Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Appoġġ — Perpetrators' programme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-persuni li rrikorrew għand l-Aġenzija Appoġġ biex jieħdu sehem fil-perpetrator programmes fl-2011 u fl-2012? Jista' jiġi ppreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-programm?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentru tal-Arbitraġġ — Każijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew reġistrati arbitraġġi tul is-sena li għaddiet 2012 u fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2012, ġew ippreżentati 431 każ fiċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta. Fil-perijodu bejn Jannar u Marzu tas-sena kurrenti, ġew ippreżentati 162 każ.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma l-konsulenti li ġew maħtura u miżmuma fil-Ministeru kollu u kemm se jiġu remunerati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Carmelo Mifsud Bonici li wara d-9 ta' Marzu, 2013 ġiet maħtura persuna waħda, dik ta’ Law Commissioner fuq bażi part-time li tattira salarju ta’ 60% ta’ Skala 4 li jammonta għal €18,401.00. Dawk il-konsulenti li kienu maħtura qabel din id-data, baqgħu jagħtu servizz kif jidher fit-tabella li qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati ta' Malta — sejħa għal Direttur Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba s-sejħa għal direttur ġenerali għal Qrati tal-Ġustizzja ħarġitx jew le?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà saret talba biex jinħatar Aġent Direttur Ġenerali fil-Qrati tal-Ġustizzja u qed nistennew li tiġi approvata u dan sakemm toħroġ is-solita sejħa biex timtela din il-pożizzjoni b’mod permanenti.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li ġew impjegati ġewwa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' jindika l-gradi tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li PQ numru 222 mingħand l-Onorevoli Charlo Bonnici datata 15/04/2013 elenkat lista ta’ impjegati fis-settur pubbliku fil-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali li kienu trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta’ Marzu 2013. It-tweġiba għal mistoqsija Parlamentari 222 kienet hekk: 1 Manager (Civil Protection) John Gera gie trasferit mill-Kwartieri Generali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ghas-Servizz ta’ Detenzjoni. 2 Mr. Thomas Cordina (officer in scale 5) gie trasferit mill-Ministeru tal-Intern ghall-Kwartieri Generali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u rega gie trasferit mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ghall-Kwartieri General ital-Pulizija. 3 John Rizzo Kummissarju tal-Pulizija gie trasferit mill-Pulizija bhala Kap tal-Protezzjoni Civili. 4 Patrick Murgo Direttur Protezzjoni Civili gie trasferit mid-Dipartiment Protezzjoni Civili ghall-Ministeru tal-Intern u Sigurta Nazzjonali, pero huwa ghazel li jitfa r-rizenja tieghu mis-Servizz Pubbliku. Il-Mistoqsija Parlamentari numru 641 hija simili ma dik tal-mistoqsija Parlamentari numru 222; id-differenza fihom hija li l-mistoqsija 222 ma jissemmew l-ebda dati u b’hekk il-Mistoqsija Parlamentari numru 641 mhijiex mifhuma. Jista’ l-Onorevoli Interpellant jgħid minn liema data jixtieq l-informazzjoni mitluba? 1 Fil-preżent hawn 129 impjegati fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li jinkludu: Kap skala 2 Marine Engineer Operations Manager, Żewġ (2) Principal Officers Żewġ (2) Assistant Principals Executive Officer Communicator Detention Officer li ġie trasferit mad-Dipartiment tal-Protezzjoni riċentament ESTS Student (apprentistat) Sebgħa (7) Station Officers Sitta u għoxrin (26) Leading Assistance and Rescue Officers Ħamsa u tmenin (85) Assistance and Rescue Officers. Irid jiġi nnutat li l-aħħar grupp ta’ tmien (8) Assistance and Rescue Officers ġew impjegati fis-sena 2009.

Crime Rate

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet il-crime rate għax-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi r-reati kollha rrapurtati lill-Pulizija matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kienu kif ġej: Jannar 2013 Frar 2013 Marzu 2013 1133 1817 1475

Korp tal-Pulizija — membri

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm fil-preżent supretendenti u surġenti maġġuri maħtura fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 25 membru tal-Korp tal-Pulizija li jokkupaw il-kariga ta’ Supretendent u 41 li jokkupaw il-kariga ta’ Surgent Maggur.

