Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol/konsulenza/rapporti lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Affarijiet Eworopej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol/konsulenza/rapporti lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol/konsulenzi/rapporti lill-kumpaniji u lill-individwu konċernati fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – lista ta’ xogħlijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – lista ta’ xogħlijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol/konsulenzi/rapporti lill-kumpaniji konċernati fil-perjodu msemmi.

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Leg 9 PQ #35676 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35463?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mhuwiex il-ħsieb ta' l-Air Malta li timpjega fuq bażi permanenti lil dawk l-istewardesses li għal dawn l-aħħar erba' snin kienu mpjegati fuq bażi temporanja. Il-persuni li għalihom qed issir riferenza ġew impjegati fuq bażi permanenti b'effett mit-9 ta' Settembru 2002. Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpelant għat-tweġiba li tajt għall-ewwel parti ta' din l-istess mistoqsija. Dawn iż-żewġ persuni intgħażlu fuq bażi ta' anzjanita' fost il-Cabin Crew impjegati fuq bażi temporanja. Fil-fatt huma kien ilhom seba' u sitt snin jaħdmu fuq din il-bażi. Mhux minnu li l-Ground Staff ħadmu għal sena biss. Għalissa ma hemm ebda pjanijiet biex toħroġ sejħa interna għall-applikazzjonijiet jew biex isiru trasferimenti għall-Cabin Crew.
Leg 9 PQ #35677 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Statistics Authority Act 2002

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk nutara u avukati humiex tenuti li jimlew il-business statistics questionnaire li qed tintbagħat għall-fini tal-Malta Statistics Authority Act 2002, anke peress li n-nutara huma uffiċjali pubbliċi u bħala tali ma jingħaddux bħala business enterprise?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Business Register jiġi kkumpilat minn tagħrif li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jiġbor permezz tal-kwestjonarju msemmi mill-Onorevoli Interpellant. Il-metotoloġija tal-Eurostat li jsegwi dan l-Uffiċċju biex ikun ikkompilat il-Business Register tagħmel użu mill-klassifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi għall-fini ta' statistika ta' l-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala l-NACE, li taħt "Division 74": Other Business Activities jidħlu attivitajiet ta' natura legali. Għaldaqstant avukati u nutara għandhom jimlew il-kwestjonarju dwar business statistics.
Leg 9 PQ #35678 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Imtarfa — Art Pubblika

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux minnu li: (a) persuna residenti l-Imtarfa ngħatat art diġa` pubblika bi qbiela, fejn inbnew żewġ stalel u mansab kbir qalb il-bini; (b) jekk l-istess stalel għandhomx u humiex koperti b'permess tal-bini mingħand il-MEPA? (c) jekk minkejja rapporti minn diveri residenti fl-inħawi l-lands department ħax passi sabiex din l-art terġa' tiġi fil-pussess tagħha u kull aġir illegali jiġi ritratt; (d) jekk hux minnu illi anke l-kap ta' l-iskola għamel diversi rapporti fuq l-istess u sal-lum baqa' bla risposta effettiva? vide pjanti annessi

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li jirrigwardja id-Dipartiment tal-Artijiet, ninsab infurmat kif ġej:- Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, ġiet mogħtija l-art b`kirja għal skop ta` ġnien, u mhux bi qbiela. Minn spezzjoni li għamel id-dipartiment, irriżulta illi fuq l-art imsemmija ma hemmx stallel u l-unika irregolarita` li hemm fuq din l-art, huwa mansab. L-istallel imsemmija jinsabu fuq art li qiegħda tiġi amministrata mill-Awtorita` tad-Djar. Kien hemm rapport wieħed biss minn persuna waħda. Id-dipartiment qiegħed jieħu l-passi neċessarji sabiex il-mansab jitneħħa. Ma jirriżultax mill- files illi l-kap tal-iskola għamel xi rapporti lil dan id-dipartiment, fuq dan il-każ. Infurmat ukoll illi l-Awtorita` Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar qed tinvestiga il-każ.
Leg 9 PQ #35679 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċimiterju ta' Santa Margherita

