Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Development Corporation

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Malta Development Corporation li bis-sentenza tas-6 ta' Novembru 2002 fir-Rikors Numru:80/97 (Gozo) fl-ismijiet Michael Said et vs chairman, Malta development Corporation et ġiet ikkundannata tħallas lill-imsemmi Michael Said kumpens ta' erbat elef lira (Lm4,000) minħabba l-inġustizzja li huwa sofra, sal-lum għalkemm għaddew aktar minn sitt xhur għadha ma wettqitx l-obbligu tagħha u ma ħallsitx dan il-kumpens?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Michael Said għadu ma tħallasx peress illi l-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta ma taqbilx mar-rakkomandazzjonijiet li saru mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji. Ir-raġuni fil-qosor għaliex l-MDC ma ħassitx illi r-rakkomandazzjonijiet tat-Tribunal kellhom jiġu implimentati hija illi, kif ġie ppruvat ampjament fl-andament tar-rikors, Michael Said mhuwiex bona fede tradesman li jikkwalifika għal assistenza taħt il-liġijiet dwar l-inċentivi għall-industrija. Fil-fatt jirriżulta ċar mill-atti tar-rikors illi Michael Said għandu impjieg full-time mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni. Għalhekk l-istess Korporazzjoni tħoss illi l-istess Said ma ħaqqu ebda forma ta' kumpens u informat b'dan lill-Management and Personnel Office ta' l-Ufficcju tal-Prim Ministru skond kif titlob il-proċedura.
Leg 10 PQ #267 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Residenza St. Anna

Question

Kemm intefqu flus biex tiġi rranġata s-Sala St. Anna fl-isptar ġenerali ta' Għawdex? Kemm ingħataw kuntratti u xogħol lill-privat u kemm kien jiswa kull kuntratt? Dawn il-kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-fondi għall­proġett Residenza Sant'Anna inħarġu mill­Welfare Committee. Għaldaqstant il­Ministeru għal Għawdex mhux f'pożizzjoni li jagħti l­informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #159 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola primarja Nadur — Ħalib bil-kulur

Question

X'inhi r-raġuni li fl-iskola primarja tan-Nadur Għawdex il-headmistress inkarigata mill-istess skola m'hijiex tissuplixxi ħalib bil-kulur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Iskola Primarja tan-Nadur qed tħaddem policy ta' awareness ta' dieta għat-tfal. L-Iskola tinkoraġġixxi li t-tfal jixorbu l-ħalib iżda mhux ħalib miżjud bil-kulur. Qed tipprova wkoll teduka lill-ġenituri ħa jifhmu l-importanza ta' dieta tajba. Dan il-pass ilu jiġi segwit minn diversi skejjel f'Malta.
Leg 9 PQ #38477 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għalliema tal-mużika

Question

Huwa minnu li f'Għawdex m'hemmx music teacher? Huwa wkoll minnu li hemm żewġ music teachers li għamlu l-interview u ma ġewx aċċettati għaliex iridu jkunu, skond id-dipartiment, activity teachers?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Fl­iskejjel Primarji t'Għawdex hemm għalliema waħda li tgħallem il­Mużika, iżda fil­preżent l­istess għalliema tinsab fuq perjodu ta' "parental leave" u ser tidħol lura għax­xogħol fit­28 ta' Frar 2003. Dwar it­tieni parti, nitlob lill­Onor. Intepellant ikun aktar speċifiku fil­mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #38481 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għawdex — Heliport - Ħaddiema li jaħdmu fil-fire section

Question

Taħt liema dipartiment se jaqgħu is-16-il ħaddiem tal-MIA (ex AFM) li jaħdmu fil-fire section fil-heliport f'Għawdex u llum, milli jidher, jitħallsu mill-MIMCOL?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li b'riżultat tal-privatizazzjoni ta' l-MIA, bħalissa qed jiġi studjat il-mod li bih jista' jsir ir-ristrutturar tal-Heliport f'Għawdex. Fil-preżent qed jiġu evalwati numru ta' possibiltajiet dwar kif jista' jsir dan ir-ristrutturar filwaqt li jitħarsu l-interessi tal-ħaddiema kollha nvoluti. Sakemm isir dan ir-ristrutturar, il-ħaddiema msemmija qed jitħallsu mill-MIA.
Leg 9 PQ #38168 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — Ħsarat fil-bini

