rimarki ta' dan it-tip mingħand l-Awditur Ġenerali f'dawn l-aħħar tliet snin.
Affarijiet Barranin — Xogħol Dimplomatiku - Ajruplan Privat
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn Settembru 1998 sal-lum kemm-il darba ntuża ajruplan privat imħallas minn fondi pubbliċi sabiex issir xi laqgħa konnessa ma' xogħol diplomatiku tal-Ministeru tiegħu? Kien hemm drabi li fihom saru vjaġġi permezz ta' l-ajruplan Concorde? Kemm kienet tammonta l-iżpiża f'kull każ? Min kienu l-membri tad-delegazzjonijiet li għamlu użu minn dan is-servizz u x'kien ir-rwol ta' kull wieħed minnhom fid-delegazzjoni?
Response (BORG, JOE)
Il-Ministeru ma juża ebda ajruplan privat biex iwettaq ix-xogħol tiegħu. Ikun hemm każi iżda meta jien u xi uffiċċjali mill-Ministeru tiegħi vjaġġajna b'ajruplan privat bħala parti minn delegazzjonijiet uffiċċjali mmexxija mill-Prim Miinistru u f'okkażżjoni waħda mill-Eċċellenza Tiegħu il-President. F'dawn il-każi l-arranġamenti jsiru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ma kien hemm l-ebda vjaġġ permezz ta' l-ajruplan Concorde.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' l-ispiża totali li ntnefqet mill-ministeru għall-ħlas ta' allowances ta' servizz mediku u dentali għall-perijodu Settembru 1998 sa Mejju 2002?
Kemm-il darba fl-istess perijodu ġie awtorizzat ħlas għal servizz ta' ajruplan jew helicopter ambulanza u f'kull każ kemm kienet l-ispiża?
X'inhi l-politika tal-Ministeru għall-ħlas ta' servizz bħal dan?
Kemm kien hemm talbiet għall-ħlas ta' allowances ta' servizz mediku u dentali li ġew rifjutati u kemm kien l-ammont ta' flus li kellu jiġi rifond lura mill-Ministeru matul l-istess perijodu?
Kemm tammonta l-ispiża mħallsa lura għal talbiet magħmula minn ambaxxaturi ras għal ras meta mqabbla ma' l-ispiża mħallsa lura lill-uffiċjali l-oħra diplomatiċi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterju l-ex-direttur tal-customer services fl-uffiċċju tal-Ministeru ta' Għawdex intgħażel biex jieħu l-ħatra diretta ta' direttur ta' l-office of review fl-istess ministeru?
Għaliex intgħażel huwa u mhux id-direttur corporate services jew id-direttur projects and development?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-post ta’ Direttur, “ Office of Review”, fil-Ministeru ta’ Għawdex imtela’ mill-ex Direttur tal-“Customer Services” għaliex hu kien l-aktar persuna addattata u idonea biex timla dan il-post il-ġdid fl-istess livell.
Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterju l-ex-direttur tal-customer services intgħażel biex jieħu l-ħatra diretta ta' direttur ta' l-office of review fil-ministeru ta' Għawdex? Għaliex intgħażel huwa u mhux id-direttur corporate services jew id-direttur projects and development? Liema xogħol qegħdin jagħmlu ż-żewġ uffiċjali Skala 5 mad-direttorat ta' l-office of review f'Għawdex? Dawn iż-żewġ uffiċjali meta jgħalqilhom il-kuntratt? X'inhuma l-ħinijiet li suppost jaħdmu u minn liema vot qegħdin jitħallsu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmilha lill-ministru koncernat.
Iz-zewg ufficcjali li ghalihom l-Onorevoli Nterpellant ghamel referenza huma assenjati l-posizzjoni ta’ EU Co-ordinator u Customer Care Co-ordinator rispettivament. Il-kuntratt ta’ dawn l-ufficcjali jaghlaq fit-23 t’Ottubru 2004. Huma jahdmu fuq bazi ta’ 40 siegha fil-gimgha u mistennija li, f’perjodi kritici, jahdmu sighat itwal u jipprovdu support f’hinijiet mhux normali.