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex iċ-ċimiterju ta' Santa Margherita fir-Rabat qed jinżamm magħluq (eg. l-Erbgħa 18 ta' Settembru sas-Sibt 21 ta' Settembru)? Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu kkontrollati l-ammont ta' wirdien li qed ikun hemm fil-wiċċ u li l-istess ċimiterju jinfetah kuljum u mhux biss għal ftit minuti sakemm isir dfin jew waqt it-tindif?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi fis-17 ta' Settembru, ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa għamlu trattament ta' disinfestazzjoni fiċ-Ċimiterju msemmi. Fit-18 ta' Settembru, l-persuna nkarigata minn dan iċ-Ċimiterju irraporta 'sick', u għalhekk intbagħat ħaddiem ieħor sabiex indaddaf iċ-Ċimietrju minn xi wirdien li seta' kien hemm wara id-disinfestazzjoni. Dak inhar iċ-Ċimiterju infetaħ fl-10 ta' filgħodu. Dan l-istess persuna tqabbad ukoll sabiex jiftaħ u jattendi f'dan iċ-Ċimiterju sakemm il-persuna li normalment tiftaħ iċ-Ċimiterju jirritorna għax-xogħol. Wara t-18 ta' Settembru, iċ-Ċimiterju nfetaħ kuljum bejn is-7 ta' filgħodu u 2.15 ta' wara nofsinhar. Ninforma wkoll li f'dan iċ-Ċimiterju ssir disinfestazzjoni fuq bażi regolari sabiex jiġu kkontrollati n-numru ta' wirdien.
Leg 9 PQ #35680 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Inland Revenue — Capital Gains Tax Section

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 35464, filwaqt li ninforma lill-Ministru li MHUX VERU illi oħt it-taxpayer kienet residenti fil-post li nxtara ( u għalhekk min ta din l-informazzjoni li ngħatat lill-Ministru mhijiex korretta), ladarba l-claim tad-dipartiment ma wasletx għand it-taxpayer sa sena minn meta ġiet ippreżentata, ma jidhirlux il-Ministru li skond l-Att XVII ta' l-1993 l-istess kont addizzjonali kien preskritt bil-liġi? Jaħsibx il-Ministru illi wara li d-dipartiment kien ġie informat li din it-talba kienet preskritta allura l-ittra ta' l-24 ta' Ġunju 2002 ħarġet b'abbuż ta' poter?

Response (DALLI, JOHN)

Nikkonferma li oħt ix-xerrej setgħet ma kinitx toqgħod fil-fond li nxtara u qed nipproduċi r-rapport tal-Membri tar-Revenue Security Corps – tat-31 ta’ Lulju, 2001 rigward il-każ in kwestjoni. “Taxpayer in question is presently living in England – (sister) refused the documents. She stated that she has nothing to do with her brother and added that she was not ready to make contact with him regards such matter. Taxpayers whereabouts not traced – documents undelivered – attached”. Minn dan ir-rapport il-Kummissarju wasal għall-konkluzzjoni erronja li oħt ix-xerrej kienet tabita fl-istess fond. Bir-rispett niġbed l-attenzjoni tal-Onoreveli Interpellant li ma saret l-ebda oġġezzjoni kontra l-imsemmi kont għax l-Onorevoli Interpellant b’ittra tas-7 ta’ Dicembru, 2001 waqt li kkonferma li x-xerrej kien ISSA beda joqgħod fil-proprjeta’ mixtrija, espressament iddikjara li l-istess ittra ma kinetx waħda ta’ oġġezzjoni imma sempliċiment Notifika ta’ Preskrizzjoni. Il-Kummissarju għalhekk, ma kellux għażla oħra, għajr li jipproċedi bil-ġbir tat-taxxa għax il-każ ma setax ikun ittratat bħala li jaqa’ taħt oġġezzjoni. Jekk issir oġġezzjoni kif stabbilit mill-liġi, il-mertu tal-każ ikun ittrattat bħal każi simili u jekk ikun ippruvat dak li qed jikkontendi l-Onorevoli Interpellant jibdew proċeduri biex il-kont ikun ikkanċellat. In-Notifika għall-fini tal-artikolu 51 tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, Kap 246, ingħatat lid-Dipartiment fil-15 ta’ Gunju, 2000 fejn kien indikat li l-indirizz tax-xerrej kien il-fond li nxtara bit-trasferiment in kwestjoni.
Leg 9 PQ #35681 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

AIP Permits — Xiri ta' proprjeta` minn Barranin

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ħarġu AIP permits għax-xiri ta' proprjeta` mill-barranin bejn l-1996 u s-sena 2002 (Settembru)? Kemm minn dawn kienu suġġetti għal self?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li nħarġu biex il-barranin ikunu jistgħu jixtru proprjeta’ immobbli hawn Malta hu kif sejjer jingħad:- 1996 - 269 1997 - 168 1998 - 153 1999 - 219 2000 - 295 2001 - 344 2002 (sa Settembru) - 290 Qatt ma kienet tinżamm statistika ta’ kemm minn dawn kienu soġġetti għal self.
Leg 9 PQ #35463 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta

Question

Jista` il-Ministru jinforma lill-Kamra:- (a) jekk dawk l-i stewardesses ( flying ) mal-AirMalta li għal dawn l-aħħar 4 snin ilhom fuq bażi temporanju ( A pri l to Oct basis ) humiex ser isiru tal-post jew le? (b) Jekk hux minnu li tnejn minn dawn li isimhom qed jintbagħat separatament sarux tal-post u iffirmaw kuntratt ta’ impjieg permanenti b’effett mill-12/09/2002? (c) Jekk hu minnu, huwa possibli li l-istewardesses (air-hostesses) irġiel u nisa l-oħra jsiru wkoll tal-post (impjieg permanenti). (d) Fuq liema bażi intagħżlu dawn iż-żewġ persuni biss u għaliex huma? (e) Huwa minnu li ground-hostesses li s-sena li għaddiet ħadmu l-ewwel darba ukoll ġew tal-post b’effett mill-12/09/2002 u li issa se ssir internal applications jew transfer biex jibdew itiru (air hostesses)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35464 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Section

Question

Jista` il-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-kont IV 044967 maħruġ mis-CIR (Capital gains tax-section) – wara li dan ġie riċevut ‘il fuq minn sena wara u għalhekk kien preskritt - l-istess persuna qegħda tiġi persekwitata biex tħallas?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kont numru 44967 kien ilu li tlesta mid-dipartiment tal-Capital Transfer Duty sa mis-27 ta’ Marzu 2001 waqt li l-avviż lid-dipartiment dwar it-trasferiment ta’ proprjeta’ immobbli ġie ppreżentat fil-15 ta’ Ġunju, 2000. L-ewwel tentattiv li sar biex jiġi servut il-kont fuq it-taxpayer kien fit-28 ta’ Marzu, 2001. Oħt it-taxpayer li kienet tabita fil-fond trasferit fl-att notarili, irrifjutat li tirċievi l-kont f’isem ħuha. Ta’ min jinnota li l-kont l-ieħor relatat 44968 ġie servut lill-bejjiegħ fl-istess żmien u t-taxxa relattiva tħallset. Saru diversi tentattivi oħra biex jiġi servut il-kont 44967 peress li x-xerrej tal-fond li dwaru nħareġ il-kont kien imsiefer. L-aħħar ittra maħruġa mid-dipartiment bħala avviż tal-ħlas tat-taxxa bl-iskop li ma’ jintilifx ir-revenue dovut lid-Dipartiment nħarġet fl-24 ta’ Ġunju, 2002.
Leg 9 PQ #35465 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista` il-Ministru jinforma lill-Kamra x’azzjoni qiegħda ttieħed mill-Planning Authority jew awtorita` suċċessiva tagħha rigwardanti (a) l- enforcement notice 1172/2001 (b) it-tneħħija tal-bini li huwa f’nofs Triq il-Qastan, Baħrija li miegħu tela` bini bla faċċata fuq triq skond PA nos. 01514/01 u 00212/2000. Jista` il-Ministru jieħu l-passi biex: (a) l-Lands Department tespropja t-triq (b) twaqqa l-istess ingombru? Qed nibgħat separatament kopja ta’ ritratti relevanti. Vide ritratti uniti.

Response (BORG, TONIO)

Is-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq b`referenza ECF 11720/01, datat 16 ta` Novembru 2001. L-azzjoni ttieħdet għaliex sar ksur ta` kundizzjoni tal-permess relatat PA 1514/01, u dan talli ma ġietx miftuħa t-triq qabel ma nbeda ix-xogħol permessibli. L-Awtorita` se toħroġ ukoll Avviż ta` Projbizzjoni ta` Trasferiment ta` l-Art fuq dan l-iżvilupp ġdid. Ta` min jinnota li l-Awtorita` ġiet notifikata b`ittra datata 4 ta` Jannar 2002 li saret talba lid-Direttur ta` l-Artijiet minn sid ill-post biex issir esproprjazzjoni ta` l-art in kwistjoni, iżda f`dan il-każ id-Dipartiment tal-Artijiet ma jesproprjax proprjeta` li tiġi f`dik il-parti tat-triq li qegħda quddiem art li ġiet żviluppata, dan anke biex ma jippremjax finanzjarjament lil min ikun kiser il-kundizzjonijiet tal-permess tal-bini. L-Awtorita` ser tibqa` ssegwi l-azzjoni għall-infurzar.