Ċentri miftuħa — persuni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm fil-preżent persuni u immigranti irregolari fiċ-ċentri miftuħa? Ta' liema nazzjonalità huma?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid -19 ta’ April, 2013, kien hemm 1448 resident fiċ-ċentri miftuħa. Ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Somalia, Eritrea, Ethiopia, Mali, Ivory Coast, Nigeria, Sudan, Turkija, Niger, Bangladesh, Chad, Syria, Ghana, Togo, Afghanistan, Cameroon, Guinea, Senegal, Burkina Faso, Libya, Gambia, Congo, Palestina, Pakistan, Benin, Iraq, Sierra Leone, Albania, Burundi, Egypt, Morocco, Zimbabwe.

Ċentri ta' detenzjoni — persuni

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm persuni fiċ-ċentri ta' detenzjoni u mil-liema nazzjonalità huma?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fiċ-ċentri ta' detenzjoni hemm 276 immigrant rregolari li n-nazzjonalità tagħhom hija kif qiegħed jiġi elenkat hawn taħt: Nazzjonalita Total ALGERIA 1 ERITREA 26 ETHIOPIA 8 GAMBIA 2 GHANA 3 GUINEA 2 IVORY COAST 3 MALI 5 MOROCCO 6 NIGER 4 NIGERIA 20 PAKISTAN 21 PALESTINE 2 SENEGAL 4 SOMALIA 163 SUDAN 2 SYRIA 3 TUNISIA 1 TOTAL 276

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li qegħdin fil-preżent fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma kkundanati u kemm qed jistennew li jingħataw il-libertà proviżorja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li sal-25 ta’April 2013 in-numru ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien 622. Dawn huma maqsuma hekk: 507 sentenzjati 115 qed jistennew il-libertà proviżorja.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Bord tar-Remissjoni - każijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet li ġew ikkunsidrati mill-Bord tar-Remisjoni ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? X'kien l-eżitu ta' dawn il-każijiet, jiġifieri kemm ġew akkużati u rifjutati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Sa minn meta beda jiffunzjona l-Bord tar-Remission saru 9 seduti bl-aħħar waħda riċenti ssir fid-19 ta’ April, 2013. Matul dawn is-seduti ġew diskussi każi ta’ 132 priġunier li kellhom telf ta’ ġranet ta’ Remission. Matul dawn is-seduti ġew konkluzi 13 il-kaz fejn total ta’ 125 jum remission ġew mogħtija lura; Fis-seduta li saret fid-19.12.2012 priġunier wieħed (1) ngħata jumejn (2) remission lura; Fis-seduta li saret fit-18.1.2013 kien hemm żewġ (2) prigunieri li ngħataw lura total ta’ għaxar (10) granet remission bejniethom u l-kaz taghhom kien konkluż, filwaqt li kien hemm 5 (ħames) prigunieri oħra li bejniethom ngħataw lura total ta’ 63 jum Remission bil-każ taghhom jigi mħolli biex jerga jiġi diskuss f’seduta oħra. Fis-seduta li saret fit-22.2.2013 kien hemm prigunier wiehed (1) li ngħata lura ghaxar (10) granet u l-każ tieghu ġie magħluq, filwaqt li erbgħa (4) prigunieri oħra ngħataw lura bejniethom it-total ta’ tletin (30) gurnata bil-każ taghhom jigi mħolli biex jerga jiġi diskuss f’seduta oħra. Fis-seduta li saret fil-15.3.2013 kien hemm prigunier wiehed (1) li nghata lura ghaxar (10) granet remission u l-każ tieghu jerga jigi kkunsidrat f-seduta ohra. Fis-seduta li saret fil-5.4.2013 kien hemm 13 il-prigunier li nghataw bejniethom total ta’ 108 jum remission u l-kazi taghhom jergghu jigu kkunsidrati f’seduta ohra filwaqt li kien hemm 9 prigunieri li nghataw bejniethom total ta 103 granet u l-kaz taghhom jigi maghluq. Fis-seduta li saret fid-19.4.2013 kien hemm 12 il-prigunier li nghataw lura bejniethom it-total ta 86 gurnata remission u l-kaz taghhom gie mholli ghal data ohra.

Kalkara — Ċimiterju tal-Lhud

Question

Jista' il-Ministru b'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti jinforma lill-Kamra x'xogħol beda jsir ġewwa ċ-ċimiterju tal-Lhud fil-Kalkara u kemm spejjeż huma previsti li ser jintefqu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera beda proġett sabiex jiġi restawrat iċ-ċimiterju tal-Lhud fil-Kalkara, li huwa l-eqdem ċimiterju tal-Lhud li għadu eżistenti. Il-proġett bħalissa jikkonsisti f'tindif u dokumentazzjoni fuq ġewwa minn grupp ta' arkeoloġisti peress li l-post kien mimli siġar u materjal. Qiegħed ukoll jiġi restawrat il-ħajt ta' barra. Peress li l-proġett kollu għadu qed jiġi ppjanat, il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera għadu mhux f'pożizzjoni li jgħid kemm ser jiġi jiswa dan il-proġett.

Kalkara — Xogħol/Xatt tal-Kalkara

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm spejjeż inħarġu għax-xogħol ta' tibdil tax-Xatt tal-Kalkara u x'sar fih dawn l-aħħar sentejn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' titjib fix-Xatt tal-Kalkara sar mill-Kunsill Lokali. Madankollu, il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera ta kontribut ta' Lm6,000.

Persuni b'diżabilita' — Rampi/Knejjes

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex previst li l-quddiem isiru rampi adegwati għall-aċċess għal persuni b'diżabilita' fil-knejjes parrokkjali ta' Bormla, Kalkara u Senglea u jekk iva meta dawn għandhom jibdew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera għamlu talba lil MEPA għal aċċess għal persuni b'diżabiltia' fil-knejjes parrokkjali ta' Bormla, Isla u Kalkara. Il-proġetti jsiru meta jkun hemm l-approvazzjoni tal-MEPA u jekk il-fondi jippermettu. Għar-rigward tal-Birgu, s'issa għadu ma nstabx mod kif tista' ssir din ir-rampa.

Bormla — Pjazza Paolino Vassallo/Public Convenience

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol ser jsir ġewwa Pjazza Paolino Vassallo quddiem il-Każin tal-Banda ta' San Ġorġ, Bormla u jistax ukoll jiġi ndikat x'xogħol sar fil-pubic convenience ġdida?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proġett ta' Pjazza Paolino Vassallo huwa approvat mill-MEPA. Bħalissa qed jitħejjew it-tenders għal dan ix-xogħol li jikkonsisti prinċipalment f'titjib sostanzjali inkluż paviment, dawl u street furniture. Il-public convenience fil-viċin hija kompletament ġdida u saret fuq talba tal-Kunsill Lokali. Dan ix-xogħol ser jitħallas mill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera.

Kalkara — Triq Baptist Borda/Dawl tat-toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li jeħlu żewġ bozoz jew dawl ieħor suffiċjenti sabiex Triq Baptist Borda, Kalkara quddiem il-pjazza tiġi mixgħula u mdawla aħjar milli hija preżentement?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fit-triq indikata hemm dawl adekwat.
Leg 9 PQ #37142 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Birgu — Palazz ta' l-Inkwiżitur

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema xogħol u kemm spejjeż huwa previst li jsir bl-għajnuna ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur, il-Birgu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu nediet skema ta’ investiment f’proġett ta’ restawr bl-iskop li tieħu sehem b’mod konkret fit-titjib tal-prodott storiku Malti. Dawn il-proġetti huma kollha fl-ibliet storiċi qed jiġu mplimentati mat-Taqsima tar-Restawr tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet, kif ukoll bl-għajnuna ta’ restawraturi Taljani. Ix-xogħol fil-Palazz tal-Inkwiżitur, Birgu, jikkonsisti fir-restawr tal-faċċata prinċipali. L-ispiża totali mistennija tlaħħaq mal-erbgħin elf lira li minnhom l-Awtorita’ tat-Turiżmu ser tikkontribwixxi aktar minn nofs.