Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta fuq it-triq ta' Burmarrad, il-parti li tagħti minn San Ġużepp tat-Tarġa fejn saret roundabout f'Tal-Qlejja?
Kemm tħallsu flus lill-kuntrattur s'issa? Dan il-ħlas ikopri x-xogħol kollu li sar s'issa?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu fuq it-triq li tagħti mis-Salina sa l-Iklin? Kemm tħallas s'issa l-kuntrattur fuq dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jivverifika l-ammont ta' pensjoni li qegħda tingħata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li dan jidher ammont żgħir wisq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' So/jali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-ka] tag[ha.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandhux il-ħsieb li jibda jħallas il-pagi lill-impjegati tiegħu kull erba' ġimgħat minflok kull xahar?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li bi qbil mal-“Unions” li jirrapreżentaw l-impjegati fis-Servizz Pubbliku u kif provdut f’paragrafu 8.5.1 tal-ftehim Kollettiv għall-Impjegati tas-Servizz Pubbliku għas-snin 2002 – 2004, il-ħlas tal-pagi lill-impjegati ser jibda jsir kull erba’ ġimgħat minflok kull xahar.
Qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex dan l-arranġament jiġi fis-seħħ.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għas-sospensjoni b'mod regolari tal-provvista ta' l-ilma fl-area ta' madwar Triq Victor Vassallo, Ħ'Attard?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-inħawi li qed issir riferenza għalihom, fil-ġimgħat li għaddew kienu qed isofru minn nuqqas ta' pressa ta' l-ilma minħabba ħsarat li kien hemm fis-sistema tad-distribuzzjoni. Dawn il-ħsarat issa issewwew u l-provvista reġgħet lura għan-normal.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-sur Michael Mallia li ġie ngaġġat mill-Gvern bħala Chairman tal-Monitoring Board tal-Malta Embellishment and Landscape Project?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li s-servizzi tagħha ġew ingaġġati mill-Gvern in konnessjoni mal-proġett ta' Embellishment and Landscaping li qed jitwettaq taħt il-programm ta' Public Private Partnership, hija s-Sur Michael Mercieca u mhux is-Sur Michael Mallia kif indikat.
Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħol li suppost jagħmlu l-ħaddiema li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?
Fejn ħadmu f'dawn l-aħħar erba' snin u min kien il-persuna responsabbli li tathom ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Environmental Landscaping Consortium — Xiri ta' pjanti u siġar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'xiri ta' pjanti u siġar mill-Environment Landscaping Consortium minn meta beda jopera sal-lum?
Jista' jgħid x'tip ta' proċedura qiegħda tintuża sabiex isir dan it-tip ta' procurement?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38602 u cioe' jgħid kemm tressqu ħaddiema illegali barranin il-qorti wara li nstabu jaħdmu illegalment? F'liema data u f'liema post instabu dawn il-ħaddiema matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 38593 u cioe' jgħid jekk ġietx esproprjata xi art sabiex issir Triq is-Sibbien, f'Wied il-Għajn?
Jekk fl-affermattiv, kemm tħallsu flus għal din l-espropriation?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li turi l-area esproprjata?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-appartamenti għodda li nbnew f'Pembroke ġew mibjugħa u kemm ġew mikrija? Fil-każ ta' l-appartamenti li nkrew jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-inkwilini?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 38540, jista' il-Ministru jgħid min hu r-rappreżentant tad-ditta IRMA f'Malta? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar mad-ditta IRMA?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kuntatt li kellhom it-Taqsima tax-Xogħlijiet mad-ditta IRMA kien dejjem mad-direttur Taljan tal-kumpanija u t-Taqsima tax-Xogħlijiet ma taf bl-ebda rappreżentant Malti.
Il-ftehim tax-xogħol mad-ditta IRMA ma sarx direttament bejn id-ditta u t-Taqsima tax-Xogħlijiet iżda sar permezz ta' l-Universita' ta' Bologna, liema Universita' kienet qed tagħti servizz lit-Taqsima tax-Xogħlijiet bħala parti mill-Protokoll Finanzjarju tal-Gvern Taljan.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx esproprjata xi art sabiex issir Triq is-Sibbien, f'Wied il-Għajn?
Jekk fl-affermattiv, kemm tħallsu flus għal din l-espropriation?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li turi l-area esproprjata?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Issa li tħabbar li se jinbeda l-proġett tal-pavimentar ta' l-Imdina jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jiġu eliminati l-bankini (fejn jeżistu) peress li din il-belt hi kollha pedestrianised?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-proġett imsemmi jipprevedi li kull fejn hemm bankina tinżamm.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin li għandhom permes, ta' residenza permanenti f'Malta u li jaħdmu f'Malta? Minn liema pajjiżi huma dawn il-barranin? X'inhu n-numru minn kull pajjiż differenti separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni barranin li għandhom permess biex joqogħdu Malta u l-pajjiżi li minnhom oriġinaw hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll li residenti permanenti barranin ma jistgħux jaħdmu hawn Malta mingħajr permess skond l-Art. 11(1) tal-Kap. 217.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim minn xi dipartiment jew aġenzija li taqa' fir-responsabilita' tiegħu sabiex tiġi akkwistata' jew tintuża propjeta f' Ta' Munita l/o M'Scala? Jekk fl-affermattiv għal-liema skop se tintuża din il-propjeta? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar mas-sidien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma sar ebda ftehim minn xi Dipartiment jew Aġenzija li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi biex jakkwistaw jew jużaw propjeta' fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.