Ħal Balzan — Triq il-Kbira - xogħol mill-kunsill lokali
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qiegħed isir mill-kunsill lokali ta' Ħal Balzan fi Triq il-Kbira? Għaliex ix-xogħol ilu sejjer mat-tmien xhur? Għaliex il-bankini twessgħu daqshekk biex issa jekk jinqala' xi inċident it-triq trid tingħalaq għal kollox?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat.
Ħal Balzan — Triq il-Kbira - Xogħol mill-kunsill lokali
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi mqabbda mill-kunsill ta' Ħal Balzan li qed jagħmlu x-xogħlijiet fi Triq il-Kbira? Kemm ġie jiswa kull kuntratt?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat.
Jista' il-Ministru jagħti d-dettalji dwar kemm-il inċident tat-traffiku seħħ fi Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma Vjal il-Bon Pastur f'Ħal Balzan f'dawn l-aħħar 3 snin? Jaqbel il-Ministru li għandha tinsab soluzzjoni immedjata sabiex jiġu evitati dawn l-inċidenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` inċidenti tat-traffiku li ġew irrapurtati lill-Pulizija li seħħew fi Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma` Vjal il-Bon Pastur, Balzan, kienu kif ġej:
2000
2001
2002
2003*
4
1
xejn
4
*Sa 24.06.03
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmilha lill-Ministru responsabbli mit-Traffic Planning.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim li ntlaħaq bejn il-gvern u l-aħwa Debono dwar il-kawża li hemm pendneti quddiem il-Qorti u li fiha l-Gvern hu konvenut, u li tikkonċerna l-mewt ta' ħuwhom Nardu Debono fl-1980?
Response (BORG, TONIO)
Ftehim bil-miktub ma hemmx u ġiet segwita l-proċedura tas-solitu li, fuq talba ta` min jidhirlu li għandu jingħata l-kumpens, il-każ jiġu analizzat, u fejn ikun hemm ġustifikazzjoni, jingħata kumpens "ex gratia".
Kontravenzjonijiet tat-traffiku — Sistema ta' punti
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal sistema ta' punti fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku? Kif ser tkun din is-sistema u kif ser jitnaqqsu l-punti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għalissa m'hemmx intenzjoni li tidaħħal sistema ta' punti fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku għal dawk il-persuni li diġa għandhom il-liċenzja.
Is-sistema ta' punti fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku se tiġi ntrodotta għal dawk il-persuni li jikkwalifikaw għal liċenzja tas-sewqan ġdida. Jiġifieri, s-sewwieqa l-ġodda li jgħaddu mit-test tas-sewqan jingħataw liċenzja bi prova għal tliet snin. Matul dawn it-tliet snin, ikunu suġġetti għas-sistema tal-punti fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku.
Il-liċenzja tas-sewqan tiġi revokata f'kull żmien waqt li l-perjodu ta' tliet snin ta' prova jekk is-sewwieq jilħaqq it-tnax-il punt ta' penali jew aktar u s-sewwieq wkoll jiġi skwalifikat milli jsuq. L-għoti ta' punti jvarjaw bejn tlieta u ħdax il-punt kull darba skond il-gravita ta' l-offiża.
Din is-sistema hija maħsuba li tiġi ntrodotta sa' l-aħħar ta' din is-sena.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ħarġu tenders għal xogħol ta' toroq u asfalt ġewwa Għawdex għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 kemm tal-gvern ċentrali u kemm mill-kunsilli? Lil min ingħataw dawn it-tenders? Kemm kien il-contract value ta' kull tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ttenders li ħargu millMinisteru ghal Għawdex għal xogħolijiet ta' toroq u asfalt f'Għawdex għassnin 1999, 2000, 2001 u 2002 huma skond kif jidhru fliskeda li qed titpoġġa fuq ilmejda talKamra.
Dwar tenders li ħarġu minn korpi / organizzazjonijiet oħrajn nitlob lillOnorevoli nterpellant jirreferi lmistoqsija lillMinistru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders għal xogħol ta' toroq u asfalt ġewwa Għawdex għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 kemm tal-gvern ċentrali u kemm mill-kunsilli? Lil min ingħataw dawn it-tenders? Kemm kien il-contract value ta' kull tender?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders għal xogħol ta' toroq u asfalt ġewwa Għawdex għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 kemm tal-gvern ċentrali u kemm mill-kunsilli? Lil min ingħataw dawn it-tenders? Kemm kien il-contract value ta' kull tender?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsilli konċernati.
Fir-rigward ta` tenders maħruġa mill-Gvern ċentrali, nitlob lill-Onor. Membru jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Swatar l/o Birkirkara — Triq it-Torri - zebra crossing
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir iz-zebra crossing (anke waħda temporanja) li tant hi meħtieġa sabiex jiġu evitati inċidenti stradali fi Triq it-Torri, fis-Swatar l/o Birkirkara biswit l-istabiliment magħruf il-Price Club? Jaf il-Ministru li din iz-zebra crossing tneħħiet mingħajr raġuni valida u li r-residenti ġabru petition - kopja tagħha qed tintbagħat separatament - sabiex l-istess zebra crossing terġa' issir fl-istess post? Din it-triq saret waħda traffikuża u diversi familji li għandhom ulied għadhom żgħar huma preokkupati ħafna.
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi fi Triq it-Torri bħalissa qed isir xogħol ta' rikostruzzjoni tat-triq. Hekk kif dan ix-xogħol jitlesta tkun tista terġa ssir iz-zebra crossing ħdejn il-post fejn qabel kien hemm il-Price Club.
