Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsa Shipbuilding — Vapuri tal-Gozo Channel

Question

Jista' il-Ministru jgħid huwiex veru li s-sistema tal-plumbing tal-vapuri tal-Gozo Channel li nbnew fil-Marsa Shipbuilding, diġa' waslu biex jinbidlu kollha minħabba li ma ntużax materjal adegwat għalihom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2012.

Tnaqqis mil-pensjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex qegħdin jitnqassu Lm30 fix-xahar mil-pensjoni ta' l-armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament,meta din dejjem kienet tieħu l-għajnuna soċjali bi dritt u meta din ilha armla aktar minn 13 il-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.

Mosta — Santa Margerita/Triq il-Pont - Ħruġ ta' Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jirranġaw il-ħsarat li hemm f'Santa Margerita u fi Triq il-Pont, fil-Mosta fejn għal ġranet sħaħ qed ikun hemm fit-toroq ewlenin ta' hemm out flow tad-drenaġġ u kull xorta oħra li huwa bla ebda riserva ta' detriment għas-saħħa tar-residenti ta' l-inħawi u wkoll għal kull min jgħaddi minn hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-"outflow" tad-drenaġġ waqaf, waqt li t-tindif għadu għaddej u se jibqa' jisr sakemm jittella' l-ġebel kollu.

Pulizija — Każ dwar mewt ta' persuna mir-Rabat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-kaġun tal-mewt ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li mietet fl-10 ta' Ġunju 2000 fl-isptar San Luqa?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 10 PQ #1858 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Prosat

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Prosat għal persuni li jinsabu f'depression, ma humiex qedin jingħataw mingħajr il-go ahead tal-istess Ministru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma nafx minn bellagħha lill-Onor. Interpellant, imma ninfurmah li l-Ministru bir-raġun la għandu, u mhux korrett li jkollu fakolta' jagħżel min u min ma għandux jieħu l-pilloli!

Membri tal-ġudikatura — Travel Fund

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif intużaw il-fondi ta' Lm5000 ċirca bħala travel fund, dawn l-aħħar tlett (3) snin, min użahom u fejn marru bihom membri tal-ġudikatura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ivjaġġar tal-membri tal-ġudikatura f`dawn l-aħħar tlett (3) snin huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mellieħa — Managment tal-parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif jista' wieħed jirranġa aħjar l-managment tal-parking spaces fi Cross Street, Mellieħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn riċerka li saret fid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku, ma nstabet l-ebda rikjesta jew proposta mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall-parking layout fi Cross Street, Mellieħa.

Pensjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma ngħatatx id-dritt tagħha għal pensjoni għall-irtirar u għal benefiċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.

Rifużżjoni — Ministru tal-Finanzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sejra ssir ir-rifużżjoni awtoriżżata fil-każ tal-persuna ndikata separatament, meta dan għandu bżonn sew din ir-rifużżjoni għal raġunijiet personali?

Response (DALLI, JOHN)

“Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista’ jmur it-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.

Mosta — Santa Margerita/Triq il-Pont - Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jirranġaw il-ħsarat li hemm f'Santa Margerita u fi Triq il-Pont, fil-Mosta fejn għal ġranet sħaħ qed ikun hemm fit-toroq ewlenin ta' hemm out flow tad-drenaġġ u kull xorta oħra li huwa bla ebda riserva ta' detriment għas-saħħa tar-residenti ta' l-inħawi u wkoll għal kull min jgħaddi minn hemm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #1688 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

San Pawl il-Baħar — Persuna li applikat biex tattendi kors ta' gwardjan privat

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - li applikat biex tattendi għall-kors ta' gwardjan privat organizzat mill-ETC ma ġietx aċċettata meta dan huwa persuna li kellu school leaving certificate ta' Furtu Selavtico school, Naxxar, 1987, u Żebbuġ secondary school sa mill-1990 wara li kien daħal hemmhekk fl-1988 u ċertifikat ieħor bħala school leaving certificate meta attenda fid-Danny Cremona school of agriculture, ta' Ħal Qormi bejn l-1991 u l-1992? Għaliex persuna bħal din ma ngħatatx iċ-ċans li ta' l-inqas tattendi l-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din il-persuna li dwarha qed issir din il-Mistoqsija Parlamentari, ma ġietx aċċettatha biex tattendi il-kors ta' Gwardjan Privat organizzat mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għaliex ma kelliex iċ-ċertifikati kif preskritt mill-Liġi. Dan kien ikkonfermat mill-istess persuna meta avviċina lill-uffiċjali tal-Korporazzjoni. F'ċirkostanzi bħal dawn ikun inutli li l-persuna tattendi għat-taħriġ la darba l-istess persuna ma tistax tieħu dan l-impjieg.

Naxxar

Question

B'referenza għar-residensa "l-Għorfa" li tinsab fi Triq Margaret A Murray, Naxxar, u wara li titlesta l-Bypass li fiha diġa qed isiru x-xogħlijiet, jista` l-Ministru jgħid kif il-familja li toqgħod fir-residensa hawn fuq imsemmija se tgawdi dawk id-drittijiet ta` safety meta l-membri ta` din l-istess familja jiġu biex joħorgu mid-dar tagħhom bil-vettura ladarba, kif jidher sal-lum, se jkunu kostretti joħorgu direttament ġol-main road? Jarax il-Ministru li għandha ssir xi forma ta` service road bħalma jidher li diġa sar iktar `l isfel fit-triq u dan bħala protezzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-post indikat mill-Onor. Interpellant jinsab qrib il-junction li tgħaqqad il-bypass mad-dħul għall-Għargħur. L-Awtorita' trid tara li dan il-junction ikun wieħed skond kif suppost, u dan mingħajr ma jinħoloq periklu żejjed la għar-residenti u lanqas għall-vetturi li jgħaddu mill-inħawi.

MEPA — Ref. PAB587/95/E

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fuq liema kriterji nħareġ il-permess tal-MEPA biex isiru xogħlijiet li jinsabu kif indikati fil-mistoqsija parlamentari 2688 tal-15/12/98, Seduta nru. 35?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġiet irrifjutata PA 443/98, kif issemma qabel, daħlet applikazzjoni PA 455/01 “to replace existing stairs in front garden”. L-applikazzjoni ġiet approvata fit-2 t’ April 2001 għax l-istruttura (canopy) fil-front garden tneħħiet u allura ma kienx hemm iżjed oġġezzjoni għall-proposta.
Leg 9 PQ #38665 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Arblu tad-dawl

Question

Jista l-Ministru jgħid meta sejjer jitneħħa l-arblu tad-dawl li hemm eżistenti fi Triq Salvu Aqulina kantuniera ma Triq Sant'Antnin, Mosta li dan l-aħħar kien il-kaġun ta' straġi li saret fid-dar residenzjali wara li sajjetta laqtet lilu u wara li ġibidha baqgħet dieħla fil-faċċata ta' dar li dwar dan hemm diġa rapport lill-EneMalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Sigurta' Soċjali — Tnaqqis fil-bonus

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex il-persuna, li isimha qiegħed jintbagħat separatament, li hija residenti Ħas-Serħ, St. Vincent De Paule, irċeviet il-bonus ta' Diċembru b'xi Lm21 imnaqqsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Leg 9 PQ #38310 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kartuna safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li meta tapplika għall-kartuna s-safra, trid tistenna xi sitt xhur qabel ma din tkun approvata, meta sa ftit żmien ilu din kienet tingħata lill-pazjent tliet ġimgħat wara li tkun saret l-applikazzjoni mill-konsulent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fil-mument il-kartuna s-safra qed toħroġ wara madwar tliet xhur mill-applikazzjoni minħabba tibdil fil-lista ta' mediċini provduti. Din is-sitwazzjoni tirriżulta minħabba li żdied il-ħruġ tal-kartuna s-safra (mediċini għal mard kardjovaskulari li qabel kienu jinkisbu permezz tal-kartuna r-roża issa jinkisbu bil-kartuna s-safra), kif ukoll minħabba nuqqas temporanju ta' żewġ skrivani fuq dan ix-xogħol għal xi perjodu ta' żmien. Madanakollu, huwa ittamat li s-sitwazzjoni terġa' tiġi għan-normal fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #38311 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Applikazzjonijiet għal spetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjonijiet ta' l-ispetturi tal-pulizija, x'ġara mir-riżultati ta' dawn l-applikazzjonijiet u fejn jinsabu bħalissa dawn ir-riżultati? Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-kandidati kollha li kienu eliġibbli u dawk li ma kienux u jgħid għaliex ir-riżultati għadhom ma marrux il-PSC, meta l-interviews spiċċaw fl-10 ta' Diċembru, 2002 u meta r-regolamenti dwar il-bordijiet ta' l-għażla jgħidu li r-riżultati għandhom jintbagħtu ''as soon as possible" lill-PSC? Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jibda l-kors peress li dawn l-applikazzjonijiet ilhom li għalqu mit-2 ta' Awissu, 2002?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma naħseb japprezza l-Onoreoli Interpellant, l-operat ta` Bord ta` Għażla maħtur mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ma jaqax taħt l-iskrutinju tal-Ministeru. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-kors ta` taħriġ jibda wara li jkun ġie ippublikat ir-riżultat.

Mosta — Triq il-Pont - bankini

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru l-bankini ġodda fi Triq il-Pont, fil-Mosta li jsiru wkoll sleeping policemen minħabba li f'din it-triq jinżlu vetturi bi speed qawwi b'mod li jikkawżaw inċidenti serji lin-nies li jużaw din it-triq u b'mod speċjali lit-tfal li jattendu l-iskola viċin, jiġifieri dik ta' Lilly of the Valley, Mosta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi l-Awtorita' Dwar it-Trasport għaddiet l-osservazzjonijiet ta' l-Onor. Interpellant lill-Kunsill Lokali peress li x-xogħlijiet imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill.
Leg 9 PQ #37916 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mtarfa — Triq Philip Pullicino - telephone booth

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal telephone booth fi Triq Philip Pullicino, fl-Imtarfa biex taqdi l-ħtiġijiet tal-lokal fl-area in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa ma jidhirx li hemm il-ħtieġa li jitwaħħlu aktar cardphones fl-Imtarfa meta fil-preżent f'din il-lokalita' il-Maltacom għandha għaxar cardphones. Jekk fil-ġejjieni jinħass il-bżonn li jitwaħħlu aktar cardphones, allura l-post indikat ikun ikkunsidrat.

Baħrija — Triq Ġnien tan-Nigra - sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Triq Ġnien tan-Nigra, fil-Baħrija ssir sistema tad-drenaġġ adegwata biex ir-residenti t'hemmhekk ma jibqgħux jitfgħu d-drenaġġ fil-fosos?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern m'għandu ebda pjan immedjat biex iqabbad il-Baħrija (inkluż Triq Ġnien tan-Nigra) ma' l-infrastruttura tas-sistema tad-drenaġġ f'Malta. Fil-fatt, il-Baħrija hija moqdija b'sistema adekwata għaliha permezz ta' fossa komuni li titbattal mill-Gvern stess. Qiegħed isir studju sabiex tiġi mistħarrġa l-possibbilta' li ssir fossa komuni oħra addizzjonali.