Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Diretturi/segretarji permanenti - Riżenji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' diretturi, diretturi ġenerali u segretarji permanenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li spiċċaw mis-servizz jew irriżenjaw minn dipartimenti tal-gvern u entitajiet governattivi oħra minn Jannar ta' din is-sena sal-lum? F'każ li kien hemm diretturi, diretturi ġenerali u segretarji permanenti li spiċċaw mis-servizz jew irriżenjaw, jista' il-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li kienu qegħdin jintużaw minnhom? Jekk inxtraw, x'tip ta' karozzi kienu u kemm kien il-valur li nbiegħu? F'każ li ma nxtrawx karozzi, jista' il-Ministru jgħid minn liema dipartimenti tal-gvern jew entitajiet governattivi oħra qegħdin jintużaw u x'tip ta' karozzi kienu?

Response (BORG, TONIO)

Bejn l-ewwel ta` Jannar 2003 sad-19 ta` Ġunju 2003 kien hemm Direttur wieħed li rriżenja mill-post tax-xogħol u tnejn li spiċċaw bil-pensjoni. Wieħed minn dawk li rtiraw xtara l-karozza li kienet tintuża minnu wara li nġiebet l-approvazzjoni meħtieġa mill-Ministeru tal-Finanzi. Il-mudell tal-karozza kien Toyota Corolla u tħallas l-ammont ta` Lm1,153. L-ieħor kellu karozza mikrija. Dwar id-Direttur li rriżenja, dan l-aħħar ġie deċiż li ma jikkwalifikax li tinxtara mill-uffiċjal konċernat u dil-karozza tal-mudell Ford Focus, ser tintuża minn Direttur ieħor f`dan il-Ministeru.
Leg 10 PQ #388 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġetti — White Rocks

Question

B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 250 u r-risposta mogħtija, jikkonferma li fil-proġett tal-White Rocks ser ikun hemm Hotel li takkomoda 1000 sodda, jew dan il-proġett ta' lukanda ġie abbandunat? Jekk abbandunat, biex ser ikun sostitwit?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-proġett tal-White Rocks hu regolat b'Development Brief li nħareġ mill-Gvern. Il-proġett li qed jiġi diskuss bħalissa jinkludi elf sodda. Għalkemm id-diskussjonijiet mhux magħluqa, il-Gvern qed jinsisti li ma jkun hemm ebda tibdil ta' sustanza minn dak li kien indikat fid-Development Brief.
Leg 10 PQ #249 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu

Repeat tourism

Question

Jista' il-Ministru jagħti statistika ta' repeat tourism pajjiż pajjiż, bejn is-snin 1998 u l-2002 sena b'sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li statistika uffiċjali rigward 'repeat visits' mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ma teżistix. Permezz ta' sample survey li jitwettaq mid-Diviżjoni 'Strategic Planning and Research' ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu joħorġu ċ-ċifri li kopja tagħhom qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #250 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġetti — White Rocks

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proġett turistiku tal-White Rocks? Kemm ser iżid in-numru ta' sodod għat-turisti meta jitlesta dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li rigward l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' dan il-proġett, il-MEPA waslet biex tikkondkludi l-evalwazzjoni tagħha fuq ir-rapport sottomess mill-iżviluppaturi skond it-terms ta' l-E.I.S. (Environmental Impact Statement). Il-konklużjonijiet għandhom sussegwentement jitilgħu quddiem il-Bord tal-MEPA għall-approvazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-iżvilupp. Il-proġett jipproponi żvilupp li jinkludi elf sodda.

MDC — Fabbriki u investiment ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il fabbrika jew investiment ġdid (mhux estensjoni ta' dak eżistenti) ġie approvat mill-MDC matul is-snin 2000, 2001 u 2002? Liema minhom ġie attwalment realizzat u cioe' beda jiffunzjona u f' kull każ li proġett inbeda attwalment, kemm ħaddem persuni miegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta' proġetti ġodda (i.e. mhux tkabbir ta' proġetti eżistenti) li għaddew mill-Bord tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp bejn l-1 ta` Jannar 2000 u l-aħħar ta' Diċembru 2002 u li bhalissa qiegħdin jaħdmu huwa ta' 57. Huwa stmat li bħalissa dawn il-proġetti qiegħdin iħaddmu mal-400 ruħ full-time u 30 ruħ oħra part-time. Il-Korporazzjoni għandha f'idejha informazzjoni dwar proġetti individwali li ma` tistax tingħata minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita. Sa l-aħħar ta' 2005 dawn il-proġetti mistennija jkunu jħaddmu madwar 1,260 ruħ.
Leg 9 PQ #38312 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Kors ta' spetturi - riżultati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riżultati għall-kors ta' l-ispetturi intbagħtux il-PSC u jekk iva, meta ntbagħtu? Jekk ma ntbagħtux, x'inhi r-raġuni u meta se jiftaħ il-kors l-Universita'? Peress li l-applications għall-kors ta' l-ispetturi fl-Universita' għalqu fil-15 ta' Jannar, 2003, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38311 f`din l-istess Seduta.

Toroq — Tarmac

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 38219, jaf il-Ministru li s-servizz fit-toroq msemmija ilhom li ġew mgħoddija aktar minn xaharejn, u sal-lum 29 ta' Jannar 2003 l-ebda re-instatement ma nbeda? Jista' jagħti data fissa ta' meta ser jingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lill-Awotrita' dwar it-Trasport biex tara illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tlesti r-reinstatement f'din it-triq mill-aktar fis u d-data ta' meta dan ix-xogħol ser jitlesta tingħata aktar 'il quddiem.

Luqa — Tarmac

Question

Jista' il-Ministru jieħu dawk il-passi neċessarji biex it-toroq New Street u Dun Pawl Street Luqa jiġu mogħtija t-tarmac, peress li dawn ġew maqlugħa kollha wara li ġew mgħoddija s-servizzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda twettaq proġett biex jinbiddlu l- mains ta' l-ilma f'dawn it-toroq u x-xogħol għar- reinstatement tagħhom qiegħed inkluż f'dan il-proġett.
Leg 9 PQ #37762 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi — Ingaġġ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul l-1999, is-sena 2000, l-2001 u l-2002 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37763 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi — Ingaġġ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul l-1999, is-sena 2000, l-2001 u l-2002 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37653 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Kontijiet tat-telefon

Question

Jista' l-Ministru jassiugra li l-kontijiet tat-telefon li qed jintbagħatu kull xahar, ikunu jinkludu l-kera dovuta xahar b'xahar, u dan peress li l-aħħar kontijiet tal-Maltacom li ntbagħtu ta' xahar kienu jinkorporaw kera ta' xahrejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #37655 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm ġew ingaġġati persuni/impjegati matul is-snin 2000, 2001 u 2002 sal-lum fl-Air Supplies, MIA u AirMalta, sena b'sena; b) kemm minnhom kienu ngaġġati b'kuntratt definit jew kuntratt indefinit, P/T u F/T, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informażżjoni mitluba fir-rigward ta' l-Air Malta hija kif ġej: FUQ KUNTRATT FUQ KUNTRATT FUQ BAZI SENA INDEFINITA DEFINIT PART-TIME 2000 41 144 253 2001 91 164 205 2002 49 141 227 Fir-rigward ta' l-M.I.A., illum din hija kumpanija b'maġġoranża ta' l-ishma tagħha f'idejn is-settur privat u għalhekk din l-informazzjoni hija meqjusa bħala waħda ta' natura kunfidenzjali.
Leg 9 PQ #37107 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — Ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti dettalji tal-persuni kollha li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku, cioe' mal-Gvern u ma' entitajiet u korporazzjonijiet li fihom il-Gvern għandu interess u dan għall-perjodu bejn Novembru ta' l-1998 u Ottubru 2002, sena b'sena, u kategorija b'kategorija ta' ħaddiema/personnel ingaġġati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Novembru 1998 u l-31 ta’ Ottubru 2002, gew impjegati 3798 persuna mas-Servizz Pubbliku b’impjieg permanenti, u spiccaw mill-impjieg 3867. Matul l-istess perjodu, gew impjegati 156 persuna ma’ Agenziji u Awtoritajiet li jaqghu taht id-dikasteru tieghi, u spiccaw 137. Dettalji ta’ meta dahlu dawn l-impjegati jinsabu f’tabelli ‘A’ sa ‘E’ ghal dawk li dahlu fis-Servizz Pubbliku, u f’tabelli ‘F’ sa’ ‘J’ ghal dawk li dahlu ma’Agenziji u Awtoritajiet. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’informazzjoni dwar xi Agenzija jew Awtorita’ ohra, nitolbu jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #37105 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Ħarba ta' ħabsi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fil-każ tal-ħarba tal-ħabsi El Zabi li ħarab mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Peress li hemm suspett li dan ħarab minn pajjiżna, jikkonferma l-Ministru li nħareġ international warrant of arrest kontra tiegħu? Intalbet l-għajnuna ta' l-Interpol biex dan jinqabad?