Fir-rigward ta' l-ammont tat-traffiku li qed jinġemgħa f'din it-triq b'detriment għar-residenti tat-triq, jien infurmat illi t-traffiku mistenni jiġi ddevjat hekk kif titlesta l-underpass li tagħti għal San Ġwann, u jerġa jibda jiffunzjona l-Bypass, peress li t-triq hija ntenzjonata li tintuża biss bħala service road.
Jista' il-Ministru jgħid jekk minn Ottubru 2002 sal-lum ġewx konklużi xi ftehim bejn il-gvern u l-atturi f'kawżi li hemm bħalissa quddiem il-Qorti fejn il-gvern qed jiġi mfittex għad-danni li allegatament ġew ikkawżati minn xi abbużi amministrattivi? Jekk iva, liema kienu dawn il-kawżi u xi ftehim intlaħaq?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jkun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu u jitlob l-informazzjoni rikjesta b`aktar dettalji.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq Geraldu Azzopardi, f'Ħal Lija peress li din it-triq tinsab f'kondizzjoni ħażina ħafna u dan b'detriment għar-residenti ta' l -istess triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq Ġeraldu Azzopardi hija waħda mid-diversi toroq li qed jiġu spezzjonati mill-Awtorita' dwar it-Trasport biex tiġi nkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat. Ix-xogħol f'dawn it-toroq ser isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' l-Ministru jikkonferma li n-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament m'għandux shaft skond il-Liġi tas-Sanita`? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fl-istabbiliment indikat irriżulta li dan huwa konformi mal-liġi sanitarja.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-Pulizija fil-konfront tan-negozju take-away li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament billi qiegħed jibqa' miftuħ issajjar u jservi klijenti sas-1.30am speċjalment fil-weekends?
Jista' l-Ministru jassigura li dan l-abbuż ma jissuktax? Jista' l-Ministru jara li jintervjeni d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili billi ċ-ċilindri tal-gass fl-imsemmi stabbiliment ġew impoġġija proprju taħt il-grill tal-cooker u huma ta' periklu għall-ġirien fl-inħawi.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed taghmel spezzjonijiet regolarment fil-hanut imsemmi sabiex ma jkunx hemm inkonvenjent. S'issa qatt ma rrizulta illi dan il-hanut kien miftuh fil-hin imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Ninsab infurmat ukoll illi saret spezzjoni fuq il-post nhar is-Sibt, 8 ta' Frar, 2003 fis-6.45p.m. minn membri tal-Protezzjoni Civili.
Fuq il-post instab cilindru tal-gass ta' 12-15kg vicin l-entratura ghall-parti tal-kcina, mhux taht il-grill tal-cooker. Dan ic-cilindru jintuza sabiex ihaddem grill wahda ghax il-kumplament tal-makkinarju li jintuza ghat-tisjir jahdem bl-elettriku.
Jista' l-Ministru jikkonferma li n-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament m'għandux shaft skond il-Liġi tas-Sanita`? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu fil-konfront tan-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament billi ċ-ċumnija tal-ħanut mhux għolja biżżejjed u meta ddaħħan, qegħda tikkaġuna foga u nkonvenjent lill-ġirien ta' l-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieghu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fil-konfront tan-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament billi qiegħed iżomm ċ-ċilindru tal-gass taħt il-grill tal-cooker b'periklu kbir għall-ġirien fl-inħawi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tagħmel l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
B'riferenza għat-tweġiba parlamentari 34225, seduta nru. 760 ta' l-24.06.2002, jista' l-Ministru mingħajr ma jagħti dettalji b'ismijiet, jelenka:
1) x'investigazzjonijiet saru dwar il-każi għas-snin u l-ammonti msemmija;
2) jekk ittieħdux xi passi dixxiplinarji f'kull każ
3) jekk ittieħdux passi, x'kien l-eżitu ta' kull każ fir-rigward tal-persuna jew persuni involuti
Jiena gentilment nitlob li tinżamm l-anonimita tal-persuna/persuni f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 34225.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq ta' Fuq il-Widien, Santa Marija Estate, fil-Mellieħa taqax taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għal dak li jirrigwarda road surfacing u tiswija ta' l-istess triq? Jaf il-Ministru li fl-istess akkwata ġewwa l-istess Estate u ċioe' Triq tax-Xagħra ta' Barra tingħata t-tiswija li jkollha bżonn filwaqt li qed ikun hemm rifjut fil-każ ta' Triq ta' Fuq il-Widien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-Triq ta' fuq il-Widien u Triq ix-Xagħra ta' Barra huma uħud mit-toroq li l-Kunsill fetaħ kawża dwarhom kontra l-kumpanija Cenmed biex din tagħmel manutenzjoni fihom.
Fil-każ ta' Triq tax-Xagħra ta' Barra rriżulta illi snin ilu kien isir xi patching fiha mill-ħaddiema tal-Gvern u għalkemm dan ix-xogħol mhux responsabbilta tal-Kunsill dan min-naħa tiegħu baqa' jagħmel patching f'din it-triq biex isegwi l-passi li kienu inbdew.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fi sqaq Sejduna ossia Seguna Ħal Mann limiti ta' Ħal Lija sarx bini fuq art tal-gvern minn individwi privati? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn riċerki li saru mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma jirriżultax li sar bini fuq art tal-Gvern fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant.