Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #468 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Ħaddiema barranin jaħdmu llegalment

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu ħaddiema barranin jaħdmu illegalment f'Malta u Għawdex minn Jannar 2003 sal-31 ta' Mejju 2003? Jista’ jagħti dettalji dwar ix-xogħol li kien qed isir u ta' liema nazzjonalita` kienu? F'kemm-il każ ittieħdu passi bil-qorti?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #469 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Nies li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Jannar sal-31 ta' Mejju 2003 kemm inqabdu nies jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Liema kien ix-xogħol prinċipali li nqabdu jagħmlu? Jekk inqabdu jaħdmu ma' xi kuntrattur, ittieħdu passi wkoll kontra dan?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lotterija Nazzjonali

Question

Issa li tħabbar li l-Lotterija Nazzjonali mhux se tibqa' ssir, fl-2001, fl-2002 u mill-bidu ta' din is-sena s'issa f'kull lotterija separata jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-fond tal-premjijiet f'kull każ u kemm inbiegħu biljetti f'kull lotterija?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tidher fit-tabella mehmuża.
Leg 10 PQ #459 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sena skolastika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ġranet ta' skola fis-sena skolastika li jmiss? Kemm jiġu f'sigħat? Peress li ċirkolari tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni tgħid li mis-sena skolastika li jmiss festi pubbliċi li jaqgħu s-Sibt u l-Ħadd mhux se jingħataw bħala time in lieu mill-għalliema, jista’ jgħid jekk meta jinħadmu l-ġranet jew is-sigħat ta' skola din id-deċiżjoni tteħditx in konsiderazzjoni? Kemm kienu l-ġranet u anke s-sigħat li nħadmu mill-għalliema s-sena li għaddiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena skolastika li jmiss hemm 177 ġurnata ta' skola u 931.50 siegħa ta' xogħol. Meta nħadmu l-ġranet u s-sigħat ta' l-iskola ma ngħatawx ġranet ta' vaganzi minflok festi pubbliċi li jaqgħu s-Sibt u l-Ħadd. In-numru ta' ġranet u sigħat li nħadmu mill-għalliema s-sena li għaddiet (2002-2003) huwa ta' mija u sebgħa u sebgħin ġurnata (177) u 920.50 siegħa.
Leg 10 PQ #460 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC li għadhom kemm intemmu? Kemm minnhom, imqassma fi bniet u subien, qagħdu għal dawn is-suġġetti: Malti, lingwa Ingliża, letteratura Ingliża, Matematika, Reliġjon, Physics, Accounts, Economics u Computer Studies? Jista’ jindika kemm qagħdu għal karta 'A' u 'B'? Kemm minn dawn kienu mill-iskejjal ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onor. Membru.
Leg 10 PQ #461 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-eżamijiet tal-MATSEC li għadhom kemm spiċċaw kemm kien it-total ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet fil-livell Advanced u Intermediate? Kemm qagħdu għall-Malti, Ingliż, Matematika, Physics, Accounts, Economics, Reliġjon u Computer Studies? Kemm kienu bniet u subien? Jista’ jgħid kemm kienu mill-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onor. Membru.
Leg 10 PQ #462 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC/MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC separatament kemm kien hemm talbiet minn studenti biex jiġu eżentati mill-ħlas? Dawn kollha ntlaqgħu? X' kienu r-raġunijiet prinċipali li ngħataw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għall-eżamijiet tas-Secondary Education Certificate (SEC) May 2003 kien hemm 460 talba biex jiġu eżentati mill-ħlas tal-miżati ta' l-eżamijiet. Dawn kienu - Social Security aċċettati (Malta) 296 (Gozo) 24 Exams Dept. dependents 2 Corradino Correctional Facility 11 University Staff dependents 44 Sta Maria Rehabilitation Centre 4 Caritas 3 Refugee 1 TOTAL 385 Ħamsa u sebgħin (75) talba ma ġewx approvati mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali. Għall-eżamijiet tal-MATSEC fil-Livell Avvanzat u Intermedjarju kien hemm tnejn u sebgħin (72) talba. Dawn kienu - Social Security aċċettati (Malta) 13 (Gozo) 0 Corradino Correctional Facility 3 Exams Dept. dependents 3 University Staff dependents 47 TOTAL 69 Tlett (3) talbiet ma ġewx approvati mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali.
Leg 10 PQ #463 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ċentri għall-eżamijiet barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid minbarra l-awtoritajiet edukattivi ta’ l-istat, liema huma dawk l-iskejjel/ċentri edukattivi li huma reġistrati mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex ikunu ċentri għall-eżamijiet barranin? Liema huma dawn l-eżamijiet? Dawn l-eżamijiet huma ristretti biss għall-istudenti li jattendu dawk l-iskejjel/ċentri edukattivi partikolari?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet tal-Ministeru ta' l-Edukazzjon hu l-aġent għall-eżamijiet ta' barra tal-London Edexcel, City and Guilds International, London Chamber of Commerce and Industry, u l-Assessment and Qualifications Alliance (AQA). Bħala ċentru għall-eżamijiet juża ċentri tiegħu (St. Elmo u Biagio, u Għawdex) kif ukoll għadd ta' skejjel ta' l-istat, il-Junior College u l-Kulleġġ San Alwiġi. Istituzzjonijiet oħra li għandhom xi rikonoxximent biex iservu ta' aġenti f'isem bords ta' eżamijiet barranin oħra, ma jaqgħux taħt is-superviżjoni tad-Dipartiment ta' l-Eżamijiet u għandhom kuntatt dirett mal-Bords li jirrappreżentaw.
Leg 10 PQ #464 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC/MATSEC — Invigilators

