Jista' il-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża tal-Gvern fuq kull klandestin kull ġurnata? Kemm-il darba l-klandestini jingħataw jieklu u jixorbu kuljum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-klandestini jiġu servuti bl-ikel tlett darbiet kuljum, kif ukoll te` jew kafe. Barra l-ilma tal-vit, kull min jitlob jingħata wkoll ilma tal-flixkun. Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid, ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa għal dawn il-klandestini.
Klandestini — Kwartieri ġenerali tal-pulizija - Furjana
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm qegħdin jinżammu klandestini fiċ-ċentru tad-detenzjoni fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija, Furjana? Jista' il-Ministru jgħid kemm ilhom f'dan iċ-ċentru l-klandestini?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 133 immigrant illegali fiċ-ċentru ta` detenzjoni fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Floriana. Minn dawn, 75 ilhom minn Settembru 2002, filwaqt li l-oħrajn ilhom minn Ġunju ta` din is-sena.
Jista' il-Ministru jikkonferma li ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet maħruġa mill-pulizija f'dawk il-lokalitajiet li m'hemmx delega biex titħaddem is-sistema ta' l-infurzar tal-liġi permezz tal-gwardjani lokali ma jidħlux fid-database tal-local enforcement system (LES) u b'hekk m'hemmx restrizzjonijiet fuq it-tiġdid tal-liċenzji tal-vetturi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fejn m`hemmx delega tal-infurzar tal-liġi permezz tal-gwardjani lokali, iċ-ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet maħruġa mill-Pulizija ma jidħlux fid-database tal-Local Enforcement System. Qed isiru diskussjonijiet sabiex dawn jidħlu.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-uniformijiet il-ġodda ta' l-uffiċjali tal-korp tal-pulizija ħarġu difettużi kif ġie rrapportat dan l-aħħar fuq il-ġurnal l-Orizzont?
Response (BORG, TONIO)
Dwar dak li ġie irrapurtat fil-ġurnal imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, ninsab infurmat illi huwa minnu li l-qomos mogħtija f`dawn l-aħħar issues kienu itwal minn kif ikunu l-qomos fin-normal. Pero` dan mhux ikkunsidrat bħala difett minn naħa tal-kuntrattur. Dan sar proprju fuq talba tal-Korp stess. Inserraħ ras l-Onorevoli Interpellant illi kull meta irriżulta li kien hemm uniformijiet difettużi jew mhux skond l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija, dawn ġew irritornati lill-kuntrattur sabiex jirrimedja.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi tibdiliet strutturali fit-Taqsima ta' l-Immigrazzjoni tal-MIA biex jiġu akkomodati r-regolamenti ta' Shengen? Jekk iva, fiex jikkonsisti dan it-tibdil strutturali?
Response (BORG, TONIO)
Meta Malta tkun parti mis-sistema ta` Schengen, ikun neċessarju illi l-istruttura fl-ajruport tkun skond dak li huwa definit mill-proċeduri stabbiliti. Huwa għaldaqstant neċessarju illi jsiru dawk it-tibdiliet strutturali biex jiġi aċċertat illi passiġieri li jkunu ġejjin minn pajjiżi li huma parti mix-Schengen area, ma jitħalltux ma` dawk illi jiġu mill-area barra mix-Schengen, jew vice versa. Dan irid isir b`mod u manjiera ukoll, illi anke dokumenti ma jkunux jistgħu jinbidlu, minn area għal oħra. Studju u pjanijiet għal dan it-tibdil strutturali, diġa` sar mill-MIA.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti każi ta' serq matul April 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul April 2003 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 86 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Mejju 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti każi ta' serq matul Mejju 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Mejju 2003 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 80 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex (minn fejn tinġabar l-istatistika) lokalitaż b'lokalita', fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sal-31 ta' Mejju 2003) Jista' il-Ministru jikklassifika r-reati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex (minn fejn tinġabar l-istatistika) lokalita' b'lokalita', fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sal-31 ta' Mejju 2003)? Jista' il-Ministru jikklassifika s-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Jannar 2003? Jista' il-Ministru jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti każi ta' serq matul Jannar 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi matul Jannar 2003 il-Pulizija solviet 74 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Jannar 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Jannar 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Jannar 2003 kien hemm 255 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Frar, 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti każi ta' serq matul Frar 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Frar 2003 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 76 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Frar 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Frar 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Frar 2003 kien hemm 166 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Marzu 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti każi ta' serq matul Marzu 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi matul Marzu 2003 il-Pulizija solviet 78 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Marzu 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Marzu 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Marzu 2003 kien hemm 133 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33011 tal-24/4/2002 u għar-risposta tad-29/4/02, jista' il-Ministru jikkonferma li l-gvern huwa l-proprjetarju assolut ta' blokk 1, Government Flats, Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ u jekk l-inkwilini jistgħux jixtru l-proprjeta' li qegħdin jokkupaw bħala residenza u dan fl-isfond ta' ittra tal-11/2/2003 li qegħda tiġi mehmuża ma' din l-interpellanza u li qegħda tintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara investigazzjoni iktar bir-reqqa li saret mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern jirriżulta li mhix l-art kollha li fuqha nbena il-Blokk Numru 1, Government Flats, Triq Sciortino, Ħaż Żebbuġ hija tal-Gvern b`titolu assolut. Fil-fatt parti minn din l-art qiegħda għand il-Gvern b`titolu ta` pussess u użu u għalhekk, għalissa ma jistax isir il-bejgħ tal-flats li hemm mibnija fuq din l-art.
Wara l-emendi li kien ressaq il-Gvern għall-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, u li daħlu fis-seħħ aktar kmieni din is-sena, it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern bħalissa qed tagħmel eżerċizzju sabiex, b`mod gradwali, proprjeta` li qiegħda għand il-Gvern taħt pussess u użu tiġi ikkonvertita b`xiri assolut a bażi ta` dikjarazzjoni tal-President tar-Repubblika li permezz tagħha il-Gvern isir is-sid assolut mal-ħruġ tal-imsemmi dikjarazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac triq ġdida fi Triq il-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ, liema triq għalkemm hija sekondarja għadha ma tistax tinħadem mill-kunsill lokali għaliex għadhom ma sarux l-ewwel servizzi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Aworita' dwar it-Trasport qegħda tħejji program għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkun qed jirriżulta minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38406 u cioe' jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-liċenzji kollha relattivi għan-negozju li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nistieden lill-Onor. Membru jindika, anki b’mod kunfidenzjali għaliex qed jitlob dan it-tagħrif.