Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38387 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dażji

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38156, jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dazju tal-prodotti nkwestjoni fl-1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 separatament? Jekk jirriżulta li fis-sena 2003 hemm żieda sostanzjali meta pparagunata mas-sena 1997, jista' il-Ministru jispjega għaliex irriżultat din iż-żieda?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 38156 f'seduta 859.
Leg 9 PQ #38389 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

CEO — Salarji

Question

Kemm huma s-salarji tas-CEO tal-MFSA? Jirriżulta li c-CEO tal-MFSA huwa wkoll direttur ta' kumpannija privata fis-servizzi finanzjarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-MFSA m'għadx hemm il-grad ta' CEO.
Leg 9 PQ #38715 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Kuntratt — Chairman tal-Monitoring Board

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-sur Michael Mallia li ġie ngaġġat mill-Gvern bħala Chairman tal-Monitoring Board tal-Malta Embellishment and Landscape Project?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li s-servizzi tagħha ġew ingaġġati mill-Gvern in konnessjoni mal-proġett ta' Embellishment and Landscaping li qed jitwettaq taħt il-programm ta' Public Private Partnership, hija s-Sur Michael Mercieca u mhux is-Sur Michael Mallia kif indikat. Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #38725 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Environmental Landscaping Consortium — Xiri ta' pjanti u siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'xiri ta' pjanti u siġar mill-Environment Landscaping Consortium minn meta beda jopera sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' proċedura qiegħda tintuża sabiex isir dan it-tip ta' procurement?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 37692 f'seduta 838.
Leg 9 PQ #38812 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Nfiq pubbliku

Question

Peress li fiċ-ċirkulari tiegħek MF circular No2 / 2003 tal-24 ta' Jannar 2003 tagħmel referenza għal każi fejn inġibditlek l-attenzjoni li saret nefqa pubblika kif mhux suppost, jista' jgħid x'każi kienu dawn u x'passi ttieħdu dwarhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każijiet illi semmejt fiċ-ċirkolari huma b'riferenza għad-delega ta' awtorita' biex jiġu approvati 'virements' mill-Ministeri stess, sa limiti stabbiliti, mingħajr ma' jkun hemm bżonn illi tinsab l-awtorita tal-Ministeru tal-Finanzi. Dawn in-nuqqasijiet amministrattivi jikkonsistu per eżempju f'każijiet fejn:- - wara li jsir il-virement, l-allokazzjoni taħt l-expenditure item minn fejn ikunu ġew trasferiti l-fondi kollha jkollha terġa tiġi supplimentata minn xi expenditure item ieħor fl-istess vot aktar tard fis-sena; u - ma ssirx ko-ordinazzjoni bejn il-cost centres biex, jekk jista jkun, il-fondi jiġu identifikati fl-istess expenditure item taħt xi cost centre ieħor fl-istess vot, minnflok isir il-virement minn xi expenditure item ieħor. Fejn ikun hemm bżonn, tiġi miġbuda l-attenzjoni tal-Ministeru jew Dipartiment involut biex isir ippjanar finanzjarju illi iħares aktar fit-tul, u b'hekk il-virements jiġu ikkunsidrati fil-qafas tal-pożizzjoni kif stmata sa' l-aħħar tas-sena.
Leg 9 PQ #38818 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Każi ta' frodi — EU

Question

Billi l-UE għadha kif ħabbret li qed tinvestiga 156 każ ta' frodi fil-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-UE permess ta' OLAF, l-European Anti Fraud Office, tista' tgħid jekk fosthom hemmx każi li jikkonċernaw lil pajjiżna, u jekk iva, taħt liema kategorija jaqgħu l-EU Customs Cases Cigarette Smuggling Cases, etc?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat ta' l-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet, li hu l-interlokutur tad-Direttorat Ġenerali Kontra l-Frodi (DG OLAF) ma jaf bl-ebda każ ta' investigazzjoni li qed issir mid-DG OLAF dwar pre-accession funds ta' l-UE fejn hemm konnessjoni ma' Malta.
Leg 9 PQ #38711 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Prodotti agrikoli — Levies

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern mill-levies imposti fuq prodotti agrikoli importati mill 1996 sal-lum, kull sena separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: 1996 Lm 493,836 1997 Lm 420,322 1998 Lm 362,142 1999 Lm 622,214 2000 Lm 410,393 2001 Lm 837,815 2002 Lm 741,817
Leg 9 PQ #38737 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Karti tal-flus bl-istampa ta' l-ex President Agatha Barbara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' karti (flus) ta' dominazzjoni ta' Lm20 bl-istampa ta' ex President ta' Malta Agatha Barbara li kien ħareġ oriġinarjament il-Bank Ċentrali ta' Malta? Kemm f'ammont globali ta' flus ġew irtirati minn dawn l-għoxrin lirijat? Kemm hu stmat li għad fadal fl-idejn u ma' nbidlux sa l-aħħar ġurnata li kellhom jispiċċaw miċ-ċirkolazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali ta' Malta oriġinarjament ħarġet fiċ-ċirkolazzjoni 8,499,416 karta ta' l-għoxrin lira tal-verżjoni msemmija (4th Series) li jammontaw għal Lm169,988,320. Minn dawn, 8,475,701 b'valur ta' Lm169,514,020 ġew irtirati sat-2 ta' Diċembru, 2002, id-data li fiha kellhom jispiċċaw miċ-ċirkolazzjoni. Għalhekk, 23,715 b'valur li jammonta għal Lm474,300 ma ġewx irtirati.
Leg 9 PQ #38493 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSA — Captive insurance companies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati captive insurance companies mal-MFSA kemm ilhom li daħlu provvedimenti għall-istabbiliment tagħhom f'Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li taħt l-Att dwar iċ-Ċentru ta’ Servizzi Finanzjari ta’ Malta (Kap. 330), kienet ġiet reġistrata kumpannija waħda biss li l-kummerċ tagħha kien ta’ ‘captive insurance’. Din il-kumpannija kienet bidlet lis-status tagħha u ma baqgħatx topera fil-kummerċ ta’ captive insurance.
Leg 9 PQ #38498 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT — Tixrid ta' pornografija