Response (BORG, TONIO)

Billi l-investigazzjoni dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għad m`hix konkluża, ma nħossx li hu opportun li wieħed jippublika d-dettalji dwar l-andament ta` din l-investigazzjoni ħlief li għall-aħħar żewġ domandi, ir-risposta hi fl-affermattiv.
Leg 9 PQ #37106 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta International Airport — Żieda fil-ħlas ta' rati għall-Air Malta

Question

Peress li l-MIA wara li ġiet parzjalment privatizzata talbet lill-Air Malta żieda sostanzjali fir-rati ta' ħlas ta' ċerti servizzi provduti fl-ajruport, liema żieda tammonta għal madwar Lm5 miljun kull sena, jista' il-Ministru jgħid jekk hu ġiex konsultat dwar din it-talba? Jekk iva x'kien il-parir tal-Gvern? Jekk le x'kien il-parir tad-diretturi appuntati mill-Gvern meta ttieħdet din id-deċiżjoni? Jaqbel il-Ministru li talba bħal din tagħmel ħsara lill-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru speċjalment meta l-qasam turistiku għandu kompetizzjoni qawwija minn pajjiżi madwar Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-M.I.A. ma talbet l-ebda żieda fir-rati ta' servizz lill-Air Malta f'dawn l-aħħar xhur, u bla ebda dubju mhux wara l-privatizzazzjoni li saret fis-26 ta' Lulju 2002.
Leg 9 PQ #37107 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — Ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti dettalji tal-persuni kollha li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku, cioe' mal-Gvern u ma' entitajiet u korporazzjonijiet li fihom il-Gvern għandu interess u dan għall-perjodu bejn Novembru ta' l-1998 u Ottubru 2002, sena b'sena, u kategorija b'kategorija ta' ħaddiema/personnel ingaġġati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qeghda tingabar u tinghata twegiba f’xi seduta ohra.

Translators

Question

Peress li l-Ministru waqqaf fi ħdan il-Ministeru tiegħu l-unit li tagħmel traduzzjoni ta' l-acquis, jista' il-Ministru jagħti din l-informazzjoni u cioe', kemm ġew ingaġġati translators, lista tal-persuni ngaġġati bħala translators (ismijiet), kemm jitħallsu fis-siegħa jew kull faċċata li tkun ġiet tradotta għall-Malti (cioe' rata ta' ħlas fis-siegħa jew rata ta' ħlas kull faċċata)?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #36662 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Interviews għal Spetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadhom ma sarux l-interviews għall-post ta' spetturi tal-pulizija? Jista' jgħid ukoll min huma l-membri tal-bord ta' l-għażla u meta hu maħsub li jsiru dawn l-interviews? Jista' jgħid ukoll meta se jibda l-kors u fejn se jinżamm, jekk hux l-ewwel l-akkademja tal-pulizija jew l-Universita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-interviews imsemmija mill-Onrevoli Interpellant għadhom ma sarux minħabba li kien hemm membru tal-bord tal-għażla li kien indispost. Din id-diffikulta` issa ġiet solvuta u huwa mistenni li l-interviews isiru fil-futur qarib. Wara dan il-proċess, l-applikanti li jkunu kisbu suċċess fl-interview jibdew kors ta` sena fl-Universita` ta` Malta li jwassal għac-Certificate in Policing. Parti mill-kors jista` jsir fl-Akkademja tal-Pulizija, u dan kif stipulat fis-sejħa għal applikazzjonijiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta` Ġunju 2002. Infurmat ukoll illi l-bord ta` l-għażla li ġie approvat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hu kompost kif ġej:- Chairman Is-Sur Joseph Cachia Deputy Commissioner Membri Is-Sur Ronald Kelly Supretendent Is-Sur Charles Deguara Director, Policy & Planning Home Affairs Is-Sur Joshua Zammit Psychologist Is-Sur John Galea Cavalazzi Rappreżentant nominat mill-Management & Personnel Office
Leg 9 PQ #35384 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tat-Turiżmu

NTO

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’kienu għas-sajf u x’inhuma għall-ħarifa l-inizjattivi ta’ pubbliċita’ li l-NTO qed tieħu ġewwa r-Renju Unit u s-swieq prinċipali Ewropej? Jista’ jgħid jekk saritx xi analisi tar-riżultat milħuq dwar l-inizjattivi pubbliċitarji li ttieħdu s-sena l-oħra u x’kien ir-riżultat milħuq? Jista’ jagħti xi informazzjoni? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport analitiku, jekk sar, dwar l-effett tat-tneħħija tat-TOSS? Jista’ jgħid jekk l-effett tat-tneħħija tat-TOSS ġiex adegwatament kompensat b’xi inizjattivi ġodda u jekk iva, jissostanza dan b’rapporti jew statistika?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat li l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu organizzat kampanja ta’ pubbliċita’ li kienet tinkludi reklamar, parteċipazzjoni fil-fieri, program ta’ relazzjonijiet pubbliċi, għajnuna lit-tour operators, promozzjoni ta’ konferenzi w Incentive & Special Interest Travel. L-uffiċini barranin ta’ l-MTA ħadu inizjattivi oħra fosthom workshops speċjalizzati, żjarat f’Malta minn aġenti ta’ l-ivvjaġġar barranin u laqgħat ta’ informazzjoni dwar il-prodott Malti għal tour operators u aġenti ta’ l-ivvjaġġar. Minħabba ċ-ċirkostanzi diffiċli fit-turiżmu internazzjonali fis-sena 2002, il-budget tal-MTA żdied sostanzjalment u laħaq is-somma ta’ aktar minn 7 miljun lira Maltin. Ir-riżultati ta’ din l-attivita’ kollha jiġu mkejla matul is-sena kollha u l-Awtorita’ tinsab konvinta li Malta laqgħet għaċ-ċirkostanzi diffiċli tas-sena 2002 aħjar minn destinazzjonijiet oħra. Wieħed mill-iktar swieq li rpilja malajr hu s-suq Ingliż u jidher ċar li aktar ma daħal l-istaġun tas-sajf irnexxielna kważi nilħqu l-volum tas-sena l-oħra, partikolarment f’Ġunju, Lulju u Awissu, u dana meta fl-2001 is-suq Ingliż kien miexi tajjeb ħafna. L-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu tinsab konvinta li l-flus li qabel kienu jintefqu għas-sussidju tat-TOSS issa qed jintefqu b’mod aħjar u li d-deċiżjoni li jitneħħa s-sussidju kienet għaqlija u fuq kollox deċiżjoni kummerċjalment korretta.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jordna li jittella ħajt madwar biċċa art pubblika li tinsab f'idejn l-housing authority department u li fuqha hemm bir mikxuf?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jindika fejn tinsab din il-biċċa art u jgħaddi l-informazzjoni lill-Ministru kkonċernat.