Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #380 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati mal-Gvern — Skema għall irtirar kmieni

Question

Hemm xi ħsieb li impjegati tal-gvern jiġu offruti xi skemi biex jirtiraw mill-impjieg pubbliku qabel jilħqu l-eta' tal-pensjoni? Fil-każ li iva, x'tip ta' skemi se jiġu offruti u liema impjegati se jkunu ntitolati japplikaw għalihom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Ftehim Kolletiv tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku jagħmel provvediment biex il-Gvern u l-Unions jesploraw il-possibilta` ta’ irtirar qabel l-eta` tal-pensjoni f’każi ta’ “under-utilisation” jew xogħol li jkun eċċezzjonalment iebes jew stressanti. Ninsab infurmat li għadu kmieni biex wieħed jagħti tagħrif dwar dawn l-iskemi.

Paga minima — Familji Maltin u Għawdxin

Question

Kemm hawn familji li d-dħul tagħhom huwa taħt il-paga minima, kemm għandhom tfal u x'persentaġġ huma dawn il-familji mit-total kollu tal-familji Maltin u Għawdxin? F'liema lokalitajiet jgħixu dawn il-familji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieg[u lill-Ministru kkon/ernat.
Leg 10 PQ #382 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Għalliema barranin

Question

Kemm hemm persuni ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni bħala għalliema full-time, part-time, jew casuals? Minn liema pajjiżi huma? X'suġġetti jgħallmu? Fuq liema kriterji u b'liema kwalifiki ġew appuntati? X'inhi l-pożizzjoni legali tagħhom f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li persuni ta' nazzjonalita' barranija li jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Edukazjoni bħala għalliema huma tnejn. Dawn huma għalliem ta' nazzjonalita' Rumena li jgħallem l-Ispanjol bi grad ta' Għalliem Temporanju u għalliem ta' nazzjonalita' Tedeska li jgħallem it-Tedesk bi grad ta' 'Supply Teacher'. Il-Board li ntervistahom sab li kellhom kwalifiki biżżejjed biex ikunu eliġibbli u ġew impjegati peress li ma kienx hemm għalliema Maltin disposti biex jgħallmu s-suġġett tagħhom.

Kumpanniji b'investiment pubbliku — Impjegati ġodda

Question

Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija b'kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Konsulenti — PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mal-PBS, f'liema qasam, x'inhu x'xogħol tagħhom u xi ħlasijiet, allowances u perks oħra jieħdu bħala konsulenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-prezent il-PBS Ltd. timpjega zewg konsulenti fuq bazi ta’ kuntratt definit: wiehed Konsulent ghall-Bord tal-PBS u l-iehor huwa Marketing Consultant. Ta’ l-ewwel jaghti pariri professjonali dwar: l-implementazzjoni tar-riformi u ristrutturar li hemm bzonn fil-kumpanija biex din tilhaq il-livelli mehtiega biex tkun vijabbli, strategija ta’ komunikazzjoni, thejjija ta’ skeda ta’ programmi ghar-Radju u t-Televizjoni, programmi ta’ tahrig ghall-impjegati u huwa wkoll membru tal-Bord Editorjali. Il-Konsulent l-iehor huwa responsabbli biex ihejji pjan ta’ marketing ghall-approvazzjoni tal-Bord biex wara jiehu f’idejh ukoll l-implementazzjoni ta’ l-istess pjan. Huwa wkoll responsabbli ghall-hlas tan-nies li jahdmu direttament mieghu, jara li l-bookings kollha ta’ l-airtime isiru skond il-procedura tal-kumpanija, jigbor il-hlas dovut u johrog l-ircevuti. Jaghmel rapport kull xahar dwar il-bejgh li jsir u jaghti pariri dwar x’ghandu jsir biex jittejjeb il-qasam tax-xoghol li tieghu hu responsabbli. Kif diga ntqal f’okkazjoniet ohra informazzjoni dwar hlasijiet hija ta’ natura kummercjali, u allura mhux fl-interess tal-PBS li jsiru pubblici.
Leg 10 PQ #309 Sitting 8 2003-06-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema — Taqsima ta' l-Awditjar u Investigazzjonijiet