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li wasluli li hemm persuni fid-dipartiment tal-VAT li għadhom jagħmlu użu illeċtu mis-servizz tal-Internet għat tixrid tal-pornografija waqt il-ħin tax-xogħol minkejja li dan is-suġġett kien diġa tqajjem f'domanda preċedenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull min inqabad jew jinqabad jgħamel użu ħażin mis-servizz ta' l-Internet kif qed jgħid fid-domanda tiegħu, inkun suġġett għal passi dixxipplinarji wara li jiġi nvestigat il-każ.
Leg 9 PQ #38529 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Għaqdiet sportivi — Super 5

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għadhomx jitqassmu flus tas-Super 5 lill-għaqdiet sportivi? Jekk iva, jista' jgħid fis-sena 2002 lil min u kemm tqassmu u minn liema Ministeru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal kull sena, fl-2002 tqassmu flus lil diversi għaqdiet sportivi mill-fond tas-Super Five. Nqiegħed fuq il-mejda tal-kamra lista li turi kif ġew mqasma dawn il-flus lill-għaqdiet.
Leg 9 PQ #38487 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

IRS

Question

Billi l-Ministru ftit ilu għarraf lill-Kamra li kien se jippubblika tagħrif u dettalji dwar l-andament tal-IRS, investment registration scheme, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji relevanti?

Response (DALLI, JOHN)

Qieghed npoggi fuq il-mejda tal-kamra t-tgharif mitlub.
Leg 9 PQ #38527 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-lottu — Flus li ntlagħbu

Question

X'kien l-ammont totali fi flus li ntlagħbu fuq il-logħob kollu organizzat mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fl-2002?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill- Onorevoli Interpellant li id-dhul totali fi flus mill-loghob kollu organizzat mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fl-2002 kien ta’ Lm22,365,310.
Leg 9 PQ #38528 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jelenka kemm intlagħbu flus f'kull logħba organizzata mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fl-2002 separatament u kemm kien hemm rebħ li ma ġiex imsarraf?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li ser inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tgharrif mitlub.
Leg 9 PQ #38539 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Budget 2003 — Seduta fuq is-Saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fuq il-mistoqsija parlamentari numru 37851 u cioe' peress li saret allegazzjoni waqt id-dibattitu tas-Saħħa (waqt il-Budget) mill-kelliem ewlieni fuq is-saħħa ta' l-Oppożizzjoni li ddaħħlu f'Malta mediċini li kienu ġejjin minn attivita' ta' kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid x'rapporti sarulu, x'investigazzjonijiet saru, x'riżultati instabu u x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment ghadu qed jistieden lil min ghamel l-allegazzjoni biex jaghti izjed informazzjoni dwar din il-medicina. Billi intuzat il-kelma 'kuntrabandu' dan jista' ifisser li ma saritx dikjarazzjoni tad-Dwana. Nerga' nsemmi li m'hemmx dazju fuq il-medicina.
Leg 9 PQ #38233 Sitting 866 2003-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dazji — Ikel proċessat

Question

Fuq liema kriterji l-Gvern aċċetta li jdaħħal dazji fuq l-ikel proċessat li ma niproduċux lokalment meta jiġi mportat mill-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 38156.
Leg 9 PQ #38203 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ċensiment tal-biedja

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'referenza għaċ-ċensiment tal-biedja msemmi fil-budget, kemm kienet l-evalwazzjoni tal-produzzjoni li ttieħdet fuq raba saqwi u bali separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi x-xogħol fuq ir-riżultati taċ-Ċensiment ta' l-Agrikoltura għadu ma ngħalaqx. Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub mill-Onervoli Interpellant għadu ma jistax jingħata b'mod konklussiv.
Leg 9 PQ #38204 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ċensiment tal-biedja

Question

B'referenza għaċ-Ċensiment tal-Biedja msemmi fid-diskors tal-budget, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-evalwazzjoni separatament għal kull prodott f'ċifra ta' flus li kienet kalkulata għaż-żriegħ tal-ħxejjex lokali nkluż il-patata għall-kull tomna?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant jaf li ċ-Ċensiment tal-Biedja kien maħdum mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika. Il-pratika titlob li Ċensiment ta' din ix-xorta jieħu l-formulazzjoni ta' Ċensiment li ma tinkludix ebda valutazzjoni ta' spejjeż prodott bi prodott.
Leg 9 PQ #38205 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Bdiewa — Dħul mill-prodotti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-bdiewa jkollhom 80% dħul mill-prodotti tagħhom jew 60%? Jekk iva, fuq liema kriterji?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 38202.
Leg 9 PQ #38208 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ċensiment tal-biedja

Question

Jista' il-Ministru b'referenza għaċ-ċensiment tal-Biedja msemmi fid-diskors tal-budget mill-Ministru tal-Finanzi, jgħid kemm kienet l-evalwazzjoni separatament għal kull prodott f'ċifra ta' flus li kienet kalkulata għaż-żriegħ tal-ħxejjex lokali nkluż il-patata għal kull tomna?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 38204.