Question

Jista' il-Ministru tara kif l-awtoritajiet kkonċernati għandhom sal-lum ma ħadux il-prekawzjonijiet neċessarji biex jiġi limitat il-periklu fl-BLK B, Flat 1 f' Taċ-ċawla, Rabat Għawdex peress li fih ħafna konsenturi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li wara li d­Dipartiment tal­Customer Services irċieva t­talba biex issir investigazzjoni dwar konsenturi fil­Block B Flat 1 fil­Qasam tad­Djar ta' Taċ­Ċawla, tqabbad Perit biex jispezzjona l­post u jipprepara rapport dwar ix­xogħlijiet meħtieġa. Ir­rapport ġie sottomess f'Diċembru li għadda u rrikmanda li jsiru investigazzjonijiet tal­pedamenti ta' l­istess blokk. Fil­fatt ix­xogħlijiet fuq din l­investigazzjoni ser jibdew fil­jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #37852 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Finanzi

Ex-membri parlamentari — Pensjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 37748 u cioe' kemm huwa n-numru ta' ex-membri parlamentari li bbenefikaw mill-emendi riċenti li saru dwar il-pensjonijiet ta' ex-membri parlamentari? Kemm minnhom huma Għawdxin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ex-membri Parlamentari li minn Jannar 2003 għandhom jibbenefikaw mill-emendi riċenti li saru dwar il-pensjonijiet ta' membri parlamentari huma tlieta, kollha Għawdxin.
Leg 9 PQ #37859 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sajjieda Għawdxin — Winch

Question

Tista' il-Ministru tara li l-winch li jintuża mis-sajjieda Għawdxin fil-bajja ta' Marsalforn u li ilha bil-ħsara għal dawn l-aħħar xhur tissewwa sabiex terġa tibda tintuża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li dan il­winch issewwa.
Leg 9 PQ #37229 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Klieb Perikolużi

Question

Jista' l-Ministru jara li tlett iklieb li qegħdin ikunu ta' periklu għal pubbliku li jkun għaddejjin minn fejn il-makna tat-tarmac fit-triq li mir-Rabat tagħti għaż-Żebbuġ, Għawdex, jitneħħew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fuq rapport li kellha nhar it-22 ta` Novembru 2002, il-Pulizija ta` Għawdex qed tieħu l-azzjoni meħtieġa, bl-għajnuna ta` l-S.P.C.A.
Leg 9 PQ #37230 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jipprova jsib soluzzjoni għall-każ ta' Għawdxija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover u li fil-preżent tinsab tqila, peress li għalkemm it-tobba tawha parir li m'humiex assolutament tajjeb għal gravidanza tagħha li ta' kuljum permess tal-karozza tal-linja tmur Bormla u tirritorna lejn Għawdex, hija xorta waħda qiegħda tkun kostretta tagħmel dan il-vjaġġ kuljum għaliex il-kapijiet ta' l-istess skola ma laqgħux it-talba tagħha, li hi, fuq bażi temporanja titħalla taħdem fi skola f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna msemmija hi stess applikat u ntagħżlet biex taħdem b'kuntratt bħala School Secretary fi Skola f'Malta. Filwaqt li wieħed jissimpatizza mas-sitwazzjoni ta' din il-persuna, huwa diffiċli ferm li wieħed jilqaż talbiet bħal dawn minħabba t-tip ta' rabta li l-persuna jkollha ma' l-iskola fejn taħdem permezz ta' kuntratt ta' xogħol. Jekk tintbagħat Għawdex, fejn m'hemmx bżonnha, l-iskola f'Malta tibqa' priva mis-servizzi ta' School Secretary li huma ferm meħtieġa.
Leg 9 PQ #37231 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36561 u r-risposta li hemm mogħtija, jista' l-Ministru jinnota li l-periklu għadu hemm sal-lum u li l-ebda rimedju ma sar sabiex l-istess ħofra fit-triq tiġi mimlija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi wara li ħareġ l-Avviż ta` Infurzar numru ECF142/02, saru żewġ method statements sabiex is-sit li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jitreġġa lura għal l-istat li kien. Wieħed mill-method statements sar mill-Kunsill Lokali ta` l-Għarb filwaqt li l-ieħor minn sid l-għar. L-Awtorita` taqbel ma` dawn il-method statements u issa jridu jiġu implementati. Infurmat ukoll li x-xogħol irid isir mill-Kunsill Lokali ta` l-Għarb.
Leg 9 PQ #37232 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-każ ta' tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu under separate cover li għalkemm il-bord aktar minn xahar ilu ddeċieda li għandu jkollu facilitator, sal-lum dan għadu qed jinqeda b'facilitator ieħor meta dana ma jkollux xogħol ieħor?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t­tifel imsemmi beda jingħata s­servizz ta' facilitator skond id­deċiżjoni ta' l­iStatementing Board.

Servizzi Soċjali — Talba għal għajnuna

Question

Jista' il-Ministru jagħti sturzzjonijiet li jiġi pproċessat il-file ta' individwu li d-dettalji qed jintbagħtu separatament u dan peress li l-istess file li jitratta t-talba tiegħu għal SA u SKA ilu shur pending bla ebda eżitu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.
Leg 9 PQ #36922 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Finanzi

Xiri ta' propjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw proprjetajiet bħala first home fl-1996 sal-lum u kemm minnhom kienu Għawdex u Malta? Kemm minnhom kienu non-residents?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi ma kinitx tinzamm statistika ta' kemm inxtraw proprjeta' immobbli li kellha tintuza bhala residenza unika u ordinarja minhabba li s-sistemi kollha kienu operati manwalment. Imma minn mindu s-sistema kienet kompjuterizzata n-numru ta' kuntratti f'dan ir-rigward qed tidher fl-annessa tabella markata Dok "A". Billi r-rata koncessjonarja ma' tapplikax ghan-non-residents, ma tinzammx din l-istatistika.
Leg 9 PQ #36923 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-Matsec — Riżultati ta' l-eżamijiet tal-Malti

Question

Għaliex l-istudenti li għamlu l-eżami tal-Matsec fil-malti ġabu riżultati daqstant foqra kemm fis-sessjoni ta' Ġunju kif ukoll f'dik ta' Settembru 2002? Għaliex kien hemm daqstant dewmien sabiex dawk li talbu r-revision of paper jingħataw risposta' u għaliex dawn ma jitħallewx jaraw il-karti tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-eżamijiet tas-SEC tal-Malti ta' Mejju u Settembru 2002 flimkien, iktar minn 63% tal-kandidati ġabu Gradi 1 sa 5 li jikkwalifikawhom biex jidħlu fis-Sixth Form. Dan ir-riżultat huwa komparabbli ma' ta' snin oħrajn meta bejn 63% u 65% tal-kandidati ġabu dawk il-Gradi. Ir-riżultati tar-revision of paper fil-Malti ntbagħtu fl-24 ta' Ottubru hekk kif waslu fl-Uffiċċju tal-MATSEC minn għand l-eżaminaturi. Mhix proċedura li l-kandidati jaraw il-karta tagħhom waqt ir-revision of paper.
Leg 9 PQ #36924 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Aċċess ta' files

Question

X'inhi r-raġuni li l-pulizija m'hijiex tagħti lid-direttur (product planning and development) fil-Malta Tourisim Authority aċċess għall file (Ref 2/2/M12/98) sabiex b'hekk l-applikazzjoni ta' individwu biex jopera Snack bar fix-Xlendi, Għawdex tkun tista' tiġi pproċessata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kopja tal-applikazzjoni li rrefera ghaliha l-Onor. Interpellant inghatat lill-Awtorita` tat-Turizmu fis-7 ta' Novembru, 2002.
Leg 9 PQ #36925 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