Question

Kemm hemm persuni jaħdmu fit-Taqsima ta' l-Awditjar u Investigazzjonijiet Interni? X'karigi għandhom? X'inizjattivi ħadu matul is-sena 2002 u 2003 s'issa u f'liema ministeri u dipartimenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett appendiċi li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Inizjattivi inter-Ministerjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema oqsma għaddejjin inizjattivi inter-Ministerjali li hu qiegħed jikkordina?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-esperjenza turi li minn ]mien g[al ]mien ikun hemm diversi inizjattivi li jinvolvu ko-ordinazzjoni bejn numru ta' Ministeri u g[alhekk ing[atat lili r-responsabilita' g[all-ko-ordinazzjoni me[tie;a. Il-Ministeru qieg[ed jibni l-kapa/ita' amministrattiva biex ikun jista' jaqdi din il-funzjoni.
Leg 10 PQ #311 Sitting 8 2003-06-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni tal-Edukazzjoni — Vakanzi

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista sħiħa tal-vakanzi li jeżistu fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni f'dawn il-livelli: a)Diretturi, b)Assistenti diretturi, c) Uffiċjali edukattivi d)Kapijiet, e)Assistenti kapijiet? Jista' il-Ministru jgħid f'liema oqsma jeżistu dawn il-vakanzi u meta hemm il-ħsieb li jimtlew?

Response (GALEA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru, li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #312 Sitting 8 2003-06-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programmi ta' ħidma tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għas-sena 2002 u 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li ningħata t-tagħrif meħtieġ biex inkun nista nagħti Tweġiba f'xi Seduta oħra.

Kontijiet pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2003 kemm kien hemm każi pendenti ta' persuni li kellhom kontijiet x'jagħtu a) lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u b) lid-Dipartiment tal-VAT u dawn il-każi issa ġew solvuti? Jista' jgħid b'kollox kemm kellhom jagħtu bħala totalita' u kemm fil-fatt ħalsu meta ntlaħaq ftehim dwar il-każi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra

Kontijiet tal-kumpanija PBS

Question

Meta huwa maħsub li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja awditjata tal-kontijiet tal-kumpanija PBS Ltd għas-sena 2002?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Audit Accounts tas-sena 2002 għad iridu jiġu approvati fil-Laqgħa Ġenerali Annwali meta din tinżamm, u wara sommarju tagħhom jiġi ppubblikat f'gażżetti lokali kif dejjem sar fil-passat.
Leg 10 PQ #279 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — Votanti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' votanti, distrett b'distrett, skond l-aħħar reġistru elettorali? Liema distretti jaqbżu jew huma taħt il-limitu permess mal-liġijiet u r-regolamenti elettorali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-għadd ta’ votanti reġistrati fir-reġistru elettorali l-aħħar rivedut (April 2003) huwa ta’ 299,864. Dawn il-votanti huma reġistrati hekk:- Distrett Votanti 1 21315 2 22488 3 23443 4 22403 5 24277 6 21837 7 23408 8 22948 9 22175 10 22949 11 23934 12 24453 13 24234 L-ewwel u s-sitt distrett elettorali huma taħt il-limitu tal-ħamsa fil-mija tal-kwota elettorali kif stabbilit f’Artiklu 61 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Il-ħames, it-tnax u t-tlettax distrett elettorali huma akbar mill-ħamsa fil-mija msemmija fl-istess artiklu.

Ċentri ta' matul il-jum għall-adulti — Żgħażagħ b'diżabilita'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex veru li żgħażagħ diżabbli li temmew l-edukazzjoni tagħhom fl-iskejjel speċjali mhux se jiġu aċċettati din is-sena biex jattendu ċ-ċentri ta' matul il-jum għall-adulti? Jekk huwa minnu, x'inhuma r-raġunijiet? X'se jiġri minn dawn iż-żgħażagħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ]-]ag[]ag[ di]abbli li temmew l-edukazzjoni tag[hom fl-Iskejjel Spe/jali tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ser ji;u a//ettati fi/-?entri ta' Matul il-Jum g[all-Adulti din is-sena b[as-snin li g[addew.
Leg 10 PQ #283 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli skolastiċi — Presidenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista sħiħa tal-presidenti tal-kunsilli skolastiċi maħtura għas-sentejn li ġejjin? Jista' għid fuq liema kriterji nħatru? Jista' jgħid f'liema kunsilli skolastiċi l-presidenti ġew maħtura kif indikati mill-kunsilli lokali? Jista' jgħid f'liema kunsilli skolastiċi l-Ministru ma aċċettax ir-rakkmandazzjoni tal-kunsilli lokali u x'kienu r-raġunijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif mitlub jiġi kompilat biex nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Knisja - bankini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'permessi kien hemm biex isiru tibdiliet fil-bankini ta' Church Street, f'San Pawl il-Baħar? X'kienu r-raġunijiet għal dan it-tibdil? X'konsiderazzjoni ngħatat lill-konsegwenzi ta' dawn it-tibdiliet fuq it-triq u l-ġirien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bankina fi Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar hija responsabilta' tal-Kunsill Lokali.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Korsijiet għall-użu tal-kompjuters

