B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 31472, x'passi ħa il-Ministru dwar barranin li identifikajtlu li allegatament qed jaħdmu fis-San Lawrenza Resort Complex, Għawdex mingħajr permess?
Response (BORG, TONIO)
Saru investigazzjonijiet mill-Pulizija, u meta dawn jintemmu jittieħdu proċeduri skond il-liġi jekk ikun hekk indikat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mir-Rabat ta' Malta, l-Mtarfa u l-Mosta li nqabdu bil-pussess u jew jittraffikaw d-droga matul is-sena li għaddiet u din is-sena?
Fejn inqabdu u f'liema każini, ħwienet, eċċ nqabdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar 2001 u t-13 ta` Jannar 2002, hu kif ġej:-
Persuni mir-Rabat
Pussess: 8 - fl-istess lokalita`
Traffikar: 2 - fl-istess lokalita`
Persuni mill-Imtarfa
Pussess: xejn
Traffikar: xejn
Persuni mill-Mosta
Pussess: 11 - fl-istess lokalita`
Traffikar: 2 - 1 minn hdejn id-Detox Centre u 1 mill-lokalita` ta`
G`Mangia
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mil-Mellieħa, Mġarr, San Pawl il-baħar li nqabdu bil-pussess u jew jittraffikaw d-droga matul is-sena li għaddiet u din is-sena?
Fejn inqabdu u f'liema każini, ħwienet, eċċ nqabdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar 2001 u t-13 ta` Jannar 2002, hu kif ġej:-
Persuni mill-Mellieħa
Pussess: 3 - 1 waqt party fil-Marsa u 2 fl-istess lokalita`
Traffikar: xejn -
Persuni mill-Imġarr
Pussess: 2 - fir-residenza tagħhom
Traffikar: xejn
Persuni minn San Pawl il-Baħar
Pussess: 1 - fir-residenza tiegħu
Traffikar: xejn
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mil-Qawra u Buġibba li nqabdu bil-pussess u jew jittraffikaw d-droga matul is-sena li għaddiet u din is-sena?
Fejn inqabdu u f'liema każini, ħwienet, eċċ nqabdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar 2001 u t-13 ta` Jannar 2002, hu kif ġej:-
Persuni mill-Qawra
Pussess: 5 - 4 fl-istess lokalita` u 1 fiż-Żejtun
Traffikar: 3 - fl-istess lokalita`
Persuni minn Buġibba
Pussess: 7 - 6 fl-istess lokalita` u 1 fl-Imsida
Traffikar: 8 - 2 fiċ-Ċirkewwa u 6 fl-istess lokalita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni min Naxxar u Għargħur li nqabdu bil-pussess u jew jittraffikaw d-droga matul is-sena li għaddiet u din is-sena?
Fejn inqabdu u f'liema każini, ħwienet, eċċ nqabdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar 2001 u t-13 ta` Jannar 2002, hu kif ġej:-
Persuni minn Naxxar
Pussess: 11 - 1 mill-klabb tal-football, 1 minn disco fil-limiti ta` B`Kara, 1 f`Ħal Lija u 8 fl-istess lokalita`
Traffikar: 4 - 1 waqt party fil-Marsa u 3 fl-istess lokalita`
Persuni mill-Għargħur
Pussess: 1 - F`Ħal Lija
Traffikar: xejn
Jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni hawkers li applikaw għal permess biex ibiegħu f'Putirjal matul il-ġranet tal-karnival ma ngħatawx il-permess filwaqt li trailer ta' kumpanija barranija ngħatat il-permess biex tbiegħ propju fl-istess post?
Jista' l-Ministru jispjega x'permessi oħrajn iridu jottjenu l-hawkers qabel il-Kummissarju tal-Pulizija jista' joħroġ il-permess tiegħu u x'permessi oħrajn, jekk hemm, ottjena l-barrani/barranin propjetarji jew operaturi tat-trailer in kwistjoni qabel il-Kummissarju tal-pulizija seta' jagħti l-permess tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hawkers li applikaw għall-permess tal-Pulizija sabiex ibiegħu fi żmien il-Karnival, ġew mogħtija permess sabiex ikunu jistgħu ibiegħu fi Pjazza l-Assedju l-Kbir u fi Triq l-Ordinanza fil-viċinanzi ta` Pjazza l-Ħelsien.
B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Limited, jista' jinforma kemm kien l-ammont ta' ħlas li l-Gvern kellu jirċieiv mingħand il-kumpanija? Kemm minn dawn ingħataw in kind? Fhiex kienu jikonsisti dawn l-affarijiet li ingħataw in kind?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li għal matul il-perijodu transitorju l-Gvern kellu jirċievi s-somma ta` Lm 15,384. Minn dawn tħallsu Lm2,000. Fuq talba tad-dipartiment, ir-rimanenti tħallsu jew ġew riservati għal ħlas "in kind" skond l-istess kuntratt. Il-ħlas "in kind" jinkludi somma dovuta lill-kumpanija għal riċerki li saru qabel il-15 ta` Jannar 2001, il-manutenzjoni ta` apparat kif stipulat fl-istess kuntratt, xiri ta` "stand by generator" (li ġie ordnat), u xogħol konness ma` sistema ġdida li permezz tagħha l-klijenti tar-Reġistru ngħataw:
(a) il-faċilita` li jordnaw kollox b`mod elettroniku u 24 siegħa kuljum u/jew;
(b) l-opportunita` jagħmlu ċertu talbiet speċfiċi bħal "No D/Ms", "On hold" eċċ, liema bidliet teknoloġiċi saru b`konsultazzjoni ma` l-MITTS Ltd., u huma riflessi fl-Avviż Legali maħruġa tul dawn l-aħħar xhur.
B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd, jista' l-Ministru tal-Intern jinforma kemm kien l-ammont ta' ħlas li l-Gvern ħallas lil Kumpanija għas-servizzi li din tat lil Gvern maturl is-sena 2001
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2001, ir-Reġistru Pubbliku ħallas lill-kumpanija l-ammont ta' Lm497,671 (apparti Lm74,680 VAT). Dan l-ammont jirrappreżenta ħlas globali għal 47,670 riċerka normali u 6,676 riċerka oħra (aġġornament u verifika) u dan skond il-prezzijiet stabbiliti fil-kuntratt li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f`Ottubru 1999. Minn dan il-kuntratt jirriżulta li l-kumpanija ntrabtet li tagħmel bla ħlas il-komputerizazzjoni tad-data kollha tar-Reġistru Pubbliku, verfika dwar data preżenti, u reġistrazzjoni għall-futur tan-noti u reġistrazzjonijiet kollha.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir min-naħa ta' l-istat sabiex min jinqabad bid-droga jiġi megħjun biex ma jkomplix jitħabbel fiċ-ċiklu tal-kriminalita' u mhux sempliċiment jingħata piena l-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Qed isir ħafna f'dan ir-rigward.
L-ewwelnett hu rarissimu li xi ħadd li jinqabad semplicement b'pussess ta' droga jintbagħat il-ħabs. Hemm pieni alternattivi għall-ħabs, u l-Gvern diġa' ipprepara liġi ġdida tal-Probation applikabbli anki f'dan il-qasam.
Il-Gvern ukoll fetaħ Substance Abuse Theraputic Unit (SATU) fil-ħabs stess, u nieda programmi mal-Caritas u mas-Sedqa, barra il-ħabs, għal priġunieri li għandhom il-problema ta' droga.
Kienet għalhekk sorpriża għalija ninnota li meta l-Gvern introduċa emenda biex jelimina il-piena ta' ħabs bilfors għal min jinqabad fl-Airport bi droga għall-użu tiegħu personali biss, l-Onorevoli Interpellant ivvota kontra din l-emenda u ipprefera - kieku kien għalih - li "sempliċiment jingħataw piena ta` ħabs".
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 31609, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet sabiex jforni lill-Korp tal-Pulizija b'mezzi sabiex jikkumbatti l-immigrazzjoni llegali biex ma jkollux għaliex jiddependi mill-mezzi tal-Forzi Armati ta' Malta? Ma jaħsibx l-Ministru li wasal iż-żmien li titwaqqaf skwadra speċjali marittima esklusivament addetta għall-ġlieda kontra din it-tip ta' kriminalita ?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` spjegajt fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31609, il-Pulizija dejjem ingħatat l-assistenza meħtieġa mill-Forzi Armati ta` Malta. Ta` min isemmi wkoll illi l-Forzi Armati ta` Malta minbarra l-mezzi navali, huma wkoll attrezzati b`mezzi ta` l-ajru li jistgħu jkunu utilizzati fejn meħtieġ. Għaldaqstant, ma naħsibx li jkun għaqli, li jkun hemm duplikazzjoni ta` riżorsi u mezzi ġa eżistenti.