HSBC — Pitturi

Question

In vista ta' dak li ġie rrapportat fil-gazzetta lokali li l-HSBC sejjer jislef għal żmien determinat l-akwarell ta' J.M.W. Turner dwar il-port il-kbir lill-museum of fine arts u peress li sottoskritt jemmen bis-sħiħ li fit-trasferiment tax-shares tal-Mid Med Bank lill-HSBC, il-poplu Malti u Għawdxi ġie litteralment misruq minn wirt patrimonjali kbir peress li l-Mid Med Bank kellu f'idejh kollezzjoni vasta u mportanti ta' wieħed mill-aħjar pitturi Maltin (bħal Envin Cremona u Nicola Camilleri), jidhirlux il-Ministru li minnufih u bla aktar dewmien tinħatar kummisjoni adhoc miż-żewġ naħat tal-Kamra biex tagħmel inventarju ta' dan il-wirt patrimonjali kbir malti li qiegħed f'idejn l-HSBC? Jistgħu jittieħdu l-provvedimenti kollha opportuni sabiex dan il-wirt patrimonjali ma jitħallhix jitlaq minn dawn il-gżejjer? Jidhirlux li għandhom jibdew minnufih trattativi ma l-HSBC minn naħa tal-gvern għal akkwist ta' din il-kollezzjoni li qabel kienet tal-Mid Med Bank u f' każ ta' rrifjut ta' l-istess HSBC li tikkopera mal-gvern Malti, issir leġislazzjoni adhoc biex il-poplu Malti u Għawdxi jerġa jakkwista lura dan il-wirt patrimonjali tiegħu u dana fl-interess pubbliku u salv kull dritt ta' kumpens minn naħa tal-gvern lill-HSBC għal dan l-akkwist.

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Parlament għadu kif din is-sena addotta l-leġiżlazzjoni li tirregola l-ħarsien tal-patrimonju kulturali li jinsab Malta.
Leg 9 PQ #36701 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizzi Soċjali — Għawdex - Xagħra

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li żewġ anzjani (wieħed minnhom bedridden bil-feeding tube) u li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament ilhom 'il fuq minn seba' xhur mingħajr is-servizz ta' helper?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ż­żewġ anzjani li rrefera għalihom l­Onor Interpellant ingħataw is­servizz ta' ħames siegħat fil­ġimgħa fl­1993 liema servizz ġie estiż b'siegħa oħra fi Frar 2002 u dam jingħata sa Marzu 2002. Matul dan il­perjodu intbagħtu mhux anqas minn tliet Assistenti Soċjali Każwali differenti li lkoll ilmentaw li kienu qegħdin jingħataw xogħol li mhux relatat max­xogħol li suppost jagħmlu. Dan kien konfermat minn diversi home visits li għamlu s­supervisors. F'April ta' din is­sena, is­supervisors kellmu lit­tifel ta' l­anzjani biex jinfurmawh li l­helper ma kenitx ser tmur aktar peress li din irriżenjat mix­xogħol. Dan kellu jinforma lill­uffiċċju jekk l­anzjani kienux lesti li jdaħħlu helper oħra ġewwa darhom iżda sallum għadu ma tax risposta. Issa jiena tajt struzzjonijiet biex issir home visit mill­aktar fis possibbli biex il­każ jerġa' jiġi mistħarreġ.
Leg 9 PQ #36490 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jara għaliex membri tal-korp tal-pulizija Għawdxin li jintbagħtu Malta għassa mar-refuġjati, qegħdin jiġu offruti lodging degradanti u mingħajr lanqas faċilitajiet fejn jieħdu shower?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-quarters provduti lill-membri tal-Korp tal-Pulizija Għawdxin li temporanjament qed ikunu xogħol mal-immigranti illegali f`Malta huma mgħammra bil-faċilitajiet sanitarji kollha, inkluż showers.