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inkitbu persuni għall-korsijiet imnedija mill-ministeru fl-użu tal-kompjuters? Kemm saru minn dawn il-korsijiet? Kemm attendew persuni għal dawn il-korsijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta` persuni li nkitbu ghall-korsijiet fl-uzu tal-kompjuters offruti mill-Ministeru tieghi huwa ta` 6685. Dan il-kors inghata f`193 klassi, fejn f`kull wahda kien hemm tnax-il student. In-numru ta` persuni li attendew ghall-kors fl-uzu tal-kompjuters huwa ta` 2221.

Task force dwar it-tarznari

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iltaqgħet it-task force dwar it-tarznari din is-sena? Xi ftehim intlaħaq fiha dwar pjan ta' ristrutturar tat-tarznari? Xi skemi ta' irtirar kmieni għall-ħaddiema hemm maħsuba sas-sena 2008? Kemm huwa ppjanat li jitnaqqas l-għadd ta' ħaddiema fit-tarznari sas-sena 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #38810 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet — SEC

Question

Kemm hemm studenti li applikaw għal suġġetti tal-Malti, Ingliż, Matematika, Xjenza u Studju tal-Kompjuter fl-eżamijiet tal-livell SEC tas-sessjoni li se ssir din is-sena: 1) mill-area secondary schools, 2) mill-Junior Lyceums, 3) mill-iskejjel tal-Knisja, 4) mill-iskejjel privati? Tista' tagħti l-istatistika maqsuma f'subien u bniet u mogħti għal Malta u Għawdex b'mod separat?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba rigward applikazzjonijiet għal suġġetti partikulari għas-SEC 2003 qiegħdha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #38811 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti

Question

Kemm hemm studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom din is-sena skolastika, 1) fl-area secondary schools, 2) fil-Junior Lyceums, 3) fl-iskejjel tal-knisja, 4) fl-iskejjel privati? Tista' tagħti l-istatistika maqsuma f'subien u bniet? Jista' it-tagħrif jinqasam għal-Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għall-iskejjel tal-Knisja u dawk privati għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #38812 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Nfiq pubbliku

Question

Peress li fiċ-ċirkulari tiegħek MF circular No2 / 2003 tal-24 ta' Jannar 2003 tagħmel referenza għal każi fejn inġibditlek l-attenzjoni li saret nefqa pubblika kif mhux suppost, jista' jgħid x'każi kienu dawn u x'passi ttieħdu dwarhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każijiet illi semmejt fiċ-ċirkolari huma b'riferenza għad-delega ta' awtorita' biex jiġu approvati 'virements' mill-Ministeri stess, sa limiti stabbiliti, mingħajr ma' jkun hemm bżonn illi tinsab l-awtorita tal-Ministeru tal-Finanzi. Dawn in-nuqqasijiet amministrattivi jikkonsistu per eżempju f'każijiet fejn:- - wara li jsir il-virement, l-allokazzjoni taħt l-expenditure item minn fejn ikunu ġew trasferiti l-fondi kollha jkollha terġa tiġi supplimentata minn xi expenditure item ieħor fl-istess vot aktar tard fis-sena; u - ma ssirx ko-ordinazzjoni bejn il-cost centres biex, jekk jista jkun, il-fondi jiġu identifikati fl-istess expenditure item taħt xi cost centre ieħor fl-istess vot, minnflok isir il-virement minn xi expenditure item ieħor. Fejn ikun hemm bżonn, tiġi miġbuda l-attenzjoni tal-Ministeru jew Dipartiment involut biex isir ippjanar finanzjarju illi iħares aktar fit-tul, u b'hekk il-virements jiġu ikkunsidrati fil-qafas tal-pożizzjoni kif stmata sa' l-aħħar tas-sena.