Jista’ l-Ministru jispjega kif qeghda tinġabar l-istatistika dwar reati kriminali? Sar xi tibdil minn Awissu 1997?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, f`Awissu ta` l-1997 kienet ġiet introdotta fil-Korp tal-Pulizija is-sistema kompjuterizzata ta` kif jinżammu ir-rapporti li l-pubbliku jagħmel mal-Pulizija, magħrufa aħjar bħala P.I.R.S. (Police Incident Reporting System). F`din is-sistema jiġu mdaħħla r-rapporti li jsiru lill-Pulizija mingħand il-pubbliku u kull rapport jiġi ikklassifikat skond in-natura tal-każ. Minn din is-sistema imbaghad tkun tista` tinġabar statistika ta` l-informazzjoni meħtieġa. Infurmat ukoll illi minn Awissu 1997 l`hawn bdew jidaħħlu wkoll f`din is-sistema rapporti ta` inċidenti stradali, ta` persuni rrapurtati nieqsa u ta` oġġetti irrapurtati mitlufa. Kien hemm ukoll tibdiliet oħra ta` natura operattiva.
Jista’ l-Ministru jghid kemm ġew ikkonfiskati snieter minn ghand kaċċaturi matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Riferibbilment ghal istess perjodi x’kienu l-pieni invidwali? Minn liema rahal jew belt kienu l-kaċċaturi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 1999, 2000 u 2001, il-Pulizija ġabret 170, 253 u 150 -il senter rispettivament, minħabba xi ksur tar-regolamenti dwar il-kaċċa. Dwar it-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma komputerizzata.
Jista’ l-Ministru jghid jekk il-Gvern ghandux il-hsieb li jibda jahtar Magguri fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ l-Minstru jghid kemm fadal Magguri u fejn qeghdin iservu?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9597, ninsab infurmat illi fil-preżent hemm żewġ Maġġuri fil-Korp tal-Pulizija. Wieħed qiegħed stazzjonat it-Trades Section u l-ieħor il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Jista’ l-Ministru ta’ l-Intern ipoggi fuq il-mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ sigħat ta’ overtime li ngħataw fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 1999, 2000, 2001 sena sena b’indikazzjoni ta’ l-ismijiet ta’ l-ufficcjali wieħed wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 1999, 2000 u 2001 in-numru ta` sigħat ta` overtime li nħadmu kien skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma nħossx illi l-ismijiet ta` l-uffiċjali għandhom ikunu ippublikati.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar il-problema ta' klieb slavaġ u stray li ilu żmien ikun hemm qrib l-ex price club, is-Swatar sa miż-żmien li kien għadu miftuħ dan l-istabbiliment? Ninsab infurmat li saru anki xi rapporti lill-pulizija dwar dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġa` ħadet passi, fejn anke` tressqet persuna quddiem il-Qorti, u ser tkompli ssegwi dan l-ilment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fabbrika li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li tinsab qalb ir-residenti hijiex skond il-permess? Jekk iva, meta ħareġ il-permess?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31456, ninsab infurmat illi l-liċenzji tal-Pulizija ta` din il-fabbrika, ilhom joħorġu mill-1967.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 31535, il-Victoria Shooting Club jistgħux jgħaddu l-kirja tagħhom lill terzi? Jekk fl-affermattiv, hemmx bżonn il-kunsens tad-dipartiment ta' l-artijiet?
Response (BORG, TONIO)
Skond il-kondizzjoni numru 16 tal-ftehim tal-kirja, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mat-Tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 31535, il-Victoria Shooting Club ma jistgħux jgħaddu l-kirja tagħhom lill-terzi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li bħalissa jinstabu sospiżi mill-Korp tal-Pulizija minħabba li huwa allegat li wettqu reat? X'inhu r-rank tagħhom? X'inhuma l-akkużi kontrihom? Kemm ilu sospiż kull wieħed? Dawn kollha tressqu quddiem il-Qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li nsterqet il-master key ġol-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jekk iva, x'passi ttieħdu dwar l-għibien ta' master key li biha tista' tiflaħ kull bieb li hemm fil-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin ma nsterqet l-ebda Master Key li biha jinfetħu l-bibien kollha tal-Ħabs.
Huwa minnu li ma nstabitx ċavetta (servant key), u qegħda issir investigazzjoni interna dwar dan in-nuqqas.
Tajjeb l-Onor. Interpellant jkun jaf li għalkemm din iċ-ċavetta hija ta` importanza, waħda mhix biżżejjed biex tiftaħ xi bieb, u dan għaliex ma` din iċ-ċavetta trid tintuża ċavetta oħra.