Dawn jithallsu mill-vot tas-Segretarjat Permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tammonta l-ispiża lill-ministeru għal xiri ta' bandieri ta' pajjiżi barranin matul il-perijodu bejn Settembru 1998 u April 2002? Kemm kien hemm inċidenti ta' ħsarat jew serq ta' bandieri matul l-istess perijodu? Kemm kienet l-ispiża totali? Kemm-il darba ġew infurmati l-pulizija b'każi ta' telf ta' bandieri u x'kienu r-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet?
Response (BORG, JOE)
L-ispiża għal xiri ta' bnadar ta' pajjiżi barranin għall-perjodu minn Settembru 1998 sa April 2002 kienet tammonta għal LM9,623.80. Kien hemm rapport wieħed biss ta' serq ta' żewġ bnadar li jammontaw għal LM36.95, li seħħ bejn it-8 u l-10 ta' Mejju 2001 u li ġie rrapportat lill-pulizija fl-10 ta' Mejju 2001. Dwar ir-rizultati tal-investigazzjoni tal-puluzija fuq dan il-kaz, l-Onorevoli Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Affarijiet Barranin — Bieb Prinċipali miftuħ matul il-lejl
Question
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'kien ir-riżultat ta' l-inkjesta ministerjali - jekk saret - wara li f'Ottubru 2001 il-pulizija kienet sabet il-bieb prinċipali tal-ministeru miftuħ f'nofs ta' lejl?
Response (BORG, JOE)
Jiena nfurmat illi mill-indagini interni li kienu saru dak iż-żmien, irriżulta li l-bieb prinċipali tal-Ministeru tħalla miftuħ b'nuqqas ta' ftehim minn naħa ta' l-uffiċċjali nkarigati. L-uffiċċjali involuti ġew imwissija verbalment, u minn dakinhar ittieħdu prekawzjonijiet biex ikun hemm iżjed attenzjoni għas-sigurta' tal-bini.
Jista' l-Ministru jgħid minn fost l-impjegati kollha li hemm fil-ministeru u d-dekasteri tiegħu, kemm hemm minnhom li għandhom mobile phone pprovdut mill-gvern? X'inhija l-ispiża totali (kapitali) tal-ministeru għal dan is-servizz ċellulari u kemm kienet l-ispiża tal-konsum fuq bażi ta' 12-il xahar għas-sena 2001?
Ministeru għal Għawdex — Customer Services - Direttur
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex għaddew aktar minn erba' xhur minn meta għalqu l-applikazzjonijiet għal mili ta' kariga ta' direttur tal-customer services fil-ministeru għal Għawdex u l-intervisti għadhom ma sarux? Jista' jgħid meta se jsiru? Jista' jgħid jekk b'dan id-dewmien huwiex jinkiser il-quality service charter ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-intervisti għall-mili tal-post ta’ Direttur tal-“Customer Services” fil-Ministeru għal Għawdex issa saru.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju kien ġie upgraded id-direttorat tal-customer services fil-ministeru ta' Għawdex, minn skala 5 għal skala 4?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
F’April tas-sena 2001, wara l-ħatra għall-ewwel darba ta’ l-Assistenti Diretturi fi skala ta’ salarju 5, it-tlettax il-pożizzjoni ta’ direttur li kienu baqgħu fi skala 5 ġew kollha “upgraded” għal skala 4 u b’hekk ma baqa` l-ebda Direttur fi skala 5.
Id-direttorat tal-“customer services” kien wieħed minn dawn it-tlettax.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fil-ministeru tiegħu li huma mpjegati fuq contract basis? Jista' jagħti lista ta' dawn l-impjegati, jgħid x'inhu x-xogħol li għandhom meta ġew impjegati u meta jispiċċa l-kuntratt ta' kull wieħed minnhom? Hemm min ħa promozzjoni waqt li jinsab b'kuntratt?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.