Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji li (i) jimpjegaw sa 10 persuni, (ii) jimpjegaw aktar minn 10 sa 100, (iii) jimpjegaw aktar minn 100?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant inġabret mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u hija kif ġej:
Numru ta’ Impjegati
Numru ta’ Kumpanniji Rispettivi
0 sa 9
44,207
10 sa 99
1,376
100 u ‘l fuq
165
Jista' il-Ministru jara jekk tistax issir xi ħaġa biex jitnaqqas l-inkonvenjent li qed jinħoloq lir-residenti fil-viċinanzi ta' l-Industrial Estate ħdejn Misraħ Kola, f'Ħ'Attard?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku rigward l-inkonvenjent li qed jinħoloq lir-residenti fil-viċinanzi ta’ l-Industrial Estate ħdejn Misraħ Kola f’H’Attard.
Billi ntqal fil-parlament li l-privatizazzjoni tal-lottu pubbliku jinsab fl-istadju finali tiegħu, jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi ħsieb li tiġi ndirizzata l-problema tal-commissions li jaqilgħu l-każini tal-baned li għandhom lotto booth fil-premises tagħhom? Jaf il-Ministru li fil-każ ta' ċerti każini tal-baned dan kollu jista' jissarraf f'telf ta' introjtu ta' aktar minn Lm3,000 fis-sena? Jikkonferma il-Ministru li l-band clubs association ma jidhrux li ġew ikkonsultati dwar din il-materja tant li korrispondenza li ntbagħtet mill-istess assoċjazzjoni lill-Ministeru tal-Finanzi lanqas biss ġiet acknowledged?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kemm fir-rigward ta’ l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu ngħidlu li waqt it-tieni qari ta’l-abbozz ta’ liġi dwar il-lotteriji u logħob ieħor jiena għedt li l-konċessjonarji ser tingħatalhom protezzjoni dwar id-dħul preżenti tagħhom u dan mill-fond li se jinħoloq apposta skond dik il-liġi.
Xogħol tal-gvern — Refunds fuq overseas travel allowances
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista tar-refunds dovuti lill-gvern dwar overseas travel allowances fuq xogħol tal-gvern, każ każ, li ma jistgħux jiġu rikoverati għaliex huma statute barred minħabba ż-żmien li għadda minn fuqhom? Dawn ir-refunds overdue kemm imorru lura fiż-żmien u għaliex tħallew ma jiġux rikoverati mingħajr ma ttieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li saru diversi tentattivi matul is-snin, kemm minn naħa tal-Ministeru tal-Finanzi u kemm minn naħa tal-Ministeri involuti, biex Outstanding Travel Advances ta’ qabel l-1993 jiġu regolariżżati ma’ l-Uffiċju ta’ l-Awditur Ġenerali.
Għadhom ma ġewx finalizzati 207 advance li jammontaw għal LM185,461. Ma nistgħux ngħidu kemm huma r-refunds relatati għalihom billi r-rapport tal-claims kontrihom ma sarx.
Minħabba
(i) ż-żmien li għadda minn fuq dawn l-Advances – xi wħud minnhom imorru lura għall-bidu tas-snin tmenin;
(ii) li ħafna uffiċjali nvoluti ma għadhomx fis-Servizz;
(iii) xi wħud minn dawn l-Advances kienu jinvolvu delegazzjoniet li l-membri tagħhom kienu holders of political office;
(iv) li dokumenti relattivi ta’ dawn l-Advances ma setgħux jinstabu
ġie deċiż li dawn l-Advances jiġu written-off.
Fil-preżent, jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ kumpanniji/fabbriki, eċċ. li qed jiġu mħarka mid-dipartiment sabiex iħallsu dawn il-pagamenti tal-NI li għadhom pendenti? Kemm hi ċ-ċifra ta’ flus in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kumpannji/fabbriki li qed jiġu mħarka mid-Dipartiment huma 11.
Iċ-ċifra ta’ flus pendenti rigward il-pagamenti tal-N.I. hija ta’ Lm1,099,502.31.”
Fil-preżent, jista’ il-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta’ ħlas ta’ flus tat-taxxa ta’ l-income pendenti li għandhom iħallsu l-kumpanniji privati, parastatali, eċċ. f’Malta u Għawdex separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Dipartiment tat-Taxxi Interni/VAT — Ħlas ta' pagamenti minn kumpanniji privati
Question
Fil-preżent, jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ kumpanniji privati, eċċ. li qed jiġu mħarka mid-dipartiment tat-taxxi interni u tal-VAT sabiex iħallsu l-pagamenti li ħallew jakkumulaw tul is-snin? Kemm hi ċ-ċifra ta’ flus in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ha proċeduri legali kontra 2554 kumpanija permezz ta’ ittri uffiċċjali u mandati ta’ sekwestru. L-ammont involut hu ta’ Lm23,753,194.
Fir-rigward tal-VAT, sal-31 ta’ Mejju 2003, kienu ittieħdu proċeduri kriminali bil-Pulizija kontra 42 operaturi tan-negozju għal misapproprazzjoni tal-VAT. L-ammont involuti huma Lm168,507 taħt il-VAT 1994 u Lm407,015 għal VAT 1999.
Qed jittieħdu proċeduri ċivili wkoll fi 382 każi oħra għal ammonti dovuti lid-Dipartiment kif jidher hawn taħt:
VAT 94 - Lm1,927,070
CET 97 - Lm1,027,164
VAT 99 - Lm2,814,909
Barra minn hekk, id-Dipartiment joħroġ regolarment statements lit-taxpayers li jkollhom igħaddu l-VAT lid-Dipartiment. Meta dawn, minkejja l-avviżi li jingħataw, jibqgħu ma jħallsux, id-Dipartiment jibda proċeduri ċivili u kriminali kontra tagħhom.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tax payers li rċevew ir-refunds ta’ l-income tax u tal-VAT fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? X’kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tal-Income Tax l-informazzjoni mitluba qed tidher fit-tabella mehmuza.
Filwaqt li r-rifużjoni ta’ VAT mill-1999 sa 2003 kienet
Jannar/April
Sena
Ammont
Numru ta’
taxpayers
2000
Lm5,545,926.85
4,934
2001
Lm7,600,011.05
5,880
2002
Lm6,791,503.91
5,662
2003
Lm9,694,796.01
7,364
Billi s-sena 1999 kienet l-ewwel sena taħt il-VAT 1999, ir-refunds tal-VAT bdew isiru wara April 1999.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ passiġġieri ta’ ċittadinanza Maltija li ġarret l-Air Malta sabiex jiġu jivvutaw għall-elezzjonijiet ġenerali 2003 u għar-referendum tat-8 ta’ Marzu, 2003?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2003 kemm kien hemm każi pendenti ta' persuni li kellhom kontijiet x'jagħtu a) lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u b) lid-Dipartiment tal-VAT u dawn il-każi issa ġew solvuti? Jista' jgħid b'kollox kemm kellhom jagħtu bħala totalita' u kemm fil-fatt ħalsu meta ntlaħaq ftehim dwar il-każi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ kumpanniji li ma ħallsux il-bolla tal-NI tal-ħaddiema tagħhom din is-sena? Kemm hi ċ-ċifra ta’ flus globali pendenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li madwar 2800 kumpannija, li għadhom irreġistrati mad-Dipartiment iżda li mhux neċessarjament għadhom jimpjegaw ħaddiema, għadhom ma ħallsux il-bolla tal-N.I. għal din is-sena.
Peress li dawn il-kumpanniji għadhom ma bagħtux id-dokumenti neċessarji l-ammont attwalment dovut għadu ma jistax ikun stabbilit.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ fabbriki li għalqu matul din is-sena? Kemm għalqu fabbriki fis-senin 2000, 2001 u 2002?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2003 għalqu zewg (2) fabbriki li fil-fatt, l-operazzjonijiet tagħhom ġew amalgamati ma' dawk ta’ kumpannija ohra.
Fis-sena 2000 għalqu disgħa (9) fabbriki, matul is-sena 2001 għalqu hdax (11) filwaqt li matul l-2002 għalqu tlettax (13) il-fabbrika.
Fl-istess perjodu bejn is-sena 2000 u s-sena 2002 fetħu 57 fabbrika ġdida.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda li mistennija jiġġeneraw il-fabbriki eżistenti f’Malta u Għawdex separatament sa l-aħħar ta’ din is-sena u x’ħiliet jirrikjedu dawn l-impjiegi?
Response (DALLI, JOHN)
Skond tbassir ta' kumpaniji eżistenti f'Malta u f'Għawdex, dawn għandhom jiġġeneraw 5152 impjieg. Pero l-Onorevoli Interpellant jifhem li fiż-żmien ta' taqlib ekonomiku li għaddejjin minnu, t-tbassir ma jirrejaliżżax ruħu kif maħsub.
Fil-preżent, jista’ il-Ministru jgħid kemm hi l-kera ta’ kull metru kubu ta’ fabbriki u garaxxijiet industrijali f’Malta u Għawdex separatament? Kemm fil-fatt kienet l-istess kera matul l-aħħar ħames snin, sena b’sena separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li taħt l-Att Dwar Żvilupp Industrijali il-kera ta’ fabbriki kienet regolata mill-Liġi nnifisha u allura l-fabbriki kienu jinkrew għal perjodu ta’ 16 il-sena bir-rata ta’ Lm1.75 il-metru kwadru fis-sena għall-ewwel 3 snin u mbagħad bir-rata ta’ Lm4.00 il-metru kwadru fis-sena għat-13 il-sena sussegwenti. Ma kienet issir l-ebda distinzjoni bejn fabbriki f’Malta u fabbriki f’Ghawdex.
Bl-emendi fl-Att Dwar Żvilupp Industrijali u l-pubblikazzjoni tal-Att Dwar il-Promozzjoni tan-Negozju u ir-Regolamenti relattivi matul l-2001, il-kera applikabbli għal kirjiet ġodda tal-fabbriki bdiet tiġi stabbilita mill-Korporazzjoni Maltija Għall-Iżvilupp. Din il-kera tieħu in konsiderazzjoni it-tip ta’ struttura, l-eta`, il-kundizzjoni, il-lokazzjoni tal-fabbrika u n-natura ta’ l-investiment.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta’ ħlas ta’ flus pendenti tal-bolla tal-NI li s-sena l-oħra kienu dovuti li jħallsu l-kumpanniji privati, parastatali, eċċ. f’Malta u Għawdex separatament? Kemm fil-fatt kienu l-ammonti li tħallsu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il fabbrika jew investiment ġdid (mhux estensjoni ta' dak eżistenti) ġie approvat mill-MDC matul is-snin 2000, 2001 u 2002? Liema minhom ġie attwalment realizzat u cioe' beda jiffunzjona u f' kull każ li proġett inbeda attwalment, kemm ħaddem persuni miegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta' proġetti ġodda (i.e. mhux tkabbir ta' proġetti eżistenti) li għaddew mill-Bord tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp bejn l-1 ta` Jannar 2000 u l-aħħar ta' Diċembru 2002 u li bhalissa qiegħdin jaħdmu huwa ta' 57.
Huwa stmat li bħalissa dawn il-proġetti qiegħdin iħaddmu mal-400 ruħ full-time u 30 ruħ oħra part-time. Il-Korporazzjoni għandha f'idejha informazzjoni dwar proġetti individwali li ma` tistax tingħata minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita.
Sa l-aħħar ta' 2005 dawn il-proġetti mistennija jkunu jħaddmu madwar 1,260 ruħ.
Jista’ il-Ministru jgħid x’jitħallas meta tkun importata karozza second hand mill-Ewropa u minn pajjiżi oħra? Dawn se jibqgħu kif inhuma ladarba nissieħbu fl-UE fl-1 ta’ Mejju, 2004?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rata attwali ta’ dazju ta’ importazzjoni fuq karrozzi hi ta’ 12% fuq il-valur fil-każ ta’ karrozzi li joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropeja. Mhemmx dazju fuq karrozzi li joriġinaw fl-Unjoni Ewropeja.
Titħallas ukoll il-VAT ta’ 15% fuq il-valur u fuq id-dazju fil-każ ta’ karrozzi li joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropeja u 15% fuq il-valur fil-każ ta’ karrozzi li joriġinaw fl-Unjoni Ewropeja.
Mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja ir-rati jkunu dawk tat-Tariffa Doganali Komuni tal-Unjoni Ewropeja.
Jista’ il-Ministru jgħid fuq liema prodotti mportati mill-UE għadha titħallas levy? Meta se titneħħa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li il-Levy titħallas bl-istess rata fuq prodotti li jiġu mpurtati sew mill-Unjoni Ewropeja kif ukoll minn pajjiżi ohra.
Prodotti li għadhom suġġetti għal-ħlas ta' levy huma diversi prodotti agrikoli u oħrajn li huma agro-industrijali.
Huwa mistenni li dawn il-levies jitneħħew sa mhux aktar tard mid-data li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja jiġifieri l-ewwel ta' Mejju 2004.
Jista’ il-Ministru jgħid xi progress sar fuq il-privatizzazzjoni tal-lottu pubbliku?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess wasal fl-istadju finali tiegħu u qegħdin naħdmu sabiex nagħlqu l-fażi ta' konsultazzjoni bejn il-Maltco Consortium u r-riċevituri tal-lottu.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hawn proprjeta’ tal-gvern li tintuża għal skop industrijali? Jista’ jaqsamhom skond il-lokalita’? Jista’ jgħid kemm minnhom qed joperaw u kemm minnhom huma magħluqa u ma jistgħux jittieħdu mill-MDC minħabba xi raġuni jew oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MDC tamministra din il-propjeta` :
Qasam Industrijali
Numru ta' Fabbriki/huts
Attard
23
Bulebel
85
Hal Far
59
Kirkop
2
Kordin
75
Luqa
169
Marsa
91
Mosta
25
Mriehel
24
Ricasoli
28
Safi
2
San Gwann
67
Ta' Qali
116
Xewkija
21
In-Numru ta’ dawk il-fabbriki li huma magħluqa u ma jistgħux jittieħdu mill-MDC ivarja minn żmien għal żmien. Lil uħud minnhom nħargu ‘Eviction Orders’ kontra tagħhom, hemm oħrajn fejn l-MDC qegħda tinnegozja biex tieħu lura parti jew il-fabbrika kollha, u oħrajn qegħdin fil-proċess li jiġu allokati ġo fabbriki izgħar.