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif jintgħażlu l-invigilators ta’ l-eżamijiet tas-SEC u MATSEC? Dawn irid ikollhom xi kwalifiki speċjali? Dawn huma kollha għalliema jew għalliema rtirati? Jista’ jgħid ukoll kif jintgħażlu dawk li huma msejha Head of Centre?

Response (GALEA, LOUIS)

Persuni li jkunu jridu iservu bħala invigilators ta' eżamijiet tas-SEC u MATSEC jiġu reġistrati f'database li għandu d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet. M'hemm ebda kwalifika speċjali meħtieġa għal dan ix-xogħol u lanqas ma huma kollha għalliema jew għalliema irtirati. Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet jorganizza laqgħat ta' tħejjija kull sena għal dawk li jintgħażlu mid-database imsemmija. Dawk imsejħa Heads of Centre jintgħażlu min-nies ta' kompetenza addattata li kienu applikaw wara li ħarġet sejħa għal persuni li xtaqu li jiġu kkunsidrati biex jintgħażlu bħala Heads of Centre. Dawn ukoll isirulhom il-laqgħat ta' tħejjija meħtieġa.

Qorti — Appell ta' ċitazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinstema' il-kumplament ta' l-appell ta' ċitazzjoni numru 905/91 F1 NA li l-aħħar li nstemgħet kien f'seduta tat-Tnejn 25 ta' Marzu, 2002 quddiem l-ex Imħallef Arrigo?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-appell mic-citazzjoni Nru 905/91 F1 NA li giet deciza fil-25 ta' Marzu, 2002 quddiem l-ex Imhallef Noel Arrigo ghadu ma giex appuntat.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li triq l-Aħdar ġewwa Marsascala ssir matul din is-sena li ninsabu fiha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għadha kif ħarġet sejħiet għall-offerti biex isiru xogħolijiet fit-toroq San Gwakkin, Triq l-Immakulata u Hurd's Bank x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpelant isir aktar 'il quddiem.

Detox — Persuni li rrikorrew għall-għajnuna

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'Jannar, 2003, x'kien in-numru totali ta' persuni li fittxew l-għajnuna tad-Detox minħabba abbuż tad-droga? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? X'kienet l-aktar sustanza abbużata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #38587 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF — Priġunieri Libjani

Question

Filwaqt li nifraħ lill-pulizija tat-taqsima ta' kontra d-droga tax-xogħol siewi tagħhom, jista' l-Ministru jgħid liema kienu r-raġunijiet li priġunieri Libjani li kienu l-ħabs wara sentenzi fuq drogi tħallew imorru lura pajjiżhom biex ikomplu s-sentenzi tagħhom hemmhekk? Min jiġi kkonsultat f'każ bħal dan? Kif jiġi żgurat li fil-fatt dawn il-priġunieri jservu s-sentenzi sħaħ tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 25995 u Nru. 31698.
Leg 9 PQ #38588 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħlim għal persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' skejjel biex igħallmu lill-barranin? Minn min saret kull talba? Meta saret? F'liema lokalita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm tliet applikazzjonijiet pendenti: 1. Waħda fl-4 ta' Novembru 2002 fi Gwardamangia għal estensjoni tal-liċenzja li diġa' teżisti biex jiġi offrut programm li jwassal għal Diploma/Grad fil-Computing u Information System ta' l-Universita' ta' Londra għall-Maltin u barranin. 2. Oħra fil-31 ta' Ottubru 2002 fil-belt Valletta għal 'University Foundation Courses' lill-Maltin u l-Barranin. Id-Diviżjoni irrakomandat l-applikazzjoni lill-M.E.P.A. 3. Oħra saret fit-8 ta' Mejju 2001 f'post mhux speċifikat. L-applikant ġie mgħarraf li qabel ma jingħata tagħrif dwar il-'premises' ta' l-iskola, l-applikazzjoni tibqa wieqfa (in abeyance). S'issa dan it-tagħrif għadu ma wasalx. Ma jidhirlix li hu sewwa nippublika l-ismijiet ta' l-applikanti f'dan l-istadju.

Żejtun — Triq Xrob l-Għaġin - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ it-tender sabiex isir id-drenaġġ fi Triq Xrob l-Għaġin, fiż-Żejtun? Meta hu maħsub li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tender sabiex isir id-drenaġġ fi Triq Xrob l-Għaġin, Żejtun ħarġet u għalqet. Din qiegħda f'fażi ta' aġġudikazzjoni. Hekk kif din it-tender tiġi aġġudikata, ix-xogħol ikun jista' jinbeda.

Żejtun — Triq il-Bajja ta' San Tumas

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-bajja ta' San Tumas fiż-Żejtun minħabba li dan l-aħħar inqalgħet u allura tinsab fi stat ħażin ħafna, b'tali mod li trid issir mill-ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal -Mistoqsija Parlamentari nru. 38567.

Tal-Barrani — Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ it-tender sabiex isir ix-xogħol fuq it-traffic lights f'Tal-Barrani? Meta hu ppjanat li dan ix-xogħol isir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38566.
Leg 9 PQ #38583 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Uniformijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq uniformijiet, raincoats u aċċessorji oħra ta' l-uniformi tal-pulizija fl-2002? Jikkonferma li għad hemm pulizija li għad ma ngħatawx raincoats u lembubi fost affarijiet oħra? Meta hu maħsub li dawn jingħatawlhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra il-Korp tal-Pulizija nefaq is-somma ta` Lm128,934 fuq uniformijiet, ilbies protettiv u aċċessorji oħra ta` l-uniformi. Dwar ir-raincoats, ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38355, filwaqt illi dwar il-lembubi ninsab infurmat illi dawn qed ikunu mqassma, issa li waslet il-konsenja tagħhom.
Leg 9 PQ #38584 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Kors ta' spetturi

Question

Issa li se jibda l-kors fl-Universita' ta' l-ispetturi ġodda tal-pulizija, jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux dawk kollha li għaddew intgħażlu għall-kors? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista fl-ordni tal-mertu ta' dawk kollha li għaddew mill-eżami, interviews, eċċ? Jista' jgħid ukoll liema huma l-membri fil-korp bir-rank tagħhom? X'inhi l-eta' ta' kull wieħed u kemm minnhom huma nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mhux l-applikanti kollha li għaddew mill-intervista għall-post ta` Spettur fil-Korp tal-Pulizija ġew mitluba jibdew il-kors fl-Universita`, għax ma kienx hemm vakanzi biżżejjed. Dan kien stipulat fis-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-25 ta` Ġunju 2002. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bit-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant fl-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija.

Detox — Persuni li rrikorrew għall-għajnuna

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul Jannar, 2003 kemm kien hemm nies - nisa u rġiel separatament - li fittxew l-għajnuna tad-Detox għall-ewwel darba minħabba l-abbuż tad-droga? X'inhi l-iżgħar u l-akbar